EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010TA1214(12)

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

ĠU C 338, 14.12.2010, p. 65–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/65


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2010/C 338/12

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1 – 2

66

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI …

3 – 12

66

KWISTJONIJIET OĦRA …

13

67

It-Tabella …

68

Ir-risposti tal-Aġenzija

70

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta’ Jannar 2005 (1). L-Aġenzija tmexxi programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwali u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta' proġetti tekniċi (2).

2.

Wara l-adozzjoni ta' żewġ baġits ta' emenda, il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2009 kien EUR 47,7 miljun, meta mqabbel ma' EUR 38,2 miljun is-sena ta' qabel. L-għadd ta' persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 414 meta mqabbel mat-362 is-sena ta' qabel.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixtħux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

13.

Rigward il-proċedura ta' għażla tal-persunal, la l-limiti li l-kandidati kellhom jilħqu biex jiġu mistiedna għal intervista u lanqas dawk meħtieġa biex jitpoġġew fuq il-lista ta' riżerva ma ġew iffissati bil-quddiem; huma kienu ffissati mill-bordijiet ta' għażla wara l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-kandidati. Dawn il-prattiki poġġew it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ f'riskju.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu, fil-laqgħa tagħha tal-14 u tas-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura (Brussell)

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta' Jannar 2005

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2009

(Data għall-2008)

Attivitajiet u prodotti fl-2009

L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità.

(l-Artikolu 165 (1) tat-Trattat)

L-Unjoni Ewopea għandha timplimenta politika ta' taħriġ vokazzjonali.

(l-Artikolu 166 (1) tat-Trattat)

L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura [għall-iżvilupp] tal-kulturi tal-Istati Membri.

(l-Artikolu 167 (1) tat-Trattat)

L-Unjoni Ewopea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(l-Artikolu 173 (1) tat-Trattat)

Objettivi

Fil-qafas tal-politika edukattiva, kulturali u industrijali, ittieħdu diversi miżuri sabiex jippromovu l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-awdjoviżwali, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea. L-objettivi prinċipali ta' dawn il-miżuri huma sabiex jirrinforzaw il-koeżjoni soċjali u sabiex jikkontribwixxu lejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u unjoni dejjem akbar bejn il-popli tal-Ewropa.

Dawn il-miżuri jinkludu varjetà ta' programmi.

L-Aġenzija hija responsabbli mit-tmexxija ta' ċerti linji ta' dawn il-programmi (pereżempju “Tagħlim tul il-ħajja”, “Kultura”, “Żgħażagħ fl-Azzjoni”, “L-Ewropa għaċ-Ċittadin”, “il-MEDIA”, “Erasmus Mundus” (inklużi l-“Azzjoni 2” il-ġdida u “Tempus”). F'dan ir-rigward, hija timplimenta l-għajnuna tal-Unjoni, minbarra l-evalwazzjoni tal-programm, studji strateġiċi u kompiti oħrajn li jeħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jispjegaw l-għażliet politiċi.

Kompiti

Tmexxi, matul iż-żmien tagħhom, il-proġetti speċifiċi fdati lilha fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni.

Tadotta l-istrumenti tal-implimentazzjoni tal-baġit għad-dħul u għan-nefqa u sabiex twettaq, fejn il-Kummissjoni tkun tatha l-poter li tagħmel hekk, l-operazzjonijiet neċessarji għat-tmexxija tal-programmi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, dawk marbuta mal-assenjazzjoni ta' għotjiet u kuntratti.

Tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni.

Timplimenta, fil-livell tal-Unjoni, in-netwerk ta' informazzjoni dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) għall-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni u l-produzzjoni ta' studji u pubblikazzjonijiet.

1 —   Kumitat Direttiv

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea.

Jadotta l-programm ta' xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha.

2 —   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

3 —   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 —   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Baġit

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2009 laħaq EUR 48 miljun (EUR 38 miljun fl-2008) (100 % ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea).

L-Aġenzija ġestiet EUR 629 miljun li għandhom x'jaqsmu mal-programmi u mal-proġetti delegati mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva (EUR 492 miljun fl-2008)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2009

1)

Persunal temporanju:

 

99 kariga għal persunal temporanju fil-pjan ta' stabbiliment (92 fl-2008)

 

Karigi okkupati: 91 (85 fl-2008).

2)

Persunal kuntrattwali:

327 persunal kuntrattwali (303 fl-2008)

Karigi okkupati:

323 (277 fl-2008)

3)

Total tal-persunal:

414-il kariga okkupati (362 fl-2008)

Allokati f'

Operazzjonali: 340

Amministrattivi: 74

Twettqu l-attivitajiet u nkisbu r-riżultati li ġejjin fl-2009:

Rigward il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija, ġew impenjati EUR 46 miljun (97 %) u tħallsu EUR 41 miljun (85 %) biex ikopru spejjeż tal-persunal, spejjeż tal-infrastruttura u spejjeż amministrattivi marbuta ma' attivitajiet operazzjonali.

Rigward il-baġit operazzjonali, ġew impenjati EUR 625 miljun (99.3 %) biex ikopru l-għoti ta' għotjiet u kuntratti u tħallsu EUR 528 miljun (99.9 %).

Ġew implimentati firxa ta' miżuri ta' simplifikazzjoni biex jitjiebu l-proċessi tat-tmexxija u l-proċeduri għall-benefiċjarji u biex jiġu armonizzati u aċċellerati l-proċeduri interni ta' ħidma. Dawn jinkludu partikolarment l-għemil ta' kuntratti b'deċiżjoni, l-introduzzjoni ta' pagamenti ta' somma f'daqqa u b'rata fissa, il-bgħit elettroniku ta' proposti, il-ftehim ta' qafas ta' sħubija, ir-razzjonalizzazzjoni ta' għotjiet u l-konsolidazzjoni ta' kummenti ta' esperti.

Inħarġu l-prodotti li ġejjin fl-2009:

Ġew ippubblikati 31 sejħa għall-proposti u 3 gwidi tal-programm, għall-programmi kollha tal-2007-2013. Il-proċessi ta' għażla relevanti kienu organizzati fil-ħin,

Twettqu firxa ta' laqgħat kick-off ta' proġetti u 8 InfoDays (Ġranet ta' Informazzjoni) fl-2009.

Intgħażlu madwar 4 100 proġett għall-għoti ta' għotjiet,

Ġew iffirmati 4 700 kuntratt,

Twettqu madwar 7 960 pagament,

Ingħalqu 5 462 proġett fl-2009,

Ġew varati 6 sejħiet għall-offerti / proċeduri tal-akkwist għall-forniment ta' studji u servizzi.

Ingħalqu 154 verifika fl-2009, filwaqt li ġew varati 98 verifika ġodda u twettqu l-missjonijiet kollha fuq il-post.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija ħadet inkonsiderazzjoni s-sejba tal-Qorti u emendat il-proċedura tagħha sabiex jiġi msemmi fin-notifika ta' post tax-xogħol mhux biss in-numru ta' kandidati li ser jitpoġġew fuq lista ta' riżerva iżda wkoll in-numru ta' kandidati li jġibu l-ogħla gradi li ser jiġu intervistati.


(1)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta' implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(7)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(8)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-31 ta’ Mejju 2010 u rċevuti mill-Qorti fid-9 ta’ Lulju 2010. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara. Dawn jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.europa.eu/agencies/executive_agencies/eacea/index_en.htm.


Top