Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0760

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

/* KUMM/2010/0760 finali */

52010PC0760




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 26.11.2010

KUMM(2010) 760 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nfiq identifikat b'mod ċar li ma jistax jiġi ffinanzjat fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Għall-baġit tal-2011, huwa meħtieġ infiq addizzjonali, lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi 1a u 4. Huwa għalhekk propost li jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

L-ammonti li għandhom jiġu mmobilizzati huma kif ġej:

- EUR 18-il miljun għall-programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja taħt l-intestatura 1a;

- EUR 16-il miljun għall-programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt l-intestatura 1a;

- EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja huma mfakkra li l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea m'għandhiex issir aktar tard mill-pubblikazzjoni tal-baġit tal-2011.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[2], u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3],

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 1a u l-intestatura 4, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-11 ta' Novembru 2010, iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità sabiex jikkumplimenta l-finanzjament fil-baġit tal-2011, lil hinn mil-limitu massimu tal-intestaturi 1a u 4, ta':

- EUR 18-il miljun għall-programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja taħt l-intestatura 1a;

- EUR 16-il miljun għall-programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt l-intestatura 1a;

- EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-baġit tal-2011"), l-istrument tal-flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 34 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestatura 1a u ta’ EUR 71 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestatura 4.

Dawn l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplimentaw il-finanzjament ta':

- EUR 18-il miljun għall-programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja taħt l-intestatura 1a;

- EUR 16-il miljun għall-programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt l-intestatura 1a;

- EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1

[2] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[3] ĠU […]

Top