Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0014

REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL AND THE EUROPEAN PARLIAMENT on the intermediate evaluation of the SESAR Joint Undertaking and its progress on the execution of the European Air Traffic Management Master plan

52011DC0014




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 24.1.2011

KUMM(2011) 14 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-evalwazzjoni intermedja tal-Impriża Konġunta SESAR u l-progress tagħha fl-eżekuzzjoni tal-Master plan Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-evalwazzjoni intermedja tal-Impriża Konġunta SESAR u l-progress tagħha fl-eżekuzzjoni tal-Master plan Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

KUNTEST ġENERALI

Il-Programm ta’ Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tas-Sema Uniku Ewropew (SESAR) huwa l-pilastru teknoloġiku tal-inizjattiva dwar l-Ajru Uniku Ewropew[1]. SESAR iddefinixxa, qed jiżviluppa u se juża teknoloġiji, sistemi u proċeduri ta’ kwalità għolja u ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ĠTA) f’konformità mal-għanijiet u r-rekwiżiti tal-SES ( teknoloġiji u proċeduri tal-SES ). Wieħed mir-riżultati ewlenin tal-fażi ta’ definizzjoni tas-SESAR huwa Master plan Ewropew tal-ĠTA ( Master plan ), li jikkostitwixxi pjan ta’ direzzjoni żviluppat b’mod komuni, approvat mill-Kunsill tal-UE u rikonoxxut mill-partijiet interessati, sabiex jinkiseb it-tħaddim ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji u proċeduri tal-ĠTA fl-10 sa 15-il sena li ġejjin. Il- Master plan jmexxi l-programm ta’ ħidma għall-iżvilupp ta’ dawn it-teknoloġiji u se jkun għodda ewlenija biex jirregola l-użu tagħhom.

Il-Programm SESAR bħalissa jinsab f’fażi ta’ żvilupp li hija memxxija mill-Impriża Konġunta SESAR (IKS), l-ewwel sħubija pubblika-privata tal-ĠTA mwaqqfa bħala korp tal-UE. Il-missjoni tal-IKS huwa li tiżgura l-immodernizzar tas-sistema Ewropea tal-ĠTA billi tikkoordina u tikkonċentra r-riċerka rilevanti u l-isforzi għall-iżvilupp kollha fl-UE. L-IKS tiżviluppa u tivvalida l-ġenerazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji u proċeduri tal-ĠTA li se tikkostitwixxi t-teknoloġiji u l-proċeduri tal-SES . L-IKS hija responsabbli wkoll għat-twettiq u l-manutenzjoni tal- Master plan . Il-membri fundaturi tagħha huma l-UE u l-Eurocontrol u tassoċja 15-il membru industrijali u diversi sħab assoċjati oħra.

Kif meħtieġ fir- Regolament tal-IKS [2], il-Kummissjoni wettqet l-ewwel evalwazzjoni intermedja tal-IKS fl-2010 u għandha tippreżenta r-riżultati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-30.03.2009, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tagħmel rapport dwar il-progress li għamel l-IKS fit-twettiq tal- Master plan . Dan ir-rapport jindirizza dawn iż-żewġ suġġetti li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija.

IL-PROGRAMM SESAR

Il-Programm SESAR huwa wieħed mill-aktar proġetti importanti ta’ riċerka u żvilupp li qatt tniedew mill-UE fil-qasam tal-ĠTA. L-SES jipprovdi l-qafas legali għal proċeduri aktar effiċjenti, immotivati mill-prestazzjoni, aktar sikuri u ekoloġiċi għall-ĠTA. SESAR se jipprovdi soluzzjonijiet teknoloġiċi, funzjonalitajiet, sistemi u proposti għal standards li jippermettu l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni tal-SES għaż-żieda tal-kapaċità bit-triplu, it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ĠTA bin-nofs, it-titjib tas-sikurezza b’fattur ta’ 10 u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali ta’ kull titjira b’10 %.

SESAR jikkonsisti fi tliet fażijiet:

Il-fażi tad-definizzjoni

Il-fażi tad-definizzjoni (2005-2008) iddefiniet il-pjan ta’ direzzjoni għall-kisba tal-livelli ta’ prestazzjoni tal-ĠTA u l-istabbiliment ta’ pjan ta’ ħidma ta’ livell għoli li jiddefinixxi l-kontenut tal-ġenerazzjoni li jmiss tas-sistemi tal-ĠTA li jidentifikaw l-elementi meħtieġa għat-twettiq tiegħu. Il-fażi tad-definizzjoni ġiet imwettqa minn konsorzju ta’ 30 organizzazzjoni li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati fl-ĠTA, taħt il-koordinazzjoni teknoloġika tal-Eurocontrol. L-ispiża totali ta’ din il-fażi kienet ta’ EUR 60 miljun iffinanzjati f’partijiet ugwali mill-UE u l-Eurocontrol.

