This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0740
Recommendation for a COUNCIL DECISION amending for the second time Decision 2010/320/EU addressed to Greece with a view to reinforcing and deepening the fiscal surveillance and giving notice to Greece to take measures for the deficit reduction judged necessary to remedy the situation of excessive deficit
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv
/* KUMM/2010/0740 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.12.2010 KUMM(2010) 740 finali Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2010/320/UE tal-10 ta' Mejju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-Artikolu 136(1)(a) TFUE jipprevedi l-possibiltà li jiġu adottati miżuri adattati speċifiċi għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro bil-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom. (2) L-Artikolu 126 TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċ tal-gvern eċċessiv u jistabbilixxi l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn immedjat għal pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li jqis il-qagħda ekonomika. (3) Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja. (4) Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta Deċiżjoni indirizzata lill-Greċja skont l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136, bil-ħsieb li tissaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa neċessarji biex tkun rimedjata s-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv mhux aktar tard mid-data ta' skadenza fl-2014 (minn issa 'l quddiem "Id-Deċiżjoni")[1]. Il-Kunsill stabbilixxa l-perkors li ġej għall-korrezzjoni tad-defiċit : defiċits tal-gvern li ma jaqbżux EUR 18 508-il miljun fl-2010, EUR 17 065-il miljun fl-2011, EUR 14 916-il miljun fl-2012, EUR 11 399-il miljun fl-2013 u EUR 6 385 miljuni fl-2014. (5) Skont il-previżjonijiet disponibbli meta l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni, il-PDG reali kien mistenni li jiċkien b’4 % fl-2010 u 2½ % fl-2011, u jirkupra wara, b’rati ta’ tkabbir ta’ 1.1 % fl-2012, u 2.1 % fl-2013 u l-2014. Id-deflator tal-PDG kien mistenni li jkun 1.2 %, – -0.5 %, 1.0 %, 0.7 % u 1.0 % mill-2010 sal-2014, rispettivament. Minħabba l-iżviluppi ekonomiċi, il-PDG reali issa huwa mistenni li jiċkien b'4¼ % fl-2010 u bi 3 % fl-2011 u jirkupra wara b'rati ta' tkabbir ta' 1.1 % fl-2012, u 2.1 %fl-2013 u l-2014. Id-deflators tal-PDG issa huma mistennija li jkunu 3.0 %, 1.5 %, 0.4 %, 0.8 % u 1.2 % mill-2010 sal-2014, rispettivament. (6) Fil-15 ta' Novembru 2010, il-Eurostat ivvalida l-istatistika tad-defiċit u d-dejn tal-Gvern Grieg[2], skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009[3]. F'dik l-okkażżjoni, is-serje tad-defiċiti u d-djun għas-snin 2006-2009 kienu riveduti 'l fuq. Il-proporzjon tad-defiċit tal-gvern mal-PDG għall-2009 kien rivedut minn 13.6 % tal-PDG għal 15.4 % tal-PDG, filwaqt li l-proporzjoni tad-dejn kien rivedut minn 115.1 % tal-PDG għal 126.8 % tal-PDG. (7) Il-Greċja għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-miżuri mitluba mid-Deċiżjoni inkluż it-tnaqqis tad-defiċit tal-gvern. Madankollu, ir-reviżjoni msemmija qabel f'serje statistika flimkien mal-ġbir dgħajjef tad-dħul u problemi oħra bl-implimentazzjoni baġitarja, inkluż l-akkumulazzjoni ta' ammonti pagabbli, jimplikaw li l-limitu massimu tad-defiċit tal-gvern għall-2010 probabbilment mhux se jintlaħaq. Dan it-telf dovut għandu jkun irkuprat matul l-2011. (8) Fl-24 ta’ Novembru 2010, il-Greċja ppreżentat lill-Kunsill u l-Kummissjoni rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-miżuri ta’ politika li ttieħdu biex jikkonformaw mad-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u kkonkludiet li l-Greċja qed tikkonforma b’mod sodisfaċenti mad-Deċiżjoni[4]. (9) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li tiġi riveduta d-Deċiżjoni minn għadd ta’ aspetti, filwaqt li titħalla kif inhi l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv u l-perkors ta’ aġġustament għad-defiċit tal-gvern u ż-żieda tad-dejn tal-gvern f'termini nominali. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2010/320/UE hija emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(3), it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej: '3. Abbażi tal-previżjonijiet ta' Novembru 2010 dwar il-PDG, il-perkors korrespondenti għall-proporzjon ta' dejn mal-PDG ma għandux ikun iktar minn 143 % fl-2010, 153 % fl-2011, 157 % fl-2012, 158 % fl-2013 u 156 % fl-2014. 2. fl-Artikolu 2(3) il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej: '(k) ġestjoni aħjar tal-assi pubbliċi, bil-għan li jinġabru mill-inqas EUR 1 biljun fl-2011, u mill-inqas EUR 3 biljuni kull sena fl-2012 u l-2013; ir-rikavat mill-bejgħ tal-assi (assi immobiljari u assi finanzjarji) għandhom jintużaw biex jinfeda d-dejn u mhux se jnaqqas l-isforzi tal-konsolidazzjoni fiskali għall-konformità tal-limiti massimi tad-defiċit fl-Artikolu 1(2);'. 3. fl-Artikolu 2(3), il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej: '(m) digriet li jipprojbixxi l-gvernijiet lokali milli jkollhom defiċits mill-inqas sal-2014; tnaqqis fit-trasferimenti lill-gvern lokali f'konformità mal-iffrankar ippjanat u t-trasferimenti ta' kompetenzi;'. 4. fl-Artikolu 2(3), il-punt (o) huwa sostitwit b'dan li ġej: '(o) implimentazzjoni ta' sistema uniformi ta' preskrizzjoni elettronika; pubblikazzjoni tal-lista tal-prezzijiet kompluta għall-mediċini fis-suq; applikazzjoni tal-lista ta' mediċini li mhumiex rimborżati u lista ta' mediċini li jistgħu jinbigħu mingħajr preskrizzjoni; pubblikazzjoni tal-lista l-ġdida ta' mediċini rimburżati bl-użu tas-sistema ġdida ta' prezz ta' referenza; għall-użu tal-informazzjoni disponibbli permezz tal-preskrizzjoni elettronika u l-iskennjar għall-ġbir ta' roħs mill-kumpaniji farmaċewtiċi; introduzzjoni għal mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jippermetti li n-nefqa farmaċewtika tkun ivvalutata kull xahar; infurzar ta' kopagamenti għal servizzi ambulatorji regolari ta' EUR 5 u l-estensjoni ta' kopagamenti ta' żjarat mhux mixtieqa lid-dipartimenti tal-emerġenza; pubblikazzjoni ta' kontijiet awditjati għall-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa; ħolqien ta' taskforce indipendenti ta' esperti tal-politika tas-saħħa li l-kompitu tagħhom huwa li sal-aħħar ta' Mejju 2011 jipproduċu rapport dettaljat għal riforma kumplessiva tas-sistema tas-saħħa li għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema tas-saħħa;'. 5. fl-Artikolu 2(3), il-punt (p) għandu jitħassar u għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin: '(q) tnaqqis ulterjuri fin-nefqa operazzjonali b'mill-inqas 5 % li jwassal għal iffrankar ta' mill-inqas EUR 100 miljun; (r) tnaqqis ulterjuri fit-trasferimenti li jwassal għal iffrankar għall-gvern kollu ta' mill-inqas EUR 100 miljun. L-entitajiet pubbliċi benefiċjarji se jiżguraw tnaqqis addizzjonali fin-nefqa sabiex ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta' arretrati; (s) verifika tal-mezzi tal-benefiċċji tal-familja minn Jannar 2011 'il quddiem li se twassal għal iffrankar ta' mill-inqas EUR 150 