EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0015

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Jannar 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (15619/1/2007 – C7-0341/2010 – 2007/0255(NLE))

ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 111–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 136/111


L-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2011
Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja ***

P7_TA(2011)0015

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (15619/1/2007 – C7-0341/2010 – 2007/0255(NLE))

2012/C 136 E/28

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (15619/1/2007),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (16005/2007),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C7-0341/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0362/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Serbja.


Top