Il-fażi tal-iżvilupp

Il-fażi tal-iżvilupp (2008-2013) qed tiżviluppa l-elementi meħtieġa fuq il-bażi tar-riżultati tal-fażi ta’ definizzjoni. Il-ġestjoni tal-fażi tal-iżvilupp hija fdata lill-IKS. L-ispiża stmata tal-fażi tal-iżvilupp hija ta’ EUR 2.1 biljun u hija ffinanzjata mill-membri tal-IKS b'taħlita ta' fondi pubbliċi u privati.

Il-fażi ta’ tħaddim

Il-fażi tat-tħaddim (2013-2020) tkopri l-produzzjoni fuq skala kbira u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura l-ġdida tal-ĠTA. Din l-infrastruttura se tkun ibbażata fuq it-teknoloġiji u l-proċeduri l-ġodda li jirriżultaw mill-fażi tal-iżvilupp u se tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-SES li se jwasslu għal prestazzjoni għolja fit-trasport bl-ajru Ewropew. L-ispiża tat-tħaddim hija stmata li ser tkun ta’ EUR 30 biljun[3] matul il-perjodu 2008-2025.

L-IMPRIżA KONġUNTA SESAR

L-IKS hija sħubija pubblika-privata bl-istatut ta’ korp tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE b’perjodu ta’ ħajja mit-27.02.2007 sal-31.12.2016. Il-mandat tal-IKS huwa li:

- Tikkoordina u tikkonċentra r-riċerka rilevanti tal-ĠTA kollha skont il- Master plan

- Teżegwixxi il- Master plan

- Tiżgura l-iffinanzjar meħtieġ għall-fażi tal-iżvilupp

- Tiżgura l-involviment tal-partijiet interessati

- Torganizza l-ħidma teknika inklużi l-attivitajiet ta’ validazzjoni

- Tiżgura s-superviżjoni tal-attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-prodotti komuni

Id-deċiżjonijiet eżekuttivi jittieħdu mill-Bord Amministrattiv, ippresedut mill-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-UE. Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-IKS.

L-UE u l-Eurocontrol, il-membri fundaturi, impenjaw kull wieħed EUR 700 miljun għall-IKS. Nofs il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tirriżulta mis-7 Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u n-nofs l-ieħor mill-programm multi-annwali tal-Programm dwar in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. Il-membri industrijali, magħżula permezz ta’ proċedura miftuħa tal-għażla, globalment impenjaw ukoll madwar EUR 700 miljun.

Il-programm ta’ ħidma tal-IKS, kopert minn 17-il pakkett ta’ ħidma[4] u implimentat permezz ta’ madwar 300 proġett imwettaq mill-membri tal-IKS u l-assoċjati tagħhom, huwa maqsum fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

1. Riċerka operattiva dwar il-ĠTA, inkluż: operazzjonijiet fir-rotta, operazzjonijiet fl-oqsma tal-ġestjoni tat-terminals, operazzjonijiet fl-ajruporti u operazzjonijiet ta’ netwerking

2. Riċerka dwar is-sistema, inkluż: is-sistemi tal-inġenji tal-ajru, sistemi ta’ kontroll ta’ traffiku tal-ajru fir-rotta u waqt avviċinament, ċentri ta’ operazzjonijiet tat-titjir/ġwienaħ u servizzi ta’ informazzjoni meteoroloġika, sistemi ta’ ajruporti, sistema ta’ gestjoni tan-netwerk tal-informazzjoni u sistemi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza ta’ prodotti mhux avjoniċi

3. Ġestjoni tal-Informazzjoni fis-Sistema Kollha

4. Attivitajiet trasversali : bħall-infrastruttura ta’ validazzjoni, l-iżvilupp ta’ każijiet ta’ sikurezza, sigurtà, ambjent u prestazzjoni tal-bniedem, il-manutenzjoni u l-aġġornamenti tal- Master plan , il-kunċett fil-mira u l-arkitettura tiegħu

Billi tiffoka fuq l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp, tmexxihom lejn it-tħaddim u tinvolvi b’mod attiv lill-partijiet interessati, l-IKS tipprovdi rispons ottimu għall-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizz. L-approċċ tal-isħubija pubblika-privata fil-livell tal-UE jiżgura wkoll li l-għanijiet tal-SES ta’ rilevanza għolja fis-soċjetà, bħas-sigurtà u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, huma integrati u internalizzati fil-Programm. Dan l-approċċ ippermetta li jiżdiedu u jinġabru fondi u għarfien, u b’hekk titnaqqas il-frammentazzjoni maħluqa minn proġetti simili nazzjonali u reġjonali. L-IKS tista’ tutilizza l-ħiliet u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tas-settur privat f’konformità ma’ arranġamenti xierqa għall-qsim tar-riskju mas-settur pubbliku. Madankollu, huwa importanti li jiġi żgurat li l-IKS tagħti ir-riżultati mistennija fil-ħin sabiex jonqsu r-riskji għall-fażi tat-tħaddim.

