Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0306

Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru [...]/2010 ta’ li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz, ir-redfish u t-tonn u li jeskludi ċerti gruppi ta' bastimenti mir-reġim tal-isforzi tas-sajd kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

/* KUMM/2010/0306 finali - NLE 2010/0167 */

52010PC0306

Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru [...]/2010 ta’ li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz, ir-redfish u t-tonn u li jeskludi ċerti gruppi ta' bastimenti mir-reġim tal-isforzi tas-sajd kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 /* KUMM/2010/0306 finali - NLE 2010/0167 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 11.6.2010

KUMM(2010)306 finali

2010/0167 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru [...]/2010

ta’

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz, ir-redfish u t-tonn u li jeskludi ċerti gruppi ta' bastimenti mir-reġim tal-isforzi tas-sajd kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/200[1] jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

Fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2009, in-NAFO ddeċidiet li terġa' tiftaħ is-sajd għall-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO u wkoll għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO wara moratorju ta' aktar minn 10 snin, u stabbilixxiet regoli stretti għall-qabdiet inċidentali. Għandu jiġi ċċarat li r-regola ġenerali għal qabdiet inċidentali applikabbli fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO timplika li l-qabdiet inċidentali jistgħu jittieħdu biss mill-Istati Membri li għandhom allokazzjoni għal ċerta speċi f'ċerta żona.

L-Anness ID ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi t-TACs u l-kwoti għal speċijiet migratorji ferm abbażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Internazzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) fil-laqgħa annwali tagħha fl-2009. Fil-Kumitat ta' Konformità tal-ICCAT, fil-laqgħa speċjali tiegħu li saret f'Madrid fl-24-26 ta' Frar 2010, l-allokazzjoni tal-kwota għat-tonn ġiet riveduta u l-kwota tal-Unjoni Ewropea ġiet imnaqqsa. Għalhekk, il-kwota għat-tonn għandha tiġi emendata skont dan.

Barra minn hekk, l-Artikolu 15 u l-Anness IV ta' dan ir-Regolament jistabilixxu l-għadd massimu ta' bastimenti li jitħallew jistadu għat-tonn f'ċerti reġjuni u f'ċerti ċirkostanzi. Fid-dawl tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran[2], huwa meħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet dwar limitazzjonijiet oħra fuq l-opportunitajiet tas-sajd għal dan it-tip ta' sajd, u b'mod partikolari biex jiġi determinat l-għadd ta' nases, l-għadd u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross ta' bastimenti tas-sajd u l-kapaċità tal-koltivazzjoni u tat-tismin ta' kull Stat Membru fir-rigward tas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran.

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u tal-parir tal-STECF, il-Kunsill jista’ jeskludi ċerti gruppi ta' bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz, bil-kundizzjoni li tkun disponibbli dejta xierqa dwar qabdiet u rimi ta' merluzz mill-bastimenti involuti, li l-perċentwal ta' qabdiet ta' merluzz ma jaqbiżx 1.5 % tal-qabdiet totali għall kull grupp ta' bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz tkun tikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali tiegħu fuq l-istokkijiet ta' merluzz.

Abbażi tal-parir mill-STECF, informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, l-Irlanda u Franza dwar ċerti gruppi ta' bastimenti li jistadu fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż, jidher biżżejjed li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, tal-gruppi ta' bastimenti, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Aritkolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u għalhekk jistgħu jiġu esklużi mir-reġim tal-isforz. Fid-dawl tal-parir mill-STECF, huwa xieraq li dawn il-gruppi ta' bastimenti jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 permezz ta' emenda għar-Regolament (KE) Nru 754/2009 u billi jiġi aġġustat l-isforz massimu permess allokat lil dawk l-Istati Membri fl-Appendiċi I għall-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 53/2010.

Fl-aħħarnett, skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, fl-2009, l-Istati Membri setgħu jimmodifikaw l-allokazzjonijiet tal-isforzi tagħhom billi jittrasferixu l-isforz tas-sajd u l-kapaċità bejn iż-żoni ġeografiċi, bil-kundizzjoni li jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet. Il-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew tagħrif rigward trasferimenti imwettqa fl-2009 ta' ċertu ammont ta' sforz u ta' kapaċità mill-Baħar tat-Tramuntana għall-Baħar Irlandiż, li jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16(3). L-isforz massimu permess allokat lill-Pajjiżi l-Baxxi fl-Appendiċi I għall-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 53/2010 għalhekk jeħtieġ li jiġi emendat kif jixraq.

