Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0519

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jikkonċerna d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fil-passaġġi tal-ilmijiet interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

/* KUMM/2010/0519 finali - COD 2008/0246 */

52010PC0519

/* KUMM/2010/0519 finali - COD 2008/0246 */ OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jikkonċerna d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fil-passaġġi tal-ilmijiet interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 23.9.2010

KUMM(2010) 519 finali

2008/0246 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jikkonċerna d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fil-passaġġi tal-ilmijiet interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

LI JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

2008/0246 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jikkonċerna d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fil-passaġġi tal-ilmijiet interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

1. SFOND

Id-data ta’ meta ntbagħtet il-proposta lill-Parlament u lill-Kunsill: il-5 ta' Diċembru 2008

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament fl-ewwel qari: it-23 ta' April 2009

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali: is-16 ta' Lulju 2009

Id-data tal-adozzjoni unanima tal-pożizzjoni tal-Kunsill: il-11 ta' Marzu 2010

Id-data tal-ftehim tal-COREPER dwar il-kompromess tat-tieni qari: it-23 ta' Ġunju 2010

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari: is-6 ta' Lulju 2010

2. L-għan tal-proposta

Il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tistabbilixxi serje ta' drittijiet għall-passiġġieri li jużaw it-trasport fuq l-ilma kemm fuq rotot domestiċi kif ukoll fuq dawk internazzjonali. Id-drittijiet jinkludu regoli minimi dwar informazzjoni għall-passiġġieri kollha qabel u matul il-vjaġġ tagħhom, assistenza u kumpens f'każ ta' interruzzjonijiet tal-vjaġġi, miżuri f'każ ta' dewmien u assistenza speċifika għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Kif hemm fil-leġiżlazzjoni eżistenti għas-setturi tal-avjazzjoni u tal-ferroviji, il-proposti jipprevedu korpi nazzjonali indipendenti għas-soluzzjoni ta' tilwim.

3. L-opinjoni tal-kummissjoni fuq l-emenda tal-Parlament Ewropew

L-opinjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari tas-6 ta' Lulju 2010, ġabet il-pożizzjoni tal-Kunsill aktar qrib dik tal-proposta tal-Kummissjoni f'termini tat-twessiegħ tal-ambitu (l-esklużjoni hija limitata għal bastimenti li jġorru sa 12-il passiġġier aktar milli sa 36 passiġġier), bħal fir-rigward tat-titjib fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità (formats aċċessibbli, tnaqqis tal-eċċezzjonijiet għad-dritt li jivvjaġġaw, taqsir tal-perjodi ta' notifika) kif ukoll fir-rigward tat-titjib fil-livell tal-protezzjoni tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar u fuq il-passaġġi tal-ilmijiet interni b'mod ġenerali (tnaqqis tal-limiti għall-kumpens, titjib fil-livelli ta' assistenza).

Il-pożizzjoni tal-Parlament hija r-riżultat ta' kompromess li nkiseb fl-aħħar trijalogu informali li sar fil-15 ta' Ġunju 2010 u li ġie diskuss u approvat fil-Kunsill fit-23 ta' Ġunju 2010.

4. Konklużjoni

Skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni taċċetta l-modifika tal-proposta tagħha skont it-test tal-kompromess tal-Kunsill u tal-Parlament deskritt hawn fuq.

Top