Malli l-attivitajiet tal-iżvilupp jiksbu r-ritmu moderat tagħhom, il-Kummissjoni se ssaħħaħ is-sorveljanza tagħha biex tiżgura koerenza mal-għanijiet tal-SES. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-IKS, permezz tal-impenn u l-appoġġ tal-membri tagħha, tieħu miżuri biex tiddisponi mill-ħila esperta meħtieġa, biex tistabbilixxi pjattaformi ta’ validazzjoni xierqa u tippermetti t-tnedija tal-proċess ta’ tħaddim u tagħti benefiċċji fi stadju bikri.

Minn perspettiva internazzjonali, l-IKS saret l-“ambaxxatriċi teknoloġika” tal-Ewropa minħabba l-promozzjoni tal-interoperabbiltà globali tal-ĠTA, u b’hekk fetħet ukoll opportunitajiet ġodda għall-industrija. Ittieħed pass kbir f’dan id-dominju permezz tal-innegozjar ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tal-avjazzjoni ċivili. Il-Memorandum fih Anness speċifiku dwar azzjonijiet kooperattivi li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tas-SESAR-NextGen[5], li se jitwettaq għan-naħa tal-UE mill-IKS .

L-IKS wriet li hija strument flessibbli u dinamiku li jappoġġja relazzjoni interattiva bejn l-iżvilupp u t-tħaddim billi tkun kapaċi tadatta għall-ħtiġijiet tal-fornituri u l-utenti tas-servizzi u għar-rekwiżiti li qed jevolvu tal-SES kif ukoll billi tintegra l-evoluzzjonijiet fil-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

Riżultati tal-ewwel evalwazzjoni intermedja tal-Impriża Konġunta SESAR

Skont l-Artikolu 7 tar- Regolament tal-IKS , il-Kummissjoni hija mitluba li kull tliet snin twettaq evalwazzjonijiet dwar:

- l-implimentazzjoni tar- Regolament tal-IKS

- ir-riżultati miksuba mill-IKS u l-metodi tal-ħidma tagħha

- il-qagħda finanzjarja ġenerali tal-IKS

L-ewwel evalwazzjonijiet tnedew f’Marzu 2010 u jkopru l-perjodu mill-27.02.2007 sal-31.12.2009[6].

L-approċċ tal-evalwazzjonijiet

Il-Kummissjoni wettqet l-ewwel evalwazzjonijiet bl-assistenza ta’ konsulent estern indipendenti, COWI A/S.

L-evalwazzjonijiet huma bbażati fuq 5 kriterji ta’ evalwazzjoni standard użati mill-Kummissjoni:

5. Ir-rilevanza hija l-punt sa fejn l-għanijiet tal-IKS huma pertinenti għall-ħtiġijiet, il-problemi u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati

6. L-effettività tikkonċerna sa liema punt twettqu l-għanijiet stabbiliti. Dan jinkludi wkoll il-funzjonament ta’ strutturi amministrattivi u l-mod kif jappoġġjaw lill-organizzazzjoni fl-għoti tar-riżultati

7. L-effiċjenza tkejjel sa liema punt jinkisbu l-effetti mixtieqa bi prezz raġonevoli

8. L-utilità hija sa liema punt l-effetti miksuba jikkorrispondu mal-bżonnijiet, il-problemi u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati. Meta jiġi kkunsidrat l-istadju bikri tal-IKS, saret biss valutazzjoni preliminari ħafna tal-utilità jekk jitqies il-progress tax-xogħol u r-riżultati miksuba s’issa

9. Is-sostenibbiltà hija l-punt safejn l-effetti pożittivi huma l-aktar probabbli li jibqgħu jinħassu wara li jintemm intervent. F’dak li jirrigwarda l-istima tal-“utilità” tal-IKS, l-evalwazzjoni tindirizza biss analiżi preliminari dwar is-sostenibilità probabbli tar-riżultati li għandhom jintlaħqu mill-IKS

Id-data nġabret prinċipalment permezz tad-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-IKS (id-DĠ għall-Mobilità u t-Trasport) u studju mwettaq mill-COWI. Din l-informazzjoni ġiet ikkomplementata minn stħarriġ elettroniku mmirat lejn il-membri tal-Bord Amministrattiv tal-IKS u l-Istati Membri tal-UE (permezz tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku[7]) u intervisti individwali u lil gruppi fokali mwettqa mill-COWI. Għalkemm ir-rati tar-rispons kienu baxxi wisq biex jiġi awtorizzat l-isfruttament totali tad-data miġbura, ir-riżultati jipprovdu indikazzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati ewlenin tal-IKS. B’kollox saru 30 intervista individwali u 3 intervisti lil gruppi fokali.