Il-Kunsill huwa mitlub jadotta din il-proposta malajr kemm jista' jkun sabiex is-sajjieda jkunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għall-bqija ta’ dan l-istaġun tas-sajd.

2010/0167 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru [...]/2010

ta’

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz, ir-redfish u t-tonn u li jeskludi ċerti gruppi ta' bastimenti mir-reġim tal-isforzi tas-sajd kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010[4] li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

(2) Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2009, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fit-Tramuntana tal-Atlantiku (NAFO) iddeċidiet li terġa' tiftaħ is-sajd għall-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO u għar-redfish fiż-żona 3LN għan-NAFO wara moratorju ta' aktar minn għaxar snin. Ir-regoli dwar il-qabdiet inċidentali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 53/2010 għaż-żewġ tipi ta' sajd li reġgħu infetħu għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli ġenerali dwar il-qabdiet inċidentali applikabbli fiż-żona Regolatorja tan-NAFO skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral[5]

(3) Il-Kumitat ta' Konformità tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT), fil-laqgħa speċjali tiegħu li seħħet f'Madrid fl-24-26 ta' Frar 2010, naqqas il-kwota għat-tonn allokat lill-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet ġodda jiġu implimentati fil-liġi tal-UE.

(4) Fid-dawl tal-Artikoli 5(5) u (8) u 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran[6], huwa meħtieġ li jiġi stabbilit l-għadd massimu u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross ta' bastimenti tas-sajd għal kull Stat Membru li jista' jkun awtorizzat jistad għal, iżomm abbord, jittrażborda, jittrasporta, jew iħott l-art it-tonn, l-għadd massimu ta' nases tat-tonn li jistgħu jiġu awtorizzati minn kull Stat Membru, il-kapaċità massima ta' koltivazzjoni u tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista' jalloka għall-istabbilimenti tal-akkwakultura tiegħu.

(5) Fil-kuntest li jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd u f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, il-Kunsill jista’, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u vvalutata mill-STECF, jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz stabbilit f'dak ir-Regolament, dment li tkun disponibbli dejta adegwata dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti kkonċernati, li l-perċentwal ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali tiegħu fuq l-istokkijiet ta’ merluzz. Il-Ġermanja pprovdiet tagħrif dwar il-qabdiet ta' merluzz minn grupp ta' bastimenti li stadu għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana u fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'malji ta' 120 mm jew aktar. L-Irlanda pprovdiet tagħrif dwar il-qabdiet ta' merluzz minn grupp ta' bastimenti li stadu għan-Nephrops (Ksampu) fil-Baħar Irlandiż bi gradilja selettiva simili għal dik definita fl-Appendiċi 2 għall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Franza pprovdiet tagħrif dwar il-qabdiet ta' merluzz minn grupp ta' bastimenti li stadu għall-ispeċijiet tal-fond fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'malji ta' 110mm jew aktar. Abbażi ta' dak it-tagħrif kif ivvalutat mill-ISTECF, jista' jiġi stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, minn dawk il-gruppi ta' bastimenti ma jaqbżux il-1,5% tal-qabdiet totali tagħhom. Barra minn hekk, fid-dawl tal-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ stabbiliti, li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta' dawk il-gruppi ta' bastimenti u b'kont meħud tal-fatt li l-inklużjoni ta' dawn il-gruppi jkun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali ta' dik l-inklużjoni fuq l-istokkijiet ta' merluzz, huwa adatt li dawk il-gruppi ta' bastimenti jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, u b'hekk ikun possibbli li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforzi għall-Istati Membri kkonċernati kif meħtieġ.

