This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0641
Amended proposal for a COUNCIL DIRECTIVE on the structure and rates of excise duty applied to manufactured tobacco
Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat
Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat
/* KUMM/2010/0641 finali - CNS 2007/0206 */
Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat /* KUMM/2010/0641 finali - CNS 2007/0206 */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.11.2010 KUMM(2010) 641 finali 2007/0206 (CNS) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Kodifikazzjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-11 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti, id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat[1]. 2. Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2007, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Ġuridiċi, imwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ atti leġiżlattivi[2], iddikjara illi l-proposta msemmija fl-ewwel punt tabilħaqq tillimita ruħha għas-sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali lill-atti li tkopri. 3. Fid-dawl tal-emenda adottata[3] għall-proposta msemmija fil-punt 1 u fid-dawl tax-xogħol li diġà sar waqt il-proċess leġiżlattiv fuq din il-proposta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta - skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE - proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttivi kkonċernati. Din il-proposta emendata tqis ukoll il-bidliet ta’ natura purament formali jew testwali proposti mill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Ġuridiċi fejn dawn il-bidliet huma kkunsidrati bħala ġustifikati[4]. 4. Meta mqabbla mal-proposta inizjali msemmija fil-punt 1, il-bidliet imdaħħla f’din il-proposta emendata huma dawn li ġejjin: (1) L-ewwel kunsiderazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej: “Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,”. (2) Fit-tieni kunsiderazzjoni, għandha tiddaħħal il-kelma “ Ewropea ” wara l-kelma “ Kummissjoni ”. (3) Għandha tiddaħħal it-tielet kunsiderazzjoni li ġejja: “Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,”. (4) Għandha tiżdied kunsiderazzjoni finali ġdida, li taqra kif ġej: “Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġiżlattiva speċjali,” (5) Għandha tiddaħħal il-premessa 2 li ġejja: “ (2) Jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Unjoni dwar il-prodotti tat-tabakk tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, kif rikjest mill-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta jitqies li l-prodotti tat-tabakk jistgħu jikkawżaw dannu serju għas-saħħa u li l-Unjoni hija Parti fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Għandu jittieħed kont tal-qagħda prevalenti għal kull wieħed mit-tipi varji ta’ tabakk manifatturat. ”. (6) Il-premessa 2 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 3 u hija sostitwita b’dan li ġej: “ (3) Wieħed mill-għanijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa li jimmantjeni unjoni ekonomika, li l-karatteristiċi tagħha huma simili għal dawk ta’ suq domestiku, fejn hemm kompetizzjoni attiva. Fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan hija biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta’ prodotti f’dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni. ” (7) Il-premessa 3 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 9. (8) Il-premessa 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “ (4) It-tipi varji ta’ tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu użati, ghandhom ikunu definiti. ”. (9) Il-premessa 5 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 6, u l-premessa 6 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 5. (10) Il-premessa 8 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 11. (11) Għandha tiddaħħal il-premessa 8 li ġejja: “ (8) Fl-interess ta’ tassazzjoni uniformi u ġusta, definizzjoni ta’ sigaretti, sigarri u sigarri żgħar u ta’ tabakk ieħor għat-tipjip għandha tkun stabbilita sabiex, rispettivament, rombli tat-tabakk li skont it-tul tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ sigaretti jew aktar jiġu ttrattati bħala żewġ sigaretti jew aktar għall-finijiet ta’ sisa, tip ta’ sigarru li huwa simili f'ħafna modi għas-sigarett jiġi ttrattat bħala sigarett għall-finijiet ta’ sisa, tabakk għat-tipjip li huwa simili f’ħafna modi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jiġi ttrattat bħala tabakk imqatta’ fin għall-finijiet ta’ sisa, u l-iskart tat-tabakk ikun definit b'mod ċar. Fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi li tista' tikkawża implimentazzjoni immedjata għall-operaturi Ġermaniżi u Ungeriżi kkonċernati, il-Ġermanja u l-Ungerija għandhom ikunu awtorizzati jipposponu l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ sigarri u sigarri żgħar sal-1 ta’ Jannar 2015. ” (12) Il-premessi 9 u 10 preċedenti huma sostitwiti bil-premessa li ġejja, li hija rinumerata bħala premessa 17: “ (17) Fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex sigaretti, għandha tiġi stabbilita inċidenza armoniżżata ta’ taxxa għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ tabakk manifatturat. L-iffissar ta’ dazju tas-sisa minimu globali imfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru stabbilit ta’ oġġetti huwa l-aktar xieraq għall-funzjonament tas-suq intern. ”. (13) Il-premessi 11, 13 u 14 preċedenti huma mħassrin. (14) Il-premessa 12 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 20; il-kelmiet “ Ir-Repubblika Portugiża ” huma sostitwiti bil-kelma “ Il-Portugall ” f’dik il-premessa. (15) Għandhom jiddaħħlu l-premessi 12 sa 16, 18, 19, 21 u 22 li ġejjin: “ (12) Mingħajr preġudizzju għall-istruttura mħallta tat-taxxa u l-persentaġġ massimu tal-komponent speċifiku tal-piż totali tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jingħataw mezzi effettivi biex jimponu dazju tas-sisa speċifiku jew minimu fuq is-sigaretti, sabiex jiżguraw li tal-anqas ċertu ammont minimu ta’ tassazzjoni japplika madwar l-Unjoni. (13) Għall-funzjonament xierqa tas-suq intern, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tas-sisa minimi fuq kull kategorija ta’ tabakk manifatturat. (14) Dwar rekwiżit minimu relatat mal-prezz għas-sigaretti, kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi għandhom ikunu assigurati, id-diviżjoni tas-swieq tat-tabakk għandha titnaqqas u l-għanijiet tas-saħħa għandhom ikunu enfasizzati. Dan ir-rekwiżit għandu għalhekk jirreferi għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għall-istess raġunijiet, il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. (15) F’dak li jirrigwarda l-livelli tal-prezzijiet u s-sisa, b'mod partikolari għas-sigaretti, li huma bl-aktar mod ċar l-aktar kategorija importanti ta' prodotti tat-tabakk, kif ukoll għat-tabakk imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti, għad hemm differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri li jistgħu jfixklu t-tħaddim tas-suq intern. Ċertu grad ta’ konverġenza bejn il-livelli ta’ taxxa applikati fl-Istati Membri jgħin biex jitnaqqsu l-frodi u l-kuntrabandu fl-Unjoni. (16) Tali konverġenza tgħin ukoll biex tiżgura livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Il-livell ta’ tassazzjoni huwa fattur ewlieni fil-prezz tal-prodotti tat-tabakk, li min-naħa tiegħu jinfluwenza d-drawwiet tat-tipjip tal-konsumaturi. Il-frodi u l-kuntrabandu jimminaw il-livelli tal-prezz ikkaġunati mit-taxxa, b'mod partikolari tas-sigaretti u tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti u għalhekk jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet tal-kontroll fuq it-tabakk u l-protezzjoni tas-saħħa. (18) Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, rekwiżit minimu tal-Unjoni relatat mal-prezz għandu jiġi espress b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dawk fil-qasam tas-sigaretti u għandu jieħu l-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut bħala l-punt ta' referenza. (19) Huwa meħtieġ li l-livelli minimi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jinġiebu qrib il-livelli minimi applikabbli għas-sigaretti, sabiex jittieħed kont aħjar tal-grad ta' kompetizzjoni li teżisti bejn iż-żewġ prodotti, rifless fix-xejriet ta' konsum osservati, kif ukoll tan-natura ugwalment ta' ħsara tagħhom. (21) Perijodi tranżitorji għandhom jippermettu lill-Istati Membri jadattaw ruħhom mingħajr problemi għal-livelli tad-dazju tas-sisa globali, u b'hekk jitnaqqsu l-effetti sekondarji possibbli. (22) Sabiex tkun evitata l-ħsara għall-ekwilibriju ekonomiku u soċjali ta’ Korsika, huwa kemm essenzjali kif ukoll ġustifikabbli li tiġi prevista deroga, sal-31 ta’ Diċembru 2015, li permezz tagħha Franza tista’ tapplika rata tad-dazju tas-sisa li tkun aktar baxxa mir-rata nazzjonali fuq is-sigaretti u t-tabakk l-ieħor manifatturat rilaxxat għall-konsum f'Korsika. Sa dik id-data, ir-regoli tat-taxxa għal tabakk manifatturat rilaxxat għall-konsum hemmhekk għandhom jinġiebu f'konformità sħiħa mar-regoli għal Franza kontinentali. Madanakollu, għandu jkun evitat tibdil f'daqqa żżejjed u għandu għalhekk ikun hemm żieda fi stadji tad-dazju tas-sisa attwalment impost fuq is-sigaretti u t-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti f'Korsika. ”. (16) Il-premessa 15 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 23. (17) Il-premessa 16 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 24; il-kelma “ tiddaħħal ” hija sostitwita bil-kelmiet “ tiġi prevista ” f’dik il-premessa. (18) Il-premessa 17 preċedenti hija rinumerata bħala premessa 25. (19) Fl-Artikolu 2(3), il-kelmiet “ dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità ” huma sostitwiti bil-kelmiet “ dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni”. (20) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Romblu tat-tabakk imsemmi fil-paragrafu 1 g ħ andu, g ħ all-g ħ anijiet tad-dazju tas-sisa, ji ġ i kkunsidrat b ħ ala ż ew ġ sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 8 ċ m i ż da mhux itwal minn 11-il ċ m, jew tliet sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 11-il ċ m i ż da mhux itwal minn 14-il ċ m, u l-kumplament.” (21) L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 4 1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma sigarri jew sigarri żgħar jekk jistgħu jkunu u, minħabba l-karatteristiċi tagħhom u l-aspettattivi normali tal-konsumatur, huma intiżi esklużivament għat-tipjip għaliex huma: (a) rombli tat-tabakk b’kisja fuq barra ta' tabakk naturali; (b) rombli tat-tabakk b’mili ta’ taħlita mfarrka u għandhom kisja fuq barra tal-kulur normali ta' sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż, fejn xieraq, il-filter iżda mhux, fil-każ ta’ sigarri tipped, il-ponta, fejn il-piż ta’ unità, mhux inkluż il-filter jew il-bokkin, mhuwiex anqas minn 2,3 g u mhux aktar minn 10 g, u ċ-ċirkonferenza fuq tal-anqas terz tat-tul mhijiex anqas minn 34 mm. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Ġermanja u l-Ungerija jistgħu jkomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014 l-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/59/KE kif emendata bid-Direttiva 2002/10/KE. 3. Prodotti li jikkonsistu parzjalment f’sustanzi li mhumiex tabakk iżda li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri u sigarri żgħar. ”. (22) Fl-Artikolu 5, il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ (b) skart tat-tabakk impoġġi għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqax taħt l-Artikoli 3 u 4 u li jista’ jiġi mpejjep. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, skart tat-tabakk għandu jiġi kkunsidrat bħala fdal mill-weraq tat-tabakk u prodotti sekondarji miksuba mill-ipproċessar tat-tabakk jew mill-manifattura ta' prodotti tat-tabakk. ”. (23) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. Tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta’ anqas minn 1,5 millimetru għandu jiġi meqjus bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti. Stati Membri jistgħu wkoll iqisu t-tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta’ 1,5 millimetru jew aktar u li kien mibjugħ jew intiż biex jinbiegħ għall-brim tas-sigaretti bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti.” (24) Fl-Artikolu 6, fil-kliem introduttorju tal-Artikolu 13, fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-kelma “ Komunità ” hija sostitwita bil-kelma “ Unjoni ”. (25) L-Artikolu 7 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 9. Fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, il-kelmiet “ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ” huma sostitwiti bil-kelma “ VAT ”. (26) L-Artikolu 8 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 7. It-tibdiliet li ġejjin huma introdotti f’dak l-Artikolu: (i) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kelma “ Komunità ” hija sostitwita bil-kelma “ Unjoni ”; (ii) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Fejn meħtieġ, id-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti jista’ jinkludi komponent minimu tat-taxxa, dment li jkunu rispettati strettament l-istruttura mħallta ta’ tassazzjoni u l-faxxa tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa kif stipulata fl-Artikolu 8.” (27) L-Artikolu 9 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 10 u huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 10 1. Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ 57 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 101 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 2. Mill-1 ta’ Jannar 2014, id-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 60 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 115 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Gre ċja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija għandhom jingħataw perijodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2017 sabiex jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. 3. xL-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 fid-dati indikati fih.”. (28) L-Artikolu 10 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 11 u huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 11 1. Fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib id-dazju tas-sisa globali taħt il-livelli indikati fl-ewwel sentenzi tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 10 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax dak id-dazju sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla. 2. Fejn Stat Membru jżid ir-rata tal-VAT fuq is-sigaretti, huwa jista’ jnaqqas id-dazju tas-sisa globali sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tal-VAT, espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jonqos id-dazju tas-sisa globali sa taħt il-livelli, espress bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulati fl-ewwel sentenzi tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 10 rispettivament. Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa’ jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis.”