Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 52010PC0312

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-2ni pagament 2010)

/* KUMM/2010/0312 finali - NLE 2010/0170 */

52010PC0312

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-2ni pagament 2010) /* KUMM/2010/0312 finali - NLE 2010/0170 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 14.6.2010

KUMM(2010)312 finali

2010/0170 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-2ni pagament 2010)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Finanzjarju, din il-proposta tkopri:

l-ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għall-2010 ("n+1" fis-sens tal-proċeduri permanenti stabbiliti f'dan l-Artikolu);

Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati għal kull wieħed minnhom.

Skont l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlas għall-istrumenti li jiġġestixxi.

Skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha u l-Istati Membri għandhom jħallsu t-tieni pagament tal-kontribuzzjoni sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi nnotifikata lilhom.

L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għall-FEŻ preċedenti, f'ordni kronoloġiku. Għalhekk, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jikkonċernaw l-ammonti għad-9 FEŻ.

Innota li l-Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li Stat Membru li ma jħallasx il-pagament tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza stabbilita, ikollu jħallas l-imgħax fuq l-ammont mhux imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

2010/0170 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-2ni pagament 2010)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, li ġie ffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej, li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej, li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008, applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ")[3], b'mod partikolari l-Artikolu 57 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[4],

Billi:

(1) L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-FEŻ") jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti pprovduti għall-FEŻ ta' qabel. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi għad-9 FEŻ.

(2) Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlasijiet għall-istrumenti li jiġġestixxi.

(3) Skont l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-proċedura preskritta fl-Artikoli minn 57 sa 61 għandha tapplika għall-ewwel darba fl-2009. Skont din il-proċedura, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għall-2010; f'dan l-istadju, l-istima tal-ħtiġijiet annwali ma titlobx reviżjoni tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet fis-sena.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni pagament għall-2010 biex jiffinanzjaw il-FEŻ huma mniżżlin fit-tabella fl-Anness ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li qegħdin jikkontribwixxu għad-9 FEŻ.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

It-tieni pagament tal-kontribuzzjonijiet għall-2010 (f'ewro)

Stat Membru | % | lill-BEI | lill-Kummissjoni | Total |

Il-Ġermanja | 23,36 | 28.032.000 | 280.320.000 | 308.352.000 |

Il-Belġju | 3,92 | 4.704.000 | 47.040.000 | 51.744.000 |

Ir-Renju tad-Danimarka | 2,14 | 2.568.000 | 25.680.000 | 28.248.000 |

Spanja | 5,84 | 7.008.000 | 70.080.000 | 77.088.000 |

Franza | 24,30 | 29.160.000 | 291.600.000 | 320.760.000 |

Il-Greċja | 1,25 | 1.500.000 | 15.000.000 | 16.500.000 |

L-Irlanda | 0,62 | 744.000 | 7.440.000 | 8.184.000 |

L-Italja | 12,54 | 15.048.000 | 150.480.000 | 165.528.000 |

Il-Lussemburgu | 0,29 | 348.000 | 3.480.000 | 3.828.000 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 5,22 | 6.264.000 | 62.640.000 | 68.904.000 |

Il-Portugall | 0,97 | 1.164.000 | 11.640.000 | 12.804.000 |

Ir-Renju Unit | 12,69 | 15.228.000 | 152.280.000 | 167.508.000 |

L-Awstrija | 2,65 | 3.180.000 | 31.800.000 | 34.980.000 |

Il-Finlandja | 1,48 | 1.776.000 | 17.760.000 | 19.536.000 |

L-Isvezja | 2,73 | 3.276.000 | 32.760.000 | 36.036.000 |

TOTAL | 100,00 | 120.000.000 | 1.200.000.000 | 1.320.000.000 |

[1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

[2] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

[3] ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

[4] ĠU C …, …, p. .

Arriba