(6) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, ippermetta lill-Istati Membri jimmodifikaw l-allokazzjonijiet tal-isforzi tagħhom fl-2009 billi jittrasferixu l-isforz tas-sajd u l-kapaċità bejn iż-żoni ġeografiċi, bil-kundizzjoni li jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi rigward trasferimenti imwettqa fl-2009 ta' ċertu ammont ta' sforz u ta' kapaċità mill-Baħar tat-Tramuntana għall-Baħar Irlandiż, huwa xieraq li l-isforz massimu permess allokat lill-Pajjiżi l-Baxxi fl-Appendiċi I għall-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 53/2010 jiġi aġġustat.

(7) Ir-Regolamenti (UE) Nru 53/2010 u (KE) Nru 754/2009, li jeskludu ċerti gruppi ta' bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008[7] għalhekk għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(8) Biex ma jiġux interrotti l-attivitajiet tas-sajd u għall-finijiet tar-rappurtar tal-qabdiet għal kull sena kalendarja jew ir-rappurtar tal-isforzi fis-sena mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Jannar 2011, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu u japplika mill-1 ta' Jannar 2010 u l-1 ta' Frar 2010 rispettivament.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 53/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 15 Limitazzjonijiet fuq il-kapaċità tas-sajd, tal-koltivazzjoni u tat-tismin għat-tonn

1. L-għadd massimu ta' dgħajjes tal-UE tas-sajd bil-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness IV.

2. L-għadd massimu ta' dgħajjes tas-sajd kostali artiġjanali tal-UE awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Mediterran għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 2 tal-Anness IV.

3. L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-UE li jistadu għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta' koltivazzjoni, awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 3 tal-Anness IV.

4. L-għadd u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ groos ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom ikunu limitati kif stipulat fil-punt 4 tal-Anness IV.

5. L-għadd ta' nases involuti fis-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 5 tal-Anness IV.

6. Il-kapaċità tal-koltivazzjoni tat-tonn, il-kapaċità tat-tismin u l-input massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ allokat għall-istabbilimenti tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom ikunu limitati kif stipulat fil-punt 6 tal-Anness IV."

(2) L-Anness IC huwa emendat kif ġej:

(i) l-entrata għall-ispeċi tal-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi: | Merluzz Gadus morhua | Żona: | NAFO 3M (COD/N3M.) |

L-Estonja | 61 | (1) (2) |

Il-Ġermanja | 247 | (1) |

Il-Latvja | 61 | (1) (2) |

Il-Litwanja | 61 | (1) (2) |

Il-Polonja | 209 | (1) (2) |

Spanja | 796 | (1) |

Franza | 110 | (1) |

Il-Portugall | 1070 | (1) |

Ir-Renju Unit | 521 | (1) |

UE | 3 136 | (1) (2) |

TAC | 5 500 | (1) (2) |

(1) Sajd dirett għall-merluzz fin-NAFO 3M għandu jkun permess sal-mument meta l-qabdiet stmati, inklużi l-qabdiet inċidentali, li għandhom jittieħdu fil-bqija tas-sena jkun ugwali għall-100% tal-kwota allokata. Wara dik id-data, ikunu permessi biss qabdiet inċidentali sa massimu ta 1 250 kg jew 5%, skont liema jkun l-akbar, fi ħdan il-kwota allokata lill-Istat Membru tal-Bandiera. (2) Inklużi d-drittijiet tas-sajd tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja ta' 61 tunnellata rispettivament u l-allokazzjoni lill-Polonja ta' 209 tunnellati f'konformità mal-ftehimiet ta' qsim għal dik li kienet l-Unjoni Sovjetika adottati mill-Kummissjoni tas-Sajd NAFO fl-2003, wara l-adeżjoni tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja mal-Unjoni Ewropea. |

(ii) l-entrata għall-ispeċi tar-redfish fiż-żona 3LN hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi: | Redfish Sebastes spp. | Żona: | NAFO 3LN (RED/N3LN.) |