. (29) L-Artikolu 11 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 8 u huwa sostitiwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Il-persentaġġ tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fl-ammont tal-piż tat-taxxa totali fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 2. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-valur totali tas-sigaretti kollha rilaxxati għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ data relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti. 3. Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn 5 % u ma għandux ikun aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej: (a) dazju tas-sisa spe ċifiku; (b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 4. Mill-1 ta' Jannar 2014, il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti ma għandux ikun inqas minn 7,5 % u ma għandux ikun aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta' li ġej: (a) dazju tas-sisa speċifiku; (b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u l-VAT imposta fuq il-prezz medju ppe żat tal-bejgħ bl-imnut. 5. B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti sseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa, espress bħala perċentwal tal-piż totali tat-taxxa, taħt il-perċentwal ta' 5 % jew 7,5 %, skont liema jkun applikabbli, jew ’il fuq mill-perċentwal ta’ 76,5 % tal-piż totali tat-taxxa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla. 6. Soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jimponu dazju tas-sisa minimu fuq is-sigaretti. ”. (30) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 12 1. Il-Portugall jista’ japplika rata mnaqqsa ta’ sa 50 % inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 10 lil sigaretti kkonsmati fir-reġjuni l-iżjed imbiegħda tal-Ażores u ta’ Madeira, magħmula minn manifatturi li jaħdmu fuq skala żgħira li l-produzzjoni annwali tagħhom ma teċċedix 500 tunnellata. 2. B’deroga mill-Artikolu 10, Franza tista’ tkompli tapplika għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għas-sigaretti rilaxxati għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika sa kwota annwali ta’ 1 200 tunnellata. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun: (a) sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 44 % tal-prezz għas-sigaretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f'dawk id-dipartimenti; (b) mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 88 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut; (c) mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.”. (31) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Id-dazju tas-sisa globali mfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru mogħti ta’ oġġetti għandu jkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal: (a) sigarri jew sigarri żgħar: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1 000 wieħed jew għal kull kilogramm; (b) tabakk mqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti: 40 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut ta’ tabakk mqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew EUR 40 għal kull kilogramm; ( c) tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 43 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 47 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-dazju tas-sisa globali (dazju spe ċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 46 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 54 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 48 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2020, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-valur totali tat-tabakk imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali tat-tabakk imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta' kull sena abbażi ta’ data relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.”. (32) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, Franza tista' tkompli tapplika, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015, rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat li mhux sigaretti rilaxxat għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun: (a) g ħal sigarri u sigarri żgħar: mill-inqas 10 % tal-prezz tal-bejg ħ bl-imnut, inklu ż i t-taxxi kollha; (b) għal tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti: (i) sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 27 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (ii) mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 30 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (iii) mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 35 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (c) għal tabakk ieħor għat-tipjip: mill-inqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha.”. (33) It-titolu tal-Kapitolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-iffissar tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk manifatturat, il-ġbir ta’ dazju tas-sisa, ezenzjonijiet u rifużjonijiet”. (34) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-kelmiet “ leġislazzjoni tal-Komunità ” huma sostitwiti bil-kelmiet “ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ”. (35) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(2), il-kelmiet “ prodotti tal-Komunità ” huma sostitwiti bil-kelmiet “ prodotti li joriġinaw mill-Unjoni” . (36) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Importaturi u manifatturi ta’ tabakk manifatturat stabbiliti fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-regoli dettaljati biex jinġabar u jitħallas id-dazju tas-sisa.”. (37) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena l-valur tal-euro fil- muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għall-ammonti tad-dazju tas-sisa globali. Ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara.”. (38) L-Artikolu 18(2) huwa mħassar. (39) L-Artikolu 18(3) huwa rinumerat 18(2) u huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammonti tat-taxxi tas-sisa fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali previst fil-paragrafu 1 jekk il-konverżjoni tal-ammonti tat-taxxi tas-sisa espressi f’EUR jirriżultaw f’żieda ta’ inqas minn 5 % jew inqas minn EUR 5, skont liema ammont hu l-aktar baxx, fit-taxxa tas-sisa espressa f’munita nazzjonali. ”. (40) L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 19 1. Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport u, fejn xieraq, proposta dwar ir-rati u l-istruttura tad-dazju tas-sisa stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-valur reali tar-rati tad-dazji tas-sisa u l-għanijiet usa’ tat-Trattat. 2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq it-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri. 3. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tiddetermina lista ta’ data statistika meħtieġa għar-rapport, eskluża data relatata ma’ persuni fiżiċi individwali jew entitajiet legali. Minbarra d-data li hija diġà disponibbli għall-Istati Membri, il-lista għandha tinkludi biss data li l-ġbir u l-muntaġġ tagħha ma jkunx jinvolvi piż amministrattiv sproporzjonat min-naħa tal-Istati Membri. 4. Il-Kummissjoni m’għandhiex tippubblika jew b’xi mod ieħor tikxef data fejn dan ikun jista’ jwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali.”