miljun (nett mill-kosti amministrattivi rispettivi); (t) tnaqqis mix-xiri ta' tagħmir militari (kunsinni) b'mill-inqas EUR 500 miljun meta mqabbel mal-livell reali tal-2010. (u) tnaqqis fin-nefqa fuq prodotti farmaċewtiċi mill-fondi tas-sigurtà soċjali b'EUR 900 miljun minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-mediċini u minħabba proċeduri ġodda tal-akkwist pubbliku; u mill-isptarijiet (inkluż wkoll in-nefqa fuq it-tagħmir) b'mill-inqas EUR 350 miljun; (v) tibdil fil-maniġment, l-ipprezzar u l-pagi tal-intrapriżi pubbliċi li se jwassal għal iffrankar ta' mill-inqas EUR 800 miljun; (w) ekwalizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tat-tisħin u d-dijżil wara l-1 ta' Ottubru 2011, bl-għan li jkunu miġġielda l-frodi li se trendi EUR 600 miljun fl-2011 (impatt ta' sena sħiħa ta' mill-inqas EUR 900 miljun) netti mill-miżuri speċifiċi li jipproteġu l-faxex tal-popolazzjoni li għandhom inqas dħul; (x) żieda fir-rati mnaqqsa tal-VAT minn 5.5 % għal 6.5 % u minn 11 % għal 13 %, li se trendi mill-inqas EUR 880 miljun; u tnaqqis fir-rata tal-VAT applikabbli għall-mediċini u l-akkomodazzjoni fil-lukandi minn 11 % għal 6.5 % b'kost li ma jaqbizx EUR 250 miljun, nett mill-iffrankar għall-fondi tas-sigurtà soċjali u l-isptarijiet li jirriżulta mir-rata iktar baxxa tal-VAT fuq il-mediċini; (y) intensifikazjoni tal-ġlieda kontra l-kutrabandu tal-fjuwil (mill-inqas EUR 190 miljun); (z) żieda fit-tariffi tal-qrati (mill-inqas EUR 100 miljun); (aa) implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-ġbir tal-arretrati tat-taxxa (mill-inqas EUR 200 miljun); (bb) it-tħaffif tal-ġbir tal-penali tat-taxxa (mill-inqas EUR 400 miljun); (cc) il-ġbir tad-dħul li jirriżulta mill-qafas ġdid tat-tilwim u l-proċeduri legali fiskali (mill-inqas EUR 300 miljun); (dd) dħul mit-tiġdid tal-liċenzji tat-telekomunikazzjonijiet li waslu biex jiskadu (mill-inqas EUR 350 miljun); (ee) dħul minn konċessjonijiet (mill-inqas EUR 250 miljun). (ff) pjan ta' ristrutturazzjoni għan-netwerk tat-trasportazzjoni ta' Ateni (OASA). L-għan tal-pjan għandu jkun li jitnaqqas it-telf operazzjonali tal-kumpanija u jagħmilha ekonomikament vijabbli. Il-pjan għandu jinkludi tnaqqis drastiku fin-nefqa operazzjonali tal-kumpanija u żidiet fit-tariffi. L-azzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu implimentati mhux aktar tard minn Jannar 2011. (gg) att li jillimita r-reklutaġġ fl-amministrazzjoni pubblika kollha għal proporzjon ta' mhux iktar minn reklutaġġ wieħed (1) għal kull 5 persuni li jirtiraw jew jitkeċċew mingħajr eċċezzjonijiet settorjali u inkluż persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi taħt ristrutturazzjoni għal entitajiet pubbliċi. 6. Fl-Artikolu 2(4), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(c) ikklerjar ta' arretrati akkumulati fis-snin preċedenti. (d) pjan multiannwali għall-konsolidazzjoni fiskali strutturali inklużi miżuri ta' mill-inqas 5 % tal-PDG li jiżguraw il-miri tad-defiċit sal-2014; (e) pjan kontra l-evażjoni li jinkludi indikaturi ta' prestazzjoni kwantitattivi li jżommu responsabbli l-amministrazzjoni tad-dħul; leġiżlazzjoni li tissimplifika l-kwistjoni tal-amministrazzjoni fiskali u l-proċessi ta' appell ġudizzjarju u l-atti u l-proċeduri meħtieġa sabiex ikunu indirizzati aħjar imġiba skorretta, korruzzjoni u prestazzjoni ħażina ta' uffiċjali fiskali, inkluża l-prosekuzzjoni f'każijiet ta' ksur ta' doveri; (f) pjan ta' azzjoni dettaljat bi skeda li tikkompleta u timplimenta s-sistema ta' remunerazzjoni simplifikata. (g) titjib fis-sistemi ta' kontabbiltà