L-Estonja | 173 | (1) (2) |

Il-Ġermanja | 119 | (1) |

Il-Latvja | 173 | (1) (2) |

Il-Litwanja | 173 | (1) (2) |

UE | 638 | (1) (2) |

TAC | 3 500 | (1) (2) |

(1) Sajd dirett għar-redfish fin-NAFO 3LN għandu jkun permess sal-mument meta l-qabdiet stmati, inklużi l-qabdiet inċidentali, li għandhom jittieħdu fil-bqija tas-sena jkun ugwali għall-100% tal-kwota allokata. Wara dik id-data, ikunu permessi biss qabdiet inċidentali sa massimu ta 1 250 kg jew 5%, skont liema jkun l-akbar, fi ħdan il-kwota allokata lill-Istat Membru tal-Bandiera. (2) Inklużi d-drittijiet tas-sajd tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja ta' 173 tunnellata rispettivament f'konformità mal-ftehimiet ta' qsim għal dik li kienet il-Unjoni Sovjetika adottati mill-Kummissjoni tas-Sajd NAFO fl-2003, wara l-adeżjoni tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja mal-Unjoni Ewropea. |

(3) Fl-Anness ID, l-entrata li tirrigwarda l-ispeċi tat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Speċi: | Tonn Thunnus thynnus | Żona: | L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran (BFT/AE045W) |

Ċipru | 70,18 | (4) |

Il-Greċja | 130,30 |

Spanja | 2 526,06 | (2)(4) |

Franza | 2 021,93 | (2)(3)(4) |

L-Italja | 1 937,50 | (4)(5) |

Malta | 161,34 | (4) |

Il-Portugall | 237,66 |

L-Istati Membri kollha | 2,41 | (1) |

UE | 7 087,38 | (2)(3)(4)(5) |

TAC | 13 500 |

(1) Bl-eċċezzjoni ta' Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall u bħala qbid inċidentali biss. |

(2) F'din it-TAC, il-limiti ta' qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301): |

Spanja | 367,23 |

Franza | 165,69 |

UE | 532,92 |

(3) F'din it-TAC, il-limiti ta' qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew li fih mhux inqas minn 70 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*641): |

Franza | 45 (*) |

UE | 45 |

(*) Din il-kwantità tista' tiġi riveduta mill-Kummissjoni fuq talba minn Franza, sa ammont ta' 100 tunnellata kif indikat bir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 08-05. |

(4) F'din it-TAC, il-limiti ta' qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302): |

Spanja | 50,52 |

Franza | 49,84 |

L-Italja | 39,34 |

Ċipru | 1,40 |

Malta | 3,23 |

UE | 144,34 |

(5) F'din it-TAC, il-limiti ta' qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643): |

L-Italja | 39,34 |

UE | 39,34 | " |

(4) L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(i) it-tabella fil-punt 2 tiġi sostitwita b'din li ġejja:

"Spanja | 139 |

Franza | 86 |

L-Italja | 35 |

Ċipru | 25 |

Malta | 83 |

UE | 374" |

(ii) Il-punti li ġejjin 4, 5 u 6 huma miżjuda:

"4. L-għadd massimu u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross ta' bastimenti tas-sajd ta' kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Għadd ta' bastimenti tas-sajd |

Ċipru | Il-Greċja | L-Italja | Franza | Spanja | Malta |

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines | 1 | 1 | 24 | 19 | 6 | 0 |

Bastimenti tas-sajd bil-konz | 12 | 0 | 30 | 0 | 81 | 83 |

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka | 0 | 0 | 0 | 8 | 61 | 0 |

Bix-xolfa tal-idejn | 0 | 0 | 0 | 29 | 2 | 0 |

Bastiment tat-tkarkir | 0 | 0 | 0 | 78 | 0 | 0 |

Sajd artiġjanali ieħor | 0 | 256 | 0 | 87 | 33 | 0 |

Tabella B

Kapaċità totali f'tunnellaġġ gross |

Ċipru | Il-Greċja | L-Italja | Franza | Spanja | Malta |

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines | 51 | 260 | * | 4044 | 1608 | 0 |

Bastimenti tas-sajd bil-konz | 409 | - | 1196 | 0 | 4416,73 | 1365,64 |

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka | - | - | - | 248 | 10335,58 | 0 |

Bix-xolfa tal-idejn | - | - | - | pm | 20,96 | 0 |

Bastiment tat-tkarkir | - | - | - | pm | 0 | 0 |

Sajd artiġjanali ieħor | - | 3343,21** | - | pm | 489,83 | 0 |

* Twaqqif temporanju tal-attivitajiet fl-2010 ** Bastimenti polivalenti, li mgħammra b'diversi tipi ta' rkaptu (konzijiet, xolfa tal-idejn, xolfa bir-rixa) |