. (41) L-Artikolu 20 huwa mħassar. (42) L-Artikolu 21 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 20. (43) L-Artikolu 22 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 21. Fl-ewwel subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, il-kelma “ atti ” hija sostitwita bil-kelma “ Direttivi ”. (44) L-Artikolu 23 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 22 u huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.”. (45) L-Artikolu 24 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 23. (46) Fl-Anness I: (a) il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej: “ Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha(imsemmi ja fl-Artikolu 21) Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 3 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 3 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 3 biss” | (b) fil-Parti B, għandha tiżdied il-linja li ġejja: “2010/12/UE” / “31 ta’ Diċembru 2010” / “1 ta’ Jannar 2011” 5. It-Tabella ta’ Korrelazjoni, fl-Anness II, ġiet emendata skont il-bidliet imsemmija hawn fuq. 6. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż. ê 92/79/KEE, 92/80/KEE, 95/59/KE (adattat) 2007/0206 (CNS) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar Ö l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat Õ (Kodifikazzjoni) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Õ Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 113 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġiżlattiva speċjali, Billi: ê (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti[7], id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti[8] u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat[9] ġew emendati kemm-il darba[10] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttivi għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f’att wieħed. ê 2010/12/UE premessa 2 (adattat) (2) Ö Jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Unjoni dwar il-prodotti tat-tabakk tiżgura Õ t-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, kif rikjest mill-Artikolu 168 tat-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, meta jitqies li Ö l-prodotti tat-tabakk jistgħu jikkawżaw dannu serju għas-saħħa Õ u li l-Unjoni hija Parti fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Ö Għandu jittieħed Õ kont tal-qagħda prevalenti għal kull wieħed mit- Ö tipi Õ varji ta’ tabakk Ö manifatturat Õ. ê 95/59/KE premessa 2 (adattat) (3) Ö Wieħed mill-għanijiet Õ tat-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ huwa li jimmantjeni unjoni ekonomika, li l-karatteristiċi tagħha huma simili għal dawk ta’ suq domestiku Ö , fejn hemm kompetizzjoni attiva Õ. Fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan hija biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta’ prodotti f’dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan l- Ö Unjoni Õ. ê 95/59/KE premessi 8 u 9 (adattat) (4) It-tipi Ö varji Õ ta’ tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu użati, ghandhom ikunu definiti. ê 95/59/KE premessa 11 (5) Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti u tip ieħor ta’ tabakk li jiġi użat għat-tipjip. ê 95/59/KE premessa 14 (6) Rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma wara sempliċiment immaniġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti għall-iskop ta’ tassazzjoni uniformi ta’ dawn il-prodotti. ê 95/59/KE premessa 12 (7) Manifattur jeħtieġ li jigi definit bħala persuna naturali jew legali li fil-fatt jipprepara l-prodotti tat-tabakk u jistabbilixxi l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull Stat Membru li għalih il-prodotti kkonċernati ser jiġu rilaxxati għall-konsum. ê 2010/12/UE premessa 14 (adattat) (8) Fl-interess ta’ tassazzjoni uniformi u ġusta, definizzjoni ta’ sigaretti, sigarri u sigarri żgħar u ta’ tabakk ieħor għat-tipjip għandha tkun Ö stabbilita Õ sabiex, rispettivament, rombli tat-tabakk li skont it-tul tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ sigaretti jew aktar jiġu ttrattati bħala żewġ sigaretti jew aktar għall-finijiet ta’ sisa, tip ta’ sigarru li huwa simili f’ħafna modi għas-sigarett jiġi ttrattat bħala sigarett għall-finijiet ta’ sisa, tabakk għat-tipjip li huwa simili f’ħafna modi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jiġi ttrattat bħala tabakk imqatta’ fin għall-finijiet ta’ sisa, u l-iskart tat-tabakk ikun definit b’mod ċar. Fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi li tista’ tikkawża implimentazzjoni immedjata għall-operaturi Ġermaniżi u Ungeriżi kkonċernati, Ö il- Õ Ġermanja u l-Ungerija għandhom ikunu awtorizzati jipposponu l- Ö applikazzjoni Õ tad-definizzjoni ta’ sigarri u sigarri żgħar sal-1 ta’ Jannar 2015. ê 95/59/KE premessa 3 (9) Sa fejn dazji tas-sisa huma kkonċernati, l-armonizzazzjoni tal-istrutturi għandha, b’mod partikolari, tirriżulta f’kompetizzjoni fid-diversikategoriji ta’ tabakk manifatturat li jiffurmaw parti mill-istess grupp li ma ġġarrabx distorsjoni bl-effetti tal-imposizzjoni tat-taxxa u, konsegwentement, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali tal-Istati Membri. ê 95/59/KE premessa 7 (10) Il-bżonnijiet imperattivi ta’ kompetizzjoni jimplikaw sistema ta’ prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppi kollha ta’ tabakk manifatturat. ê 95/59/KE premessa 4 (11) L-istruttura tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti għandha tinkludi, flimkien ma’ komponent speċifiku kkalkolat fuq kull unità tal-prodott, komponent proporzjonali bbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut, li jinkludi t-taxxi kollha. It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ tas-sigaretti għandha l-istess effett ta’ dazju tas-sisa proporzjonali u dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat meta r-relazzjoni bejn il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa u l-piż totali tat-taxxa tiġi stabbilita. ê 2010/12/UE premessa 4 (adattat) (12) Mingħajr preġudizzju għall-istruttura mħallta tat-taxxa u l-persentaġġ massimu tal-komponent speċifiku tal-piż totali tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jingħataw mezzi effettivi biex jimponu dazju tas-sisa speċifiku jew minimu fuq is-sigaretti, sabiex jiżguraw li tal-anqas ċertu ammont minimu ta’ tassazzjoni japplika madwar l-Unjoni. ê 92/80/KEE premessa 3 (adattat) (13) Ö Għall-funzjonament xieraq tas-suq Õ intern, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tas-sisa minimi fuq Ö kull kategorija Õ ta’ tabakk manifatturat. ê 2010/12/UE premessa 3 (adattat) (14) Dwar Ö rekwiżit minimu relatat mal-prezz għas-sigaretti Õ, kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi Ö għandhom ikunu assigurati Õ, id-diviżjoni tas-swieq tat-tabakk Ö għandha titnaqqas Õ u l-għanijiet tas-saħħa Ö għandhom ikunu enfasizzati Õ. Ö Dan Õ ir-rekwiżit għandu Ö għalhekk Õ jirreferi għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għall-istess raġunijiet, il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. ê 2010/12/UE premessa 6 (adattat) (15) Ö F’dak li jirrigwarda Õ l-livelli tal-prezzijiet u s-sisa , b’mod partikolari għas-sigaretti, li huma bl-aktar mod ċar l-aktar kategorija importanti ta' prodotti tat-tabakk, kif ukoll għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, għad hemm differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri li jistgħu jfixklu t-tħaddim tas-suq intern. Ö Ċertu grad ta’ Õ konverġenza bejn il-livelli ta’ taxxa applikati fl-Istati Membri jgħin biex jitnaqqsu l-frodi u l-kuntrabandu fl-Unjoni. ê 2010/12/UE premessa 7 (adattat) (16) Ö Tali Õ konverġenza tgħin ukoll biex tiżgura livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Il-livell ta’ tassazzjoni huwa fattur ewlieni fil-prezz