Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0225(03)

    Avviż rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

    ĠU C 47, 25.2.2010, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 47/28


    Avviż rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE

    Talba mingħand entità kontraenti

    2010/C 47/11

    Fil-15 ta’Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet is-16 ta’Frar 2010.

    Din it-talba, li waslet mingħand Compagnia Valdostana delle Acque S.p.A., tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Italja. L-Artikolu 30 imsemmi hawn fuq jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Għaldaqstant, id-data tal-iskadenza hija s-16 ta’ Mejju. 2010.

    Dan il-perjodu jista' eventwalment jittawwal bi tliet xhur. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.

    Skont l-Artikolu 30(6), it-tieni subparagrafu, talbiet ġodda rigward il-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Italja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għat-talba preżenti, ma jitqisux li jagħtu lok għal proċedimenti ġodda iżda jkunu trattati fil-qafas ta’ din it-talba.


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


    Top