5. Għadd massimu ta' nases awtorizzati għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn minn kull Stat Membru

Għadd ta' nases |

Spanja | 6 |

L-Italja | 6 |

Il-Portugall | 1 |

6. Il-kapaċità massima ta' koltivazzjoni u ta' tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista' jalloka lill-istabbilimenti tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tal-koltivazzjoni u tismin tat-tonn |

Spanja | 14 |

L-Italja | 15 |

Il-Greċja | 2 |

Ċipru | 3 |

Malta | 8 |

Tabella B

Input massimu ta' tonn maqbud mis-salvaġġ (f'tunnellati) |

Spanja | 5 855 |

L-Italja | 3 764 |

Il-Greċja | 785 |

Ċipru | 2 195 |

Malta | 8 768" |

(5) L-Appendiċi 1 għall-Anness IIA huwa emendat kif ġej:

(i) Fit-tabella (b), il-kolonni li jikkonċernaw il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi jinbidlu b’dan li ġej:

Irkaptu regolat | DE | NL |

TR 1 | 1 269 111 | 371 757 |

TR 2 | 516 154 | 1 080 920 |

TR 3 | 3 501 | 48 508 |

BT 1 | 29 271 | 999 808 |

BT 2 | 1 691 253 | 34 743 212 |

GN | 224 484 | 438 664 |

GT | 467 | 0 |

LL | 0 | 0 |

(ii) Fit-tabella (c), il-kolonni li jikkonċernaw l-Irlanda u l-Pajjiżi l-Baxxi jinbidlu b’dan li ġej:

Irkaptu regolat | IE | NL |

TR 1 | 59 625 | 0 |

TR 2 | 778 729 | 0 |

TR 3 | 8 433 | 0 |

BT 1 | 0 | 0 |

BT 2 | 514 584 | 200 000 |

GN | 18 255 | 0 |

GT | 0 | 0 |

LL | 0 | 0 |

(iii) Fit-tabella (d), il-kolonni li jikkonċernaw il-Ġermanja u Franza jinbidlu b’dan li ġej:

Irkaptu regolat | DE | FR |

TR 1 | 11 151 | 2 317 946 |

TR 2 | 0 | 7 415 |

TR 3 | 0 | 0 |

BT 1 | 0 | 7 161 |

BT 2 | 0 | 13 211 |

GN | 35 442 | 400 503 |

GT | 0 | 0 |

LL | 0 | 54 917 |

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 754/2009

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, huma miżjuda l-punti li ġejjin:

"(f) il-grupp ta' bastimenti tal-ibħra miftuħa li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja, li jieħdu sehem fis-sajd indikat fit-talba mill-Ġermanja li ġġib id-data tas-26 ta' Marzu 2010 kif ikkompletata mill-korrispondenza tad-9 ta' April u tal-20 ta' Mejju 2010, li jistadu għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana, fl-ilmijiet tal-UE taż-Żona IIa tal-ICES u fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir b'malji ta' 120 mm jew akbar.

(g) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda, li jieħu sehem fis-sajd indikat fit-talba tal-Irlanda tas-26 ta’ Marzu 2010, li jistadu fil-Baħar Irlandiż matul il-perjodu li fih dawn il-bastimenti jistadu biss għall-Ksampu bi gradilja selettiva simili għal dik definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 ;

(h) il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza, li jieħdu sehem fis-sajd indikat fit-talba minn Franza li ġġib id-data tal-24 ta' Marzu 2010 kif ikkompletata mill-korrispondenza li ġġib id-data tal-25 ta' Marzu, id-29 ta' Marzu, it-8 ta' April u l-20 ta' Mejju 2010 li jistadu għall-ispeċijiet tal-fond f'żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'malji ta' 110mm jew akbar."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 1(5) u 2, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

[2] ĠU L 96, 15.4.2009, p.1.

[3] ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

[4] ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

[5] ĠU L 318, 5.12.2007, p. 1.

[6] ĠU L 96, 15.4.2009, p.1.

[7] ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16.

Top