Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0115

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq ċertu tagħmir ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fil-Malasja.

/* KUMM/2010/0115 finali - NLE 2010/0061 */

52010PC0115

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq ċertu tagħmir ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fil-Malasja. /* KUMM/2010/0115 finali - NLE 2010/0061 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 26.3.2010

KUMM(2010)115 finali

2010/0061 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq ċertu tagħmir ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw, inter alia , fil-Malasja.

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (il-verżjoni kodifikata), fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mill-Malasja. |

Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet b’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta F’Ottubru 2008, miżuri kontra d-dumping definittivi ġew imposti mill-ġdid bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 fuq importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (ATPs' jew il-'prodott ikkonċernat') li joriġina mir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għall-Malasja huma: 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha; għar-Repubblika tal-Korea d-dazju huwa 44 % għall-kumpaniji kollha. F’Settembru 2009, miżuri kontra d-dumping definittivi ġew imposti mill-ġdid bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 fuq importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonċernat li joriġina, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (58,6 %) u t-Tajlandja (58,9 %), bl-eċċezzjoni ta’ żewġ kumpaniji fit-Tajlandja. Il-miżuri għall-prodott ikkonċernat li joriġina miċ-Ċina ġew estiżi għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnat mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, sew jekk iddikjarat li joriġina mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kif ukoll jekk le. |

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ għarfien espert estern. |

Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Taqsira tal-azzjoni proposta It-talba tressqet minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd (PSI, ‘l-applikant’), produttur esportatur fil-Malasja. Wara li ddeterminat li kienet teżisti evidenza biżżejjed għat-tnedija ta' reviżjoni, il-Kummissjoni nidiet il-każ fit-30 ta’ Lulju 2009. L-investigazzjoni wriet li l-applikant kien wera li jissodisfa l-kriterju li jingħata status ta’ esportatur ġdid. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit marġini individwali ta’ dumping fil-qafas tal-liġi għal Pantech Steel Industries Sdn Bhd u l-kumpaniji relatati miegħu. Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha jiskadu l-miżuri inizjalment imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008. Huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament, li għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux iktar tard mid-29 ta’ April 2010. |

Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tagħmel parti mill-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għaldaqstant, ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament bażiku u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoniji nazzjonali. |

Mhijiex meħtieġa indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi minimizzat u jkun proporzjonali mal-għan tal-proposta. |

Għażla ta’ strumenti |

Strumenti proposti: Regolament tal-Kunsill. |

Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix alternattivi oħra. |

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

- 2010/0061 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq ċertu tagħmir ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw, inter alia , fil-Malasja.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1. 1. PROĊEDURA

2. Il-miżuri eżistenti

3. F’Ottubru 2008, miżuri kontra d-dumping definittivi ġew imposti mill-ġdid bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008[2] fuq importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (ATPs' jew il- 'prodott ikkonċernat') li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għall-Malasja huma 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4. Talba għal reviżjoni

5. Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex tniedi reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd (l-applikant), produttur esportatur fil-Malasja (il-pajjiż ikkonċernat).

6. L-applikant jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali) u li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija fil-premessa (1).

7. Barra minn hekk l-applikant allega li huwa daħal f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-futur qrib.

8. Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ esportatur ġdid

9. Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 692/2009[3], reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 rigward l-applikant.

10. Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2009, id-dazju kontra d-dumping ta’ 75 % impost bir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 ġie mħassar fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernat u mibjugħ għal esportazzjonijiet lill-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

11. Ir-Regolament (KE) Nru 692/2009 iddeterminat li jekk l-investigazzjoni turi li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi emendata r-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008.

12. Il-prodott ikkonċernat

13. Il-prodott taħt reviżjoni huwa tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (minbarra tagħmir tal-ħadid fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina mill-Malasja (il-prodott ikkonċernat) li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90.

14. Il-partijiet ikkonċernati

15. Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-industrija tal-Unjoni, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ.

16. Il-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-butt-welding fittings tal-azzar tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni (‘l-industrija tal-Unjoni’) ta l-opinjonijiet tiegħu bil-miktub lis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tad-Difiża sfida l-affidabbiltà tal-bażi tal-prezz għal esportazzjoni. Id-dokumenti ġew ipprovduti wkoll u wrew allegatament tentattivi ta’ evażjoni tal-miżuri u l-informazzjoni li ngħatat dwar il-livell ta’ prezz tal-prodott ikkonċernat disponibbli għall-importaturi tal-UE.

17. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-antidumping lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan.

18. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju dwar l-antidumping lill-importaturi mhux relatati li jinsabu fl-Unjoni Ewropea iżda ma nkisbet l-ebda kooperazzjoni.

19. Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur ġdid u d-dumping, u saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant u dawn il-kumpaniji relatati fil-Malasja li ġejjin:

20. Pantech Steel Industries Sdn Bhd (l-applikant),

21. Pantech Corporation Sdn Bhd ( kumpanija kummerċjali relatata)

22. Il-Perjodu tal-investigazzjoni

23. L-investigazzjoni ta’ reviżjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-'perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni' jew 'PIR').

24. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

25. Kwalifika tal-esportatur il-ġdid

26. L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma kinitx esportat il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kienet bdiet tesporta lejn l-Unjoni Ewropea wara dan il-perjodu. Il-kumpanija daħlet f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta matul il-PIR. Din ħadet il-formola ta’ tliet ordnijiet mill-istess grupp ta’ importazzjoni fl-UE.

27. Dawn l-ordnijiet kienu kompluti wara l-PIR, permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni taħt, bejn wieħed u ieħor, l-istess kundizzjonijiet b’differenzi negliġibbli fil-prezz u l-kwantitajiet. Filwaqt li l-kwantitajiet involuti kienu limitati, dawn kienu minkejja kollox, instabu li kienu biżżejjed biex jiġi stabbilit marġini ta’ dumping affidabbli. Dan minħabba li l-livelli ta’ prezzijiet mitluba kienu appoġġjati b’mod ulterjuri minn informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni, tal-esportatur ikkonċernat, lil pajjiżi terzi li kkonfermaw it-tendenza ta’ mġiba li nstabet fit-tranżazzjonijiet taħt skrutinju.

28. F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet l-oħra għar-rikonoxximent ta’ status ta’ esportatur ġdid, il-kumpannija wriet li ma kellhiex rabtiet, diretti jew indiretti, ma’ xi produtturi mill-Malasja li jesportaw soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

29. Għalhekk, huwa ikkonfermat li l-kumpanija għandha tkun ikkunsidrata bħala 'esportatriċi ġdida' skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk għandu jiġi stabbilit marġini individwali għaliha.

30. Dumping

Id-determinazzjoni tal-valur normali

31. L-applikant jipproduċi t-tagħmir u jbiegħ il-prodott ikkonċernat domestikament u fis-swieq ta’ esportazzjoni. L-investigazzjoni żvelat organizzazzjoni kumplessa ta’ bejgħ fis-suq domestiku li tinvolvi distributuri mhux relatati u kumpaniji ta’ kummerċ relatati, fejn distributuri mhux relatati jixtru l-prodott ikkonċernat mill-produttur u mbagħad jerġgħu jbiegħuh lin-negozjanti relatati li mbagħad jkompli jbiegħu l-oġġetti lill-klijenti mhux relatati fis-suq domestiku. Fil-fatt, id-distributuri mhux relatati qed jaġixxu bħala aġenti għall-applikant.

32. Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, u meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-bejgħ tal-kumpaniji ta' negozju relatati jista' jerġa' jiġi konness mal-applikant, il-prezzijiet mitluba lill-klijent finali minn dawn il-kumpaniji ta’ kummerċ relatati huma kkunsidrati bħala l-ewwel prezz fil-proċess ordinarju ta’ negozju u għaldaqstant jifforma l-bażi għad-determinazzjoni tal-Valur Normali.

33. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li t-tagħmir ta’ tubi u pajpijiet kienu inbiegħu domestikament mill-applikant f’volumi rappreżentattivi ġenerali.

34. Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti ta’ tagħmir ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa domestikament mill-kumpaniji ta’ negozju, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea.

35. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ ta’ tagħmir ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul il-proċess normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil klijenti indipendenti. Minħabba li kien instab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, il-valur normali kien ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali.

36. F’uħud mill-każijiet fejn it-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fis-suq domestiku matul il-PIR, il-valur normali ġie kostrutt billi żdiedu, mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġini ta' qliegħ raġjonevoli.

Prezz tal-esportazzjoni

37. Il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas fil-premessa (16).

Tqabbil

38. Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ ex fabbrika.

39. Għall-iskop li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li affettwaw il-paragunabbilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti għall-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

40. L-applikant stqarr li jekk il-Kummissjoni tuża l-valur normali bbażat fuq il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji relatati ta’ kummerċ, għandu jingħata aġġustament għal differenzi fil-livell ta’ kummerċ bejn is-suq domestiku u s-suq tal-UE. Dan żied billi qal li l-bejgħ lis-suq tal-UE kien sar fil-livell ta’ distributur filwaqt li, fis-suq domestiku, l-applikant kien ibiegħ parti importanti tat-tagħmir tat-tubi u l-pajpijiet bħali parti minn kunsinni akbar fis-suq tal-proġetti taż-żejt u l-gass fejn it-tagħmir ta’ spiss ikollu rwol anċillari biss għal dak tal-pajpijiet, valvijiet ewlenin u komponenti maġġuri oħrajn, u li dan is-suq kien f’livell differenti ta’ kummerċ.