u fatturazzjoni tal-isptarijiet permezz ta’: finalizzazzjoni tal-introduzzjoni ta' sistemi kontabilistika abbażi tad-dovuti b'entrati doppji korrispondenti fl-isptarijiet kollha; l-użu ta' sistema ta' kodiċi uniformi u reġistru komuni għall-provvisti tal-mediċina; il-kalkolu ta' stokkijiet u flussi ta' provvisti mediċi fl-isptarijiet kollha bl-użu ta' sistema ta' kodiċi uniformi għall-provvisti tal-mediċina; il-ġbir ta' kopagamenti mill-pazjenti fil-faċilitajiet kollha tal-NHS; il-fatturar fil-ħin tal-kosti tat-trattament (mhux iktar tard minn xahrejn) għall-fondi tas-sigurtà soċjali Griegi, Stati Membri oħra u assiguraturi privati tas-saħħa; l-iżgurar li mill-inqas 50 % tal-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi sal-aħħar tal-2011 hija komposta minn mediċini ġeneriċi u mingħajr brevetti billi jsir obbligatorju li l-isptarijiet pubbliċi kollha jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi b'sustanza attiva; (h) bl-għan li jkun immaniġġat l-iskart u l-immaniġġar ħażin tal-kumpaniji proprjetà tal-istat u biex jiġu frankati EUR 800 miljun, il-Greċja għandha tadotta att sal-aħħar ta' Frar 2011 li: tnaqqas ir-remunerazzjoni fl-intrapriżi privati b'mill-inqas 10 % fil-livell tal-kumpaniji, tillimita r-remunerazzjoni sekondarja għal 10 % tar-remunerazzjoni primarja, tistabbilixxi limitu massimu ta' EUR 4 000 fix-xahar bħal dħul gross (12-il pagament fis-sena) iżżid it-tariffi tat-trasport urban b'mill-inqas 30 %; iżżid tariffi oħra; tistabbilixxi azzjonijiet li jnaqqsu n-nefqa operazzjonali fil-kumpaniji pubbliċi bejn 15 u 25 %; U tadotta att għar-ristrutturar tan-netwerk tat-trasport urban ta' Ateni (OASA); (i) qafas regolatorju ġdid li jiffaċilita l-konklużjoni tal-ftehimiet ta' konċessjoni għall-ajruporti reġjonali; (j) l-istabbiliment ta' taskforce indipendenti għall-politika tal-edukazzjoni li jkollha l-għan li żżid l-effiċjenza tas-sistema pubblika tal-edukazzjoni (edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja) u li tagħmel użu iktar effiċjenti tar-riżorsi. 7. Fl-Artikolu 2(5), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej: “(b) valutazzjoni tar-riżultati tal-ewwel fażi tar-reviżjoni funzjonali indipendenti ta' amministrazzjoni ċentrali, inklużi rakkomandazzjonijiet tal-politika operazzjonali; tiġi kompluta r-reviżjoni tal-programmi soċjali eżistenti;'; 8. Fl-Artikolu 2(5), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin: '(h) il-promozzjoni ulterjuri tal-użu ta' mediċini ġeneriċi permezz ta': preskrizzjoni elettronika obbligatorja minn sustanza attiva;' 9. fl-Artikolu 2(7), il-punt (c) għandu jitħassar u għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(d) sistema ta' kost ibbażata fuq il-każijiet fl-isptar għandha tintuża għall-finijiet baġitarji mill-2013 'il quddiem; (e) atti għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ewwel fażi tar-reviżjoni funzjonali tal-amministrazzjoni pubblika fuq livell ċentrali u tar-reviżjoni sħiħa tal-programmi soċjali eżistenti. (f) l-Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku tibda l-operazzjonijiet tagħha bir-riżorsi neċessarji sabiex taqdi l-mandat, l-għanijiet, il-kompetenzi u s-setgħat tagħha fil-Pjan ta' Azzjoni.' Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-istess ġurnata tan-notifika tagħha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE (ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6). [2] Eurostat News Release 170/2010 tal-15/11/2010. [3] ĠU L 145, 10.6.2009. [4] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) finali ... ta' [9] ta' Diċembru 2010