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet

Il-konklużjoni ġenerali tal-ewwel evalwazzjonijiet intermedjarji hija li l-IKS ħadmet tajjeb matul il-perjodu ta’ referenza f’dak li jirrigwarda t-twaqqif u l-iżvilupp tal-organizzazzjoni tagħha kif ukoll fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha. Jirriżulta wkoll li, b’mod ġenerali, il-partijiet interessati tal-IKS huma sodisfatti bil-prestazzjoni taħha. Ir-rapport annwali tal-attività tal-IKS 2009[8] jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet li wettqet u l-qagħda finanzjarja tagħha matul il-perjodu ta’ referenza.

L-implimentazzjoni tar-Regolament

Id-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-IKS ġew implementati kif xieraq matul il-perjodu ta’ referenza, għalkemm b’xi dewmien f’uħud mill-każijiet. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-emenda tar- Regolament tal-IKS , li tittrasforma lill-IKS f’korp tal-UE , naqqset ir-ritmu tal-proċess tal-istabbiliment, l-aktar minħabba l-ħtieġa li jiġu adottati regoli finanzjarji ġodda, kuntratti tal-persunal ġodda u prinċipji tal-kontabilità meħtieġa għall-korpi tal-UE.

Ir-riżultati miksuba mill-IKS u l-metodi tal-ħidma tagħha

B’mod ġenerali, l-IKS implimentat l-attivitajiet ippjanati u kisbet ir-riżultati mistennija. Il-livell ġenerali ta’ sodisfazzjoni tal-partijiet interessati bil-ħidma tal-IKS huwa għoli. Xi wħud mill-kisbiet ewlenin matul il-perjodu ta’ referenza huma:

- Il-ġbir u l-impenn tal-partijiet interessati fi programm komuni tar-Riċerka u l-Iżvilupp

- L-iżvilupp tal-programm ta’ ħidma li jappoġġja r-razzjonalizzazzjoni u l-konsistenza, filwaqt li jevita lakuni u s-sovrappożizzjoni

- L-iżvilupp tal-metodi u l-għodod meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm

- Il-bidu ta’ għadd ta’ proġetti fi żmien qasir mingħajr ma jsiru kompromessi rigward ir-rekwiżiti ta’ kwalità u l-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni bejn pakketti u proġetti ta’ ħidma

L-IKS uriet progress tajjeb sa minn meta ġiet stabbilita u tikkostitwixxi bażi solida għat-twettiq tal- Master plan. L-isfidi li qed tiffaċċja l-IKS jirrigwardaw iż-żamma tal-kapaċità tagħha li tikkordina l-pakketti u l-proġetti kollha tax-xogħol u li tivvalida r-riżultati.

L-istruttura organizzattiva hija allinjata mal-kompiti fdati lill-IKS. Il-persunal jikkorrispondi għall-għan tagħha, hemm tqassim ċar tal-kompliti u s-sistemi ta’ ġestjoni u l-proċeduri huma definiti b’mod ċar. Il-ġestjoni finanzjarja u l-kapaċità ta’ verifika huma fis-seħħ, għalkemm għad jeħtieġ li xi sistemi u miżuri ta’ appoġġ jiġu implimentati fil-ħin tal-evalwazzjoni.

Hemm għarfien komuni fost il-membri tal-IKS dwar l-importanza ta’ qafas effiċjenti tal-ġestjoni tar-riskju li jinvolvihom b’mod sħiħ fl-istabbiliment tiegħu. Il-“Qafas dwar il-Ġestjoni tar-Riskju fl-Intrapriżi” qed jiġi żviluppat u huwa ppjanat li jiġi introdott fl-2010.

L-appoġġ għall-programm u l-unitajiet responsabbli għall-istrateġija u l-konsistenza fl-eżekuzzjoni tal- Master Plan huma komponent kbir tal-organizzazzjoni tal-IKS. L-użu ta’ Pjan ta’ Ġestjoni uniformi tal-Programm jiżgura li tiġi applikata l-istess metodoloġija fil-proġetti u dan iwassal għal riżultati koerenti u konsistenti, għalkemm il-potenzjal sħiħ tiegħu għadu ma ntlaħaqx minħabba l-istadju bikri tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.

Il-proċessi u l-istrumenti ta’ komunikazzjoni għandhom jiġu żviluppati aktar sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet differenzjati ta’ komunikazzjoni tal-membri fundaturi, il-membri tal-IKS u l-partijiet interessati l-oħra, kemm jekk ikunu membri kif ukoll jekk ma jkunux membri tal-Bord Amministrattiv.