41. Wara li analizzat il-kundizzjonijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku u b’mod partikolari x-xejriet tal-prezz tal-bejgħ, l-investigazzjoni wriet li l-applikant ma wriex, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti ta’ kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Għaldaqstant ma ġie kkunsidrat l-ebda aġġustament.

Marġini tad-dumping

42. Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, u meta wieħed iqis li kien hemm biss tliet ordnijiet f’virtwalment l-istess żmienmatul il-PIR u li l-prezz tal-materja prima, li jammonta għall-biċċa l-kbira tal-ispiża tal-produzzjoni, varja b’mod sinifikanti matul il-PIR, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta' tqabbil fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

43. It-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping f’livell ta’ 49,9 %, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF.

44. Barra minn dan, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-applikant għal pajjiżi terzi oħrajn fi kwantitajiet importanti huma sinifikament aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni Ewropea, li jissuġġerixxu l-eżistenza tad-dumping fi swieq terzi.

45. EMENDI FIL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU REVEDUTI

46. Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, qiegħed jiġi kkunsidrat li dazju kontra d-dumping definittiv għandu jiġi impost skont il-livell ta' marġini ta' dumping misjub.

47. Il-marġini ta’ dumping, stabbilit għall-PIR, ta’ 49,9 % huwa taħt il-livell ta’ 75 % tal-eliminazzjoni ta’ ħsara mal-pajjiż kollu li ġie stabbilit għall-Malasja fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant huwa propost li jiġi impost dazju li hu bbażat fuq il-marġini ta’ dumping ta’ 49,9 % u li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 jiġi emendat kif xieraq.

48. L-IMPOSTA RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING

49. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, id-dazju tal-antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

50. KLAWŻOLA TA’ MONITORAĠĠ U REVIŻJONI POSSIBBLI ULTERJURI

51. Għandu jiġi nnotat li l-kumpaniji kkonċernati għandhom sistema kumplessa ta’ tqassim li tinvolvi wkoll li l-prodott ikkonċernat jiġi impurtat minn pajjiżi oħrajn taħt miżuri. Barra minn dan, hemm ċertu riskju ta’ evitar ta’ dazju minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju bejn kumpaniji esportaturi differenti fil-Malasja. Għaldaqstant, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping.

52. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn fattura tali għandhom ikunu soġġetti għad-dazju residwu ta’ antidumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

53. Barra minn hekk, il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni infurmatu li din se tistieden il-kumpanija kkonċernata biex tressaq rapporti regolari lill-Kummissjoni biex tiżgura segwitu xieraq tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni u l-prezz u kundizzjonijiet oħrajn relatati magħhom, kif ukoll informazzjoni dwar żviluppi fil-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija. Il-Kunsill jinnota li b’mod partikolari li jekk rapporti bħal dawn ma jiġux ippreżentati, jew fejn ir-rapporti jiżvelaw li l-miżuri mhumiex adegwati biex jeliminaw l-effetti ta' dumping inġurjuż, jista' jkun neċessarju li tinbeda reviżjoni interim skont l-Artikolu 11.3(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kunsill jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li ex officio tniedi reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari ladarba tkun għaddiet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (għalkemm tista’ wkoll issir reviżjoni minn qabel). Huwa nnotat ukoll li f’dan iż-żmien il-Kummissjoni tistenna li jkun xieraq li tmexxi reviżjoni tali wara sena minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jkun innotat li d-dazju stabbilit għall-kumpanija kkonċernata permezz ta’ dan ir-Regolament hu bbażat biss fuq għadd limitat ta’ ordnijiet.

54. L-IŻVELAR U T-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

55. Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi impost dazju fuq importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ tubi u pajpijiet mill-applikant, dazju kontra d-dumping definittiv emendat u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq.

56. Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

57. Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fil-Malasja:

Il-pajjiż | Kumpanija | Ir-rata tad-dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Il-Malasja | Pantech Steel Industries Sdn Bhd | 49,9 | A961 |

58. Id-dazju hawnhekk impost għandu jkun applikat retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ġew irreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

L-awtoritajiet tad-dwana b’dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Malasja prodott minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd.

59. Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћal Pantech Steel Industries Sdn Bhd gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha."

60. Iż-żieda tal-paragrafu t’hawn fuq fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 timplika li l-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi nnumerat mill-ġdid għalArtikolu 1(4).

61. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana .

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tkun tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

62. L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

63. Id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' [prodott ikkonċernat] bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hi kompluta u korretta u li l-prezz iffatturat hu finali u mhux se jiġi kkumpensat, parzjalment jew għal kollox, permezz ta’ kwalunkwe prassi."

Data u firma”

[1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[2] ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18.

[3] ĠU L 199, 31.7.2009, p. 9.

Top