Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0083

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

/* KUMM/2010/0083 finali - COD 2010/0051 */

52010PC0083

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri /* KUMM/2010/0083 finali - COD 2010/0051 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 9.3.2010

KUMM(2010) 83 finali

2010/0051 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWREPOW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. SFOND GħALL-PROPOSTA: KUNTEST ISTITUZZJONALI ġDID

It-Trattat ta' Liżbona (minn hawn 'il quddiem "it-Tratt il-ġdid"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, jimmodifika b'mod sostanzjali l-qafas għall-implimentazzjoni tal-poteri li huma mogħtija lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur. Għall-kuntrarju tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat tal-KE") stipulat fl-Artikolu 202 tiegħu, it-Trattat il-ġdid jagħmel distinzjoni ċara bejn il-poteri ddelegati lill-Kummissjoni biex din tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti ddelegati) min-naħa l-waħda u l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-atti implimentattivi fuq in-naħa l-oħra. Dawn huma soġġetti għal oqsfa legali li huma kompletament differenti:

- Id-dipożizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid dwar l-atti ddelegati, li huma stabbiliti fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat"), jipprovdu li l-leġiżlatur jikkontrolla l-eżerċizzju tal-poteri tal-Kummissjoni permezz tad-dritt tar-revoka u/jew id-dritt ta' oġġezzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet huma biżżejjed fihom infushom u ma jeħtieġu l-ebda qafas li jkun jorbot legalment biex jagħmilhom operattivi.

- Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid dwar l-atti implimentattivi, li huma stabbiliti fl-Artikolu 291, ma jipprovdu għall-ebda rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni għall-poteri implimentattivi. Dan il-kontroll jista' jkun eżerċitat biss mill-Istati Membri. Ikun meħtieġ qafas legali biex jiġi stabbilit il-mekkaniżmu ta' kontolli bħal dawn.

Billi jipprovdu għal dawn iż-żewġ oqsfa legali differenti, l-awturi tat-Trattat il-ġdid fittxew li jirriflettu aktar mill-qrib dwar in-natura ta' dawn iż-żewġ tipi differenti ta' atti:

- Fil-każ ta' atti ddelegati, il-leġiżltur jiddelega lill-Kummissjoni l-poter biex tadotta miżuri li seta' jadotta hu stess. Din hi r-raġuni għala l-leġiżlatur li jikkontrolla l-eżerċizzju tal-Kummissjoni għal dawn il-poteri ddelegati.

- Fil-każ ta' atti implimentattivi, il-kuntest hu wieħed differenti ħafna. L-Istati Membri huma naturalment responsabbli għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni Ewropea. li jorbtu legalment. Madanakollu, meta dawn l-atti bażiċi jkunu jeħtieġu kundizzjonijiet unifomi ta' implimentazzjoni, hija l-Kummissjoni li trid teżerċita l-poteri implimentattivi. Dan hi r-raġuni għala l-Istati Membri huma responsabbli biex jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni għal dawn il-poteri implimentattivi.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid jagħti