L-informazzjoni u l-koordinazzjoni fil-Bord Amministrattiv huma sodisfaċenti, għalkemm xi membri tal-IKS jaħsbu li saret wisq enfasi fuq il-kwistjonijiet amministrattivi u jippreferu jkollhom suġġetti aktar tekniċi fl-aġenda tal-Bord. Dan huwa minħabba l-fatt li matul il-perjodu ta’ referenza l-IKS iddedikat l-akbar sforzi għall-istabbiliment tagħha u ftit kienu l-attivitajiet operattivi mnedija.

Id-data prodotta jew miġbura mill-IKS għandha tintuża sal-ogħla grad possibbli meta ssir analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-fażi tat-tħaddim. Din l-informazzjoni għandha tiġi integrata fl-eżerċizzji ta’ komunikazzjoni strateġiċi li jagħtu lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea l-għodod adattati biex jikkomunikaw dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tal-Programm SESAR kif ukoll dwar l-azzjonijiet mitiganti.

B’mod ġenerali, il-koordinazzjoni bejn l-IKS, il-membri fundaturi tagħha u l-membri magħżula hija sodisfaċenti. L-allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-IKS, il-membri fundaturi u l-membri magħżula huma bbażati fuq il-qafas legali. Il-koordinazzjoni bejn iż-żewġ membri fundaturi hija sodisfaċenti u huma jipprovaw jikkoordinaw l-kontribut tagħhom lill-Bord Amministrattiv tal-IKS. L-arranġamenti ta’ monitoraġġ u rapportar bejn l-IKS u l-Kummissjoni huma ddefiniti fi ftehim ġenerali konkluż f’Diċembru 2009 u huma sodisfaċenti.

Sabiex jiżgura operazzjonijiet effiċjenti u effettivi, bħal f’kull organizzazzjoni li għadha kemm ġiet stabbilita, il-maniġment tal-IKS għandu jiffoka fuq il-bini ta’ kultura organizzattiva komuni sabiex imexxi mudell tant innovattiv ta’ sħubija pubblika-privata (PPP).

Għandhom jiġu żviluppati proċessi u strumenti ta’ taħriġ attraenti mill-IKS u dawn għandhom jiġu applikati sabiex tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-persunal tal-membri li jaħdmu fuq il-proġetti.

Il-qagħda finanzjarja ġenerali

L-IKS implimentat qafas xieraq li jikkonforma mar-regoli finanzjarji tal-IKS u mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Il-Qorti tal-Awdituri reċentament ikkummentat dwar ir-regoli finanzjarji tal-IKS filwaqt li enfasizzat xi oqsma li għandhom jissaħħu. Qed jittieħdu għadd ta’ azzjonijiet mill-IKS sabiex jiġi implimentat dan it-titjib.

Il-membri kollha tal-IKS ifformalizzaw l-impenji finanzjarji tagħhom permezz ta’ ftehimiet xierqa mal-IKS:

- Il-Kummissjoni tikkontribwixxi EUR 700 miljun, kollha kemm huma fi flus kontanti

- L-Eurocontrol tipprovdi EUR 700 miljun b’kontribuzzjoni, li minnhom EUR 535 miljun in natura u EUR 165 miljun fi flus kontanti

- Il-membri l-oħra impenjaw ammont globali ta’ EUR 537 miljun li 5 % minnhom huma pprovduti fi flus kontanti

Rilevanza

B’mod ġenerali, ir- Regolament tal-IKS u l-IKS huma vvalutati bħala rilevanti ħafna. Dan huwa bbażat fuq il-konklużjonijiet li ġejjin:

- Id-data miġbura tindika li l-mudell tal-IKS huwa mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni xieraq għall-fażi tal-iżvilupp tas-SESAR u għat-twettiq tal- Master plan

- Minħabba l-kumplessità tal-programm u d-daqs tal-baġit tiegħu, l-iżvilupp tas-SESAR jeħtieġ amministrazzjoni mmirata u kompetenza teknika rreklutata minn diversi partijiet interessati. Il-perċezzjoni tal-partijiet interessati hija li l-għażla tal-istrument tal-IKS tkun ġustifikata

- L-għanijiet strateġiċi tal-IKS għall-2012 u l-pjanijiet tax-xogħol annwali huma allinjati mal- Master plan u mal-kompiti tal-IKS

- L-IKS qed taġixxi f’konformità mar-rekwiżiti tal-Programmi FP7 u TEN-T

Effettività

L-effettività tal-IKS hija vvalutata bħala għolja. B’mod ġenerali, l-IKS wettqet il-kompiti tagħha u tat l-outputs u r-riżultati meħtieġa kif previst:

10. L-istabbiliment tal-IKS kien effettiv u f’waqtu. B’mod partikolari, l-IKS:

11. Ikkostitwiet il-Bord Amministrattiv tagħha, ħatret id-Direttur Eżekuttiv u stabbilixxiet il-kwartieri ġenerali tagħha

12. adottat il- Master plan li fih stabbiliet il-programm ta’ ħidma tagħha

13. innegozjat u kkonkludiet il-ftehimiet ta’ sħubija u l-ftehim qafas multilaterali, il-ftehim ġenerali mal-Kummissjoni u l-ftehim speċifiku mal-Eurocontrol

14. irreklutat il-persunal prinċipali u stabbilixxiet ir-regoli u l-proċeduri meħtieġa f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE

15. L-IKS iffinalizzat it-trasformazzjoni tagħha f’Korp tal-UE. Għalkemm dan it-tibdil fl-istatus għandu impatt pożittiv sinifikanti fuq l-IKS u l-fażi ta’ żvilupp, tawwal kemmxejn it-tlestija tal-istabbiliment tal-IKS

16. L-IKS organizzat u qed tikkoordina attivitajiet tekniċi f’konformità mal- Master plan filwaqt li tevita l-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni tal-attivitajiet

17. L-IKS immobilizzat u amministrat il-fondi mill-membri tagħha

18. L-IKS għamlet sforzi biex tinvolvi firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati permezz tal-proċess ta’ sħubija u billi waqqfet il-Kumitat Xjentifiku u s-Sħubija tal-prestazzjoni strateġika. Barra minn hekk, il-Bord Amministrattiv fl-2010 introduċa l-istatus ta’ “assoċjati”, li jimmira biex jippermetti lill-IKS u lill-membri tagħha jestendu l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-IKS għal firxa usa’ ta’ partijiet interessati, b’mod partikolari l-SMEs, l-istituti ta’ riċerka u l-akkademiċi. Ġew stabbiliti wkoll arranġamenti ta’ ħidma mal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

19. L-IKS żviluppat ukoll il-kooperazzjoni internazzjonali tagħha billi nediet attivitajiet tekniċi bħall-AIRE (Inizjattiva Atlantika għall-Interoperabbiltà biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet) u OPTIMI (Ir-rintraċċar, titjib u monitoraġġ tal-pożizzjoni Oċeanika). Ġiet imwettqa wkoll l-interoperabbiltà ta’ SESAR-NextGen u se tkompli tkun imwettqa taħt Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika

Effiċjenza

Għalkemm għadu kmieni wisq biex tiġi vvalutata l-effiċjenza globali tal-IKS, il-progress li sar matul il-perjodu ta’ referenza jindika li l-mudell tal-IKS irriżulta aktar effiċjenti milli kieku l-fażi tal-iżvilupp tas-SESAR kellha tiġi implimentata permezz ta’ sejħa għal proposti konvenzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp. L-IKS kienet effettiva ħafna biex tlaqqa’ l-partijiet interessati rilevanti u tikkoordina l-isforzi ta’ riċerka tal-ĠTA fl-UE. L-implimentazzjoni effiċjenti tal-fażi tal-iżvilupp tiddependi ħafna fuq il-ġestjoni koordinata tal-IKS tal-pakketti u l-proġetti ta’ ħidma li jiżguraw ukoll ekonomiji tal-iskala.

Id-data miġbura tindika li l-IKS qed taħdem b’mod effiċjenti fir-rigward tal-proċeduri ta’ ħidma interni u l-ġestjoni. L-effiċjenza hija mistennija li tkompli tiżdied meta s-sistemi ġodda tal-IT, speċjalment għall-ġestjoni finanzjarja (ABAC/SAP), jiġu implimentati fl-2010.

Sostenibbiltà/utilità

Il-kollaborazzjoni stabbilita bejn il-partijiet interessati fl-IKS tistabbilixxi bażi solida sabiex jingħata kontribut għall-kisba ta’ benefiċċji sostenibbli fit-tul għat-trasport bl-ajru b’appoġġ għall-għanijiet tal-SES. Madankollu, għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex biżżejjed biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul. Il-fatturi li jinfluwenzaw il-kisba tal-għanijiet fit-tul jinkludu:

- Qafas regolatorju li jappoġġja t-tħaddim ta’ teknoloġiji u proċeduri u l-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji

- L-involviment ta’ atturi ewlenin (utenti tal-ispazju, persunal rilevanti, ajruporti, fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, eċċ) biex iħaddmu u jiffinanzjaw it-tħaddim ta’ teknoloġiji u proċeduri vvalidati

- L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda tal-ĠTA f’reġjuni oħra u l-konverġenza tagħhom ma’ sistemi Ewropej

- L-iżvilupp ekonomiku fil-ġejjieni u xejriet fid-domanda għat-trasport bl-ajru

IL- MASTER PLAN

Il- Master plan huwa l-pjan ta’ direzzjoni bi qbil ġenerali miżmum u eżegwit mill-IKS, għat-trasferiment għal kunċett operattiv ġdid tal-ĠTA li jappoġġja l-għanijiet tal-SES. Dan għandu jitqies bħala r-referenza Ewropea għal ippjanar stabbli u kredibbli li tippermetti lill-partijiet interessati biex jantiċipaw funzjonalitajiet ġodda li jallinjawhom ma’ ċikli ta’ investiment u l-ippjanar ta’ attivitajiet ta’ konverżjoni. Il- Master plan huwa dokument ħaj li jkopri kemm il-fażijiet tal-iżvilupp u kif ukoll dawk tat-tħaddim ta’ SESAR. Huwa jmexxi l-programm ta’ ħidma għall-fażi tal-iżvilupp u, b’mod simili, il- Master plan se jkun għodda ewlenija ta’ governanza għall-fażi tat-tħaddim.

Progress miksub mill-IKS fit-twettiq tal- Master plan

Il-fażi tad-definizzjoni tas-SESAR stabbiliet il-bażi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kunċett ġdid tal-ĠTA, li jindirizza attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u tal-validazzjoni segwiti minn tħaddim ikkoordinat. Ir-riżultat ewlieni tal-fażi ta’ definizzjoni tas-SESAR huwa l-Master Plan tas-SESAR li jintegra l-oqsma ta’ titjib fil-prestazzjoni, l-elementi tal-kunċett ġdid tal-ĠTA, l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u jistipula l-pjan ta’ direzzjoni għall-implimentazzjoni tat-titjib operattiv fi programm ta’ ħidma koerenti. F’konformità mar- Regolament tal-IKS , il-Master Plan tas-SESAR ġie ttrasferit mill-Eurocontrol għall-IKS fis-7.11.2008.

Fit-30.03.2009, il-Kunsill approva l-Master Plan tas-SESAR bħala l-verżjoni inizjali tal- Master plan li jipprovdi l-pjan ta’ direzzjoni għall-fażijiet tal-iżvilupp u t-tħaddim tal-programm SESAR. Il-Kunsill ikkonferma wkoll li l-immodernizzar tal-ĠTA u l-iskadenzi proposti għall-kisba tiegħu jibqgħu jkunu ta’ prijorità politika għolja għall-UE. Il-Bord Amministrattiv tal-IKS adotta l- Master plan fit-12.06.2009.

Il-livell attwali ta’ twettiq

20. Il-fażi tal-iżvilupp

L-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp tal-IKS ġew imnedija fit-3.06.2009. Sena wara, 85% tat-300 proġett ġew imnedija b’madwar 160 proġett li bdew xogħol attwali ta’ Riċerka u Żvilupp. F’dak li jirrigwarda l-proġetti l-aktar avvanzati, diġà ġew sottomessi l-ewwel riżultati lill-IKS. Attwalment, permezz tal-IKS, 1500 espert minn 16-il membru fi 17-il Stat Membru differenti qed jaħdmu biex jiżviluppaw u jivvalidaw is-sistema futura Ewropea tal-ĠTA.

Il-prijorità attwali hija li jinkisbu benefiċċji ta’ malajr mir-riżultati bikrija dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni, l-assenjazzjoni u l-gwida tar-rotot kif ukoll fuq in-naħa tal-ajru tal-ġestjoni trajettorja. L-IKS hija mistennija li tippreżenta l-ewwel teknoloġiji vvalidati minn kmieni fl-2012.

21. Il-fażi ta’ tħaddim

Il- Master plan attwalment jiddefinixxi 3 pakketti ta’ implimentazzjoni li jibnu fuq xulxin:

- Il-Pakkett ta’ Implimentazzjoni I (IP1) fih il-funzjonalitajiet u t-teknoloġiji bażiċi vvalidati tal-kunċett operattiv SESAR li ma jeħtiġux aktar riċerka u huma disponibbli biex jiġu mħaddma. L-IP1 jistabbilixxi l-bażi għal tħaddim fil-futur ta’ funzjonalitajiet aktar avvanzati

- Il-Pakkett ta’ Implimentazzjoni II (IP2) huwa magħmul minn elementi ĠTA li jeħtieġu aktar riċerka u żvilupp u li jistgħu jiġu proposti għall-istandardizzazzjoni u l-implimentazzjoni mill-2014

- Il-Pakkett ta’ Implimentazzjoni III (IP3) huwa magħmul mill-aktar elementi avvanzati tal-kunċett operattiv tas-SESAR li jippermetti t-tranżizzjoni sħiħa għall-ġestjoni trajettorja 4D u l-operazzjonijiet tal-ajruplani bbażati fuq il-ħin, għal tħaddim lil hinn mill-2020

