EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1027(05)

Notifika rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

ĠU C 290, 27.10.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/20


Notifika rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba mingħand entità kontraenti

2010/C 290/10

Fit-18 ta’ Ottubru 2010 l-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kien id-19 ta’ Ottubru 2010.

Din it-talba, toriġina mill-assoċjazzjoni Taljana tal-industrija taż-żejt u minjieri – Assomineraria, f’isem l-entitajiet kontraenti tas-settur, dwar l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fl-Italja. L-Artikolu 30 imsemmi hawn fuq jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Għaldaqstant, id-data tal-iskadenza hija d-19 ta’ Jannar 2011.

Dan il-perjodu jista' eventwalment jittawwal bi tliet xhur. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(6), talbiet ġodda rigward l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fl-Italja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għat-talba preżenti, ma jagħtux lok għal proċedimenti ġodda iżda jiġu trattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


Top