tal-prodotti tat-tabakk, li min-naħa tiegħu jinfluwenza d-drawwiet tat-tipjip tal-konsumaturi. Il-frodi u l-kuntrabandu jimminaw il-livelli tal-prezz ikkaġunati mit-taxxa, b’mod partikolari tas-sigaretti u tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti u għalhekk jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet tal-kontroll fuq it-tabakk u l-protezzjoni tas-saħħa. ê 92/80/KEE premessi 4 u 5 (adattat) (17) Ö Fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex sigaretti, Õ għandha tiġi stabbilita inċidenza armonizzata ta’ taxxa għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ tabakk manifatturat. L-iffissar ta’ dazju tas-sisa minimu globali mfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru stabbilit ta’ oġġetti huwa l-aktar xieraq Ö għall-funzjonament tas- Õ suq intern. ê 2010/12/UE premessa 5 (adattat) (18) Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, rekwiżit tal-Unjoni relatat mal-prezz għandu jiġi espress b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dawk fil-qasam tas-sigaretti u għandu jieħu l-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut bħala l-punt ta’ referenza. ê 2010/12/UE premessa 9 (19) Huwa meħtieġ li l-livelli minimi għat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti jinġiebu qrib il-livelli minimi applikabbli għas-sigaretti, sabiex jittieħed kont aħjar tal-grad ta’ kompetizzjoni li teżisti bejn iż-żewġ prodotti, rifless fix-xejriet ta’ konsum osservati, kif ukoll tan-natura ugwalment ta’ ħsara tagħhom. ê 92/79/KEE premessa 5 (adattat) (20) Ö Il-Portugall għandu jingħata Õ l-possibbiltà ta’ rata mnaqqsa għal sigaretti magħmula minn produtturi li jaħdmu fuq skala żgħira u kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħda tal-Ażores u ta’ Madeira. ê 2010/12/UE premessa 10 (adattat) (21) Perijodi tranżitorji għandhom jippermettu lill-Istati Membri jadattaw ruħhom mingħajr problemi għal-livelli tad-dazju tas-sisa globali, u b’hekk jitnaqqsu l-effetti sekondarji possibbli. ê 2010/12/UE premessa 11 (adattat) (22) Sabiex tkun evitata l-ħsara għall-ekwilibriju ekonomiku u soċjali ta’ Korsika, huwa kemm essenzjali kif ukoll ġustifikabbli li Ö tiġi prevista Õ deroga Ö, sal-31 ta’ Diċembru 2015, Õ li permezz tagħha Franza tista' tapplika rata tad-dazju tas-sisa li tkun aktar baxxa mir-rata nazzjonali fuq is-sigaretti u t-tabakk l-ieħor manifatturat rilaxxat għall-konsum f’Korsika. Sa dik id-data, ir-regoli tat-taxxa għal tabakk manifatturat rilaxxat għall-konsum hemmhekk għandhom jinġiebu f’konformità sħiħa mar-regoli għal Franza kontinentali. Madanakollu, għandu jkun evitat tibdil f’daqqa żżejjed u għandu għalhekk ikun hemm żieda fi stadji tad-dazju tas-sisa attwalment impost fuq is-sigaretti u t-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti f’Korsika. ê 95/59/KE premessa 13 (23) Il-maġġoranza tal-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa jew jagħtu rifużjonijiet tad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ tabakk manifatturat skont l-użu li jsir minnhom u l-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet għall-użu partikolari għandhom bżonn jiġu speċifikati f’din id-Direttiva. ê 92/80/KEE premessa 7 (adattat) (24) Għandha Ö tiġi prevista Õ proċedura biex ir-rati jew l-ammonti stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu riveduti kull tant żmien fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha xierqa. ê (25) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, ê 95/59/KE (adattat) ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu 1 Suġġett Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għall-armonizzazzjoni Ö tal- Õistruttura Ö u r-rati Õ tad-dazju tas-sisa li l-Istati Membri Ö jimponu fuq it-tabakk manifatturat Õ. Kapitolu 2 Definizzjonijiet Artikolu 2 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ tabakk manifatturat Ö għandu jfisser Õ: (a) sigaretti; (b) sigarri u sigarillos; (c) tabakk għat-tipjip: (i) tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, (ii) tabakk ieħor għat-tipjip. ê 95/59/KE (adattat) 2. Prodotti magħmula kollha kemm huma jew inparti minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterji stipulati fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 5 Ö (1) Õ għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti jew tabakk għat-tipjip. Minkejja l-Ö ewwel subparagrafu Õ, prodotti li m’għandhomx Ö tabakk u li jintużaw esklużivament għal skopijiet mediċi Õ m’għandhomx jiġu meqjusa bħala tabakk manifatturat. ê 95/59/KE (adattat) 3. Minkejja dispożizzjonijiet eżistenti tal- Ö Unjoni Õ, id-definizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-għażla tas-sistema u l-livell ta’ tassazzjoni li għandhom japplikaw għall-gruppi differenti ta’ prodotti msemmija f’dawn l-Artikoli. Artikolu 3 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ sigaretti Ö għandhom ifissru Õ: (a) rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma u li mhumiex sigarri jew sigarri żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1); (b) rombli tat-tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mdaħħla f’tubi tal-karti; (c) rombli tat-tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mgeżwra f’karti tas-sigaretti. ê 2010/12/UE Art 3 pt. 2 2. Romblu tat-tabakk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu, għall-għanijiet tad-dazju tas-sisa, jiġi kkunsidrat bħala żewġ sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 8 ċm iżda mhux itwal minn 11-il ċm, jew tliet sigaretti fejn, meta teskludi l-filter jew il-bokkin, huwa itwal minn 11-il ċm iżda mhux itwal minn 14-il ċm, u l-kumplament. ê 2010/12/UE Art. 3 pt. 1 (adattat) Artikolu 4 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma sigarri jew sigarri żgħar jekk jistgħu jkunu u, minħabba l-karatteristiċi tagħhom u l-aspettattivi normali tal-konsumatur, huma intiżi esklużivament għat-tipjip għaliex huma: (a) rombli tat-tabakk b’kisja fuq barra ta’ tabakk naturali; (b) rombli tat-tabakk b’mili ta’ taħlita mfarrka u għandhom kisja fuq barra tal-kulur normali ta’ sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż, fejn xieraq, il-filter iżda mhux, fil-każ ta’ sigarri tipped, il-ponta, fejn il-piż ta’ unità, mhux inkluż il-filter jew il-bokkin, mhuwiex anqas minn 2,3 g u mhux aktar minn 10 g, u ċ-ċirkonferenza fuq tal-anqas terz tat-tul mhijiex anqas minn 34 mm. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-Ġermanja u l-Ungerija jistgħu jkomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014 l-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/59/KE kif emendata bid-Direttiva 2002/10/KE. ê 2010/12/UE Art. 3 pt. 5 3. Prodotti li jikkonsistu parzjalment f’sustanzi li mhumiex tabakk iżda li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri u sigarri żgħar. ê 95/59/KE (adattat) Artikolu 5 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ tabakk għat-tipjip Ö ifisser Õ: (a) tabakk li gie mqatta’ jew maqsum, mdawwar jew ippressat f’forma ta’ kaxxi u jista’ jintuża għat-tipjip mingħajr ipproċessar industrijali ulterjuri; ê 2010/12/UE Art. 3 pt. 3 (b) skart tat-tabakk impoġġi għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqax taħt l-Artikoli 3 u 4 u li jista’ jiġi mpejjep. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, skart tat-tabakk għandu jiġi kkunsidrat bħala fdal mill-weraq tat-tabakk u prodotti sekondarji miksuba mill-ipproċessar tat-tabakk jew mill-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk. ê 95/59/KE (adattat) è1 2010/12/UE Art. 3 pt. 4(a) è2 2010/12/UE Art. 3 pt. 4(b) 2. Tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta’ anqas minn è1 1,5 millimetru ç għandu jiġi meqjus bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti. Stati Membri jistgħu Ö wkoll Õ iqisu t-tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-Ö biċċiet żgħar Õ tat-tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta’ è2 1,5 millimetru jew aktar ç u li kien mibjugħ jew intiż biex jinbiegħ għall-brim tas-sigaretti bħala tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti. Artikolu 6 Persuna naturali jew legali stabbilita fl- Ö Unjoni Õ li tikkonverti t-tabakk f’prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandha titqies bħala manifattur. Kapitolu 3 Dispożizzjonijiet applikabli għas-sigaretti ê 95/59/KE (adattat) Artikolu 7 1. Sigaretti manifatturati fl- Ö Unjoni Õ u dawk impurtati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal dazju tas-sisa proporzjonali kkalkolat fuq il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut, inklużi dazji doganali, u anke għal dazju tas-sisa speċifiku kkalkolat fuq kull unit tal-prodott. ê 95/59/KE Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu d-dazji doganali mill-bażi għall-kalkolu tad-dazju tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti. 2. Ir-rata tad-dazju tas-sisa proporzjonali u l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku għandhom ikunu l-istess għas-sigaretti kollha. 3. Fl-istat finali tal-armonizzazzjoni tal-istrutturi, l-istess relazzjoni għandha tiġi stabbilita għas-sigaretti f’kull Stat Membru bejn id-dazju tas-sisa speċifiku u s-somma tad-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, b’tali mod li l-firxa tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tirrifletti b’mod ġust id-differenza fil-prezzijiet tal-kunsinna tal-manifatturi. ê 2010/12/UE Art. 3 pt. 6 4. Fejn meħtieġ, id-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti jista’ jinkludi komponent minimu tat-taxxa, dment li jkunu rispettati strettament l-istruttura mħallta ta’ tassazzjoni u l-faxxa tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa kif stipulata fl-Artikolu 8. ê 2010/12/UE Art. 3 pt. 7 (adattat) Artikolu 8 1. Il-persentaġġ tal-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fl-ammont tal-piż tat-taxxa totali fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b’referenza għall-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 2. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-valur totali tas-sigaretti kollha rilaxxati għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ data relatata marilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti. 3. Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma Ö għandux Õ ikun inqas minn 5 % u Ö ma għandux ikun Õ aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej: (a) dazju tas-sisa speċifiku; (b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud Ö (VAT) Õ imposta fuq il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 4. Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti ma Ö għandux Õ ikun inqas minn 7,5 % u Ö ma għandux ikun Õ aktar minn 76,5 % tal-ammont tal-piż totali tat-taxxa li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta' li ġej: (a) dazju tas-sisa speċifiku; (b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u l- Ö VAT Õ imposta fuq il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 5. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti sseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa, espress bħala perċentwal tal-piż totali tat-taxxa, taħt il-perċentwal ta’ 5 % jew 7,5 %, skont liema jkun applikabbli, jew ’il fuq mill-perċentwal ta’ 76,5 % tal-piż totali tat-taxxa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla. 6. Soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 , l-Istati Membri jistgħu jimponu dazju tas-sisa minimu fuq is-sigaretti. ê 92/79/KEE (adattat) Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw lis-sigaretti taxxi minimi tal-konsum skont ir-regoli previsti f’dan il-Kapitolu. 2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd għat-taxxi li, skont dan il-Kapitolu, jiġu Ö imposti fuq sigaretti u Õ li jikkonsistu: (a) Ö f’dazju tas-sisa Õ speċifiku għal kull unità tal-prodott; (b) Ö f’dazju tas-sisa Õ proporzjonali kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz Ö massimu tal-bejgħ bl-imnut; Õ (c) f’VAT proporzjonali għall-prezz tal-Ö bejgħ bl-imnut Õ. ê 2010/12/UE Art. 1 pt. 1 (adattat) Artikolu 10 1. Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, Ö ir-rekwiżit ta’ 57 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall- Õ Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 101 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. 2. Mill-1 ta’ Jannar 2014, id-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 60 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dak id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, Ö ir-rekwiżit ta’ 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall- Õ Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 115 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija għandhom jingħataw perijodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2017 sabiex jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. 3. L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 fid-dati indikati fih. ê 2010/12/UE Art. 1 pt. 2 (adattat) Artikolu 11 1. Fejn bidla fil-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib id-dazju tas-sisa globali taħt il-livelli indikati fl-ewwel sentenzi tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 10 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax dak id-dazju sal-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha sseħħ il-bidla. 2. Fejn Stat Membru jżid ir-rata tal-Ö VAT Õ fuq is-sigaretti, huwa jista’ jnaqqas id-dazju tas-sisa globali sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tal-Ö VAT Õ , espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jnaqqas id-dazju tas-sisa globali sa taħt il-livelli, espressi bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulati fl-ewwel sentenzi tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 10 rispettivament. Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa’ jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis. ê 92/79/KEE (adattat) Artikolu 12 1. Ö Il-Portugall jista’ japplika Õ rata mnaqqsa ta’ sa 50 % inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 10 lil sigaretti kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħda tal-Ażores u ta’ Madeira, magħmula minn manifatturi li jaħdmu fuq skala żgħira li l-produzzjoni annwali tagħhom ma teċċedix 500 tunnellata. ê 2010/12/UE Art. 1 pt. 3 2. B’deroga mill-Artikolu 10 , Franza tista’ tkompli tapplika għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għas-sigaretti rilaxxati għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika sa kwota annwali ta’ 1 200 tunnellata. Irrata mnaqqsa għandha tkun: (a) sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 44 % tal-prezz għas-sigaretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’dawk id-dipartimenti; (b) mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 88 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut; (c) mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 57 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Id-dazju tas-sisa ma għandux ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut. ê 92/80/KEE Kapitolu 4 Dispożizzjonijiet applikabli għat-tabakk manifatturat