F’dan l-istadju tal-programm, qed isir tħaddim tal-IP1 biss minn atturi differenti tal-ĠTA. L-instigaturi kollha tat-titjib operattiv tal-IP1 ġew ivvalidati u industrijalizzati u huma lesti biex jitħaddmu jew inkella diġà bdew jitħaddmu. L-IP1 jimmira li jipprovdi titjib fi żmien qasir fis-sistema Ewropea attwali tal-ĠTA u li jagħmilha aktar koerenti permezz tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, koordinazzjoni aħjar u l-preparazzjoni għal operazzjonijiet trajettorji u bbażati fuq il-ħin.

L-IP1 huwa kwistjoni ewlenija għat-tħaddim peress li kwalunkwe dewmien fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi għal żmien qasir huwa ta’ riskju kbir għall-programm SESAR. B’risposta għall-bżonn urġenti li tmexxi t-tħaddim tal-IP1, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Tmexxija tal-IP1 taħt l-awspiċi tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku u bl-appoġġ tal-Istati Membri, l-IKS, il-Eurocontrol u partijiet interessati. Il-grupp ġie stabbilit fis-27.04.2010 bħala struttura ta’ ħidma ad hoc bl-għan li jissorvelja t-tħaddim tal-IP1. Il-Grupp ta’ Tmexxija tal-IP1 se jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Eurocontrol, lill-IKS u lill-investituri privati (il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-linji tal-ajru, l-ajruporti) sabiex jitnaqqsu kwalunkwe lakuni eżistenti bejn il-pjan ta’ tħaddim, kif stabbilit fil- Master plan , u r-realtà.

22. Aġġornamenti tal- Master plan

Il-Kunsill talab li l-IKS għandha tippreżenta l-ewwel aġġornament tal- Master plan sa Marzu 2010[9]. L-IKS ippreżentat il-proposta mistennija lill-Bord Amministrattiv tagħha, li ddiskutietha fit-30.04.2010. L-ambitu ta’ dan l-ewwel aġġornament kien limitat peress li ma kellu ebda impatt fuq l-ippjanar ġenerali jew l-investimenti meħtieġa jew il-prestazzjoni prevista u f’dawn li ġejjin[10]:

- L-irfinar tat-titjib operattiv tal-IP1

- L-introduzzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali regolatorji u ta’ standardizzazzjoni

- L-aġġornament tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju

Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku tal-UE fis-7.05.2010 u l-Grupp ta’ Konsulenza tal-Partijiet Interessati tal-Eurocontrol fis-17.05.2010 approvaw il-proposta mingħajr ebda tibdil. Il-Bord Amministrattiv tal-IKS adotta l-proposta fit-12.07.2010.

Aġġornamenti futuri huma mistennija kull 18 jew 24 xahar, li għandhom jippermettu b’mod adegwat ir-riflessjoni tal-progress miksub filwaqt li jiżguraw l-istabilità tad-dokument u l-involviment tal-partijiet interessati. L-aġġornament li jmiss tal- Master plan jista’ jindirizza r-rabta bejn il-pjan ta’ prestazzjoni (rekwiżiti ta’ livell għoli) u l- Master plan (reazzjoni teknoloġika għall-ħtieġa ta’ titjib fil-prestazzjoni tan-netwerk).

[1] Ir-Regolamenti (KE) 549/2004, 550/2004, 551/2004, 552/2004, ĠU L96, 31.03.2004, p.1-26, kif emendati mir-Regolament (KE) 1070/2009 tal-21.10.2009, ĠU L300, 14.11.2009, p. 34.

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 219/2007 tas-27.02.2007, ĠU L64, 2.03.2007, p. 1

[3] Il- Master plan , p. 84 http://www.sesarju.eu/sites/default/files/documents/reports/European_ĠTA_Master_Plan.pdf

[4] Deskrizzjoni teknika dettaljata tax-xogħol: http://www.sesarju.eu/public/standard_page/library_list.html

[5] NextGen huwa l-Proframm ta’ modernizzar tal-ĠTA tal-Istati Uniti tal-Amerika.

[6] Ir-rapport komplut: http://ec.europa.eu/transport/evaluations/research_en.htm jew http://ec.europa.eu/transport/evaluations/trans_european_networks_en.htm

[7] Artikolu 5, Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-10.03.2004, ĠU L96, 31.2.2004

[8] Ir-Rapport Annwali dwar l-Attività tal-Impriża Konġunta SESAR 2009, 10.03.2010: www.sesarju.eu/sites/default/files/documents/reports/Annual_Activity_Report_2009_Adopted.pdf

[9] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30.03.2009, paragrafu 3

[10] https://www.atmmasterplan.eu

Top