minbarra s-sigaretti ê 92/80/KEE (adattat) Artikolu 13 Il-gruppi li ġejjin ta ’ tabakk manifatturat prodotti fl- Ö Unjoni Õ u importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti, f’kull wieħed mill-Istati Membri, għal dazju tas-sisa minimu kif stabbilit fl-Artikolu 14: (a) sigarri u sigaretti żgħar; (b) tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti; (c) tabakk ieħor għat-tipjip. Artikolu 14 ê 1999/81/KE Art. 2 pt. 1(a) (adattat) 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa li jista’ jkun: (a) jew dazju ad valorem ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut ta’ kull prodott, stabbilit b’mod liberu mill-manifatturi stabbiliti fl- Ö Unjoni Õ u minn importaturi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 15; (b) jew dazju speċifiku mfisser bħala ammont għal kull kilogramm, jew fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar, alternattivament għal numru mogħti ta’ oġġetti; (c) jew taħlita tat-tnejn, li tgħaqqad element ad valorem u element speċifiku. Fil-każijiet fejn id-dazju tas-sisa jkun jew ad valorem jew imħallat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa. 2. Id-dazju tas-sisa globali mfisser bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru mogħti ta’ oġġetti għandu jkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal: ê 2002/10/KE Art. 2 pt. 1 (adattat) (a) sigarri jew sigarri żgħar: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR Ö 12 Õ għal kull 1 000 wieħed jew għal kull kilogramm; (b) tabakk imqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti: Ö 40 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta’ tabakk imqatta’ fin għat-tipjip intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum Õ, jew EUR Ö 40 Õ għal kull kilogramm; (c) tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR Ö 22 Õ għal kull kilogramm. ê 2010/12/UE Art 2 pt. 1 (adattat) Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall- tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 43 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall- tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 47 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 46 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 54 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 48 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm. Mill-1 ta’ Jannar 2020, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b’referenza għall-valur totali tat-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali tat-tabakk imqatta' fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ data relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti. ê 92/80/KEE 3. Ir-rati jew l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu effettivi għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-grupp tat-tabakk manifatturat inkwistjoni, mingħajr distinzjoni f’kull grupp għal dak li hija kwalità, dehra, oriġini tal-prodotti, il-materjali użati, il-karatteristiċi tad-ditti involuti jew kull kriterju ieħor. ê 2010/12/UE Art. 2 pt. 2 4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, Franza tista' tkompli tapplika, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015, rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat li mhux sigaretti rilaxxat għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun: (a) għal sigarri u sigarri żgħar: mill-inqas 10 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (b) għal tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti: (i) sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-inqas 27 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (ii) mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-inqas 30 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (iii) mill-1 ta’ Jannar 2015, mill-inqas 35 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha; (c) għal tabakk ieħor għat-tipjip: mill-inqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha. ê 95/59/KE (adattat) Kapitolu 5 Ö L-iffissar tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk manifatturat, il-ġbir ta’ dazju tas-sisa, ezenzjonijiet u rifużjonijiet Õ Artikolu 15 1. Manifatturi, jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fl-Ö Unjoni Õ u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi terzi għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti huma maħsuba li jiġu rilaxxati għall-konsum. L-ewwel subparagrafu ma jistax, madankollu, ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal- Ö Unjoni Õ. 2. Biex jiffaċilitaw il-ġbir tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu, għal kull grupp ta’ tabakk manifatturat, jistabbilixxu skala ta’ prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut bil-kondizzjoni li kull skala għandha firxa u varjetà suffiċjenti biex tikkorrispondi effettivament għall-varjetà ta’ prodotti Ö li joriġinaw mill-Unjoni Õ. Kull skala għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-grupp ta’ tabakk manifatturat ikkonċernata minnha, mingħajr distinzjoni fuq il-bażi ta’ kwalità, preżentazzjoni, l-oriġini tal-prodotti jew tal-materjali użati, il-karatteristiċi tal-intrapriżi jew ta’ kwalunkwe kriterju ieħor. Artikolu 16 1. Ir-regoli biex jinġabar id-dazju tas-sisa għandhom ikunu armonizzati sa mhux aktar tard mill-istadju finali Ö ta’ armonizzazzjoni tad-dazju tas-sisa Õ. Waqt l-istadji preċedenti d-dazju tas-sisa għandu, fil-prinċipju, jinġabar permezz ta’ bolol ta’ taxxa. Jekk jiġbru d-dazju tas-sisa permezz ta’ bolol ta’ taxxa, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu dawn il-bolol disponibbli lill-manifatturi u negozjanti fi Stati Membri oħra. Jekk jiġbru d-dazju tas-sisa b’mezzi oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ebda ostaklu, la amministrattiv u lanqas tekniku, ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. 2. Importaturi u manifatturi ta’ tabakk manifatturat Ö stabbiliti fl-Unjoni Õ għandhom ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-regoli dettaljati biex jinġabar u jitħallas id-dazju tas-sisa. ê 95/59/KE Artikolu 17 Dawn li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mid-dazju tas-sisa jew dazju tas-sisa diġà mħallas fuqhom jista’ jingħata lura: (a) tabakk denaturat manifatturat użat għal skopijiet industrijali u ortikulturali; (b) tabakk manifatturat li huwa distrutt taħt sorveljanza amministrattiva; (c) tabakk manifatturat li huwa intiż unikament għal testijiet xjentifiċi konnessi mal-kwalità tal-prodott; (d) tabakk manifatturat li reġa’ inħadem mill-produttur. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li għalihom huma soġġetti l-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet imsemmija fuq. Kapitolu 6 Dispożizzjonijiet finali Artikolu 18 ê 2010/12/UE Art. 2 pt. 4 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena l-valur tal-euro fil-muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għall-ammonti tad-dazju tas-sisa globali. Ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru u ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara. ê 2010/12/UE Art. 1 pt. 1 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammonti tat-taxxi tas-sisa fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali previst fil-paragrafu 1 jekk il-konverżjoni tal-ammonti tat-taxxi tas-sisa espressi f’EUR jirriżultaw f’żieda ta’ inqas minn 5 % jew inqas minn EUR 5, skont liema ammont hu l-aktar baxx, fit-taxxa tas-sisa espressa f'munita nazzjonali. ê 2010/12/UE Art. 2 pt. 3 (adattat) Artikolu 19 1. Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport u, fejn xieraq, proposta dwar ir-rati u l-istruttura tad-dazju tas-sisa stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-valur reali tar-rati tad-dazju tas-sisa u l-għanijiet usa’ tat-Trattat. 2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq it-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri. 3. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE[11], tiddetermina lista ta’ data statistika meħtieġa għar-rapport, eskluża data relatata ma’ persuni fiżiċi individwali jew entitajiet legali. Minbarra d-data li hija diġà disponibbli għall-Istati Membri, il-lista għandha tinkludi biss data li l-ġbir u l-muntaġġ tagħha ma jkunx jinvolvi piż amministrattiv sproporzjonat min-naħa tal-Istati Membri. 4. Il-Kummissjoni m’għandhiex tippubblika jew b’xi mod ieħor tikxef data fejn dan ikun jista’ jwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali. ê 95/59/KE Artikolu 20 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. ê Artikolu 21 Id-Direttiva 92/79/KEE, id-Direttiva 92/80/KEE u d-Direttiva 95/59/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A, huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II. Artikolu 22 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 2011. ê 92/79/KEE Artikolu 23 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi, […] Għall-Kunsill Il-President é ANNESS I Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 21) Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Artikolu 3 biss | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Artikolu 3 biss | Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1) | Artikolu 3 biss | Parti Β Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 21) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 92/79/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | - | 92/80/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | - | 95/59/KE | - | - | 1999/81/KE | 1 ta’ Jannar 1999 | 1 ta’ Jannar 1999 | 2002/10/KE | 1 ta’ Lulju 2002[12] | - | 2003/117/KE | 1 ta’ Jannar 2004 | - | 2010/12/UE | 31 ta’ Diċembru 2010 | 1 ta’ Jannar 2011 | ______________ ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Direttiva 92/79/KEE | Direttiva 92/80/KEE | Direttiva 95/59/KE | Din id-Direttiva | - | - | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1 | - | - | Artikolu 1(3) | - | - | - | Artikolu 2(1), frażi introduttorja | Artikolu 2(1), frażi introduttorja | - | - | Artikolu 2(1)(a) u (b) | Artikolu 2(1)(a) u (b) | - | - | Artikolu 2(1)(c), l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(c)(i) | - | - | Artikolu 2(1)(c), it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(c)(ii) | - | - | Artikolu 2(1), kliem finali | - | - | - | Artikolu 2(2) | - | Artikolu 7(2) | Artikolu 2(2) | - | - | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(3) | - | - | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(1) | - | - | Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu | - | - | - | Artikolu 4(2) | Artikolu 3(2) | - | - | Artikolu 3(1) | Artikolu 4(1) | - | - | Artikolu 3(2) | Artikolu 4(2) | - | - | Artikolu 7(1) | Artikolu 4(3) | - | - | Artikolu 5, frażi introduttorja | Artikolu 5(1), frażi introduttorja | - | - | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1)(a) | - | - | Artikolu 5(2) | Artikolu 5(1)(b) | - | - | Artikolu 6, l-ewwel paragrafu | Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 6, it-tieni paragrafu | Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6 | - | - | Artikolu 8(1) | Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 16(6) | Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 8(2), (3) u (4) | Artikolu 7(2), (3) u (4) | Artikolu 1 | - | - | Artikolu 9 | Artikolu 2(1) u (2) | - | - | Artikolu 10(1) u (2) | Artikolu 2(3) | - | - | - | Artikolu 2(4) | - | - | Artikolu 10(3) | Artikolu 2a | - | - | Artikolu 11 | - | - | Artikolu 16(1) sa (5) | Artikolu 8(1) sa (5) | - | - | Artikolu 16(7) | Artikolu 8(6) | Artikolu 3(1) | - | - | - | Artikolu 3(2) | - | - | Artikolu 12(1) | Artikolu 3(3) | - | - | - | Artikolu 3(4) | - | - | Artikolu 12(2) | - | Artikolu 1 | - | Artikolu 13 | - | Artikolu 2 | - | - | - | Artikolu 3(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi | - | Artikolu 14(1) | - | Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, sentenza introduttorja | - | Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, sentenza introduttorja | - | Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | - | - | - | Artikolu 3(1), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi | - | - | - | Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu, sentenza introduttorja | - | - | - | Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu, punti (a), (b) u (c) | - | Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) | - | Artikolu 3(1) is-seba’ subparagrafu | - | - | - | Artikolu 3(1), it-tmien subparagrafu | - | - | - | Artikolu 3(1), id-disa’ subparagrafu | - | Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu | - | Artikolu 3(1), l-għaxar subparagrafu | Artikolu 14(2), it-tielet subparagrafu | - | Artikolu 3(1), il-ħdax-il subparagrafu | Artikolu 14(2), ir-raba’ subparagrafu | - | Artikolu 3(1), it-tnax-il subparagrafu | Artikolu 14(2), il-ħames subparagrafu | - | Artikolu 3(1), it-tlettax-il subparagrafu | Artikolu 14(2), is-sitt subparagrafu | Artikolu 3(1), l-erbatax-il subparagrafu | - | - | Artikolu 3(2) | - | Artikolu 14(3) | - | Artikolu 3(3) | - | - | - | Artikolu 3(4) | - | Artikolu 14(4) | - | - | Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu | Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 9(2), l-ewwel sentenza | Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 9(2), it-tieni sentenza | Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 10 | Artikolu 16 | - | - | Artikolu 11 | Artikolu 17 | - | - | Artikolu 12 | - | - | - | Artikolu 13 | - | - | - | Artikolu 14 | - | - | - | Artikolu 15 | - | Artikolu 2(5) | Artikolu 5(1) | - | Artikolu 18(1) | Artikolu 2(6) | Artikolu 5(2) | - | Artikolu 18(2) | Artikolu 4 | Artikolu 4 | - | Artikolu 19 | Artikolu 5(1) | Artikolu 6(1) | - | - | Artikolu 5(2) | Artikolu 6(2) | Artikolu 18 | Artikolu 20 | - | - | Artikolu 19(1) | Artikolu 21, l-ewwel paragrafu | Artikolu 19(2) | Artikolu 21, it-tieni paragrafu | - | - | Artikolu 20 | Artikolu 22 | Artikolu 6 | Artikolu 7 | Artikolu 21 | Artikolu 23 | - | - | Anness I | - | - | - | Anness II | - | - | - | - | Anness I | - | - | - | Anness II | _____________ [1] COM(2007) 587 finali tal-11.10.2007. [2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2. [3] ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1. [4] Cf. l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tal-21.11.2007. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8. [8] ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10. [9] ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40. [10] Ara l-Anness I, Parti A. [11] ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12. [12] B’deroga mid-data mniżżla fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/10/KE: (a) ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tikkonforma mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/10/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008; (b) ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ikunu awtorizzati jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/10/KE (dwar l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 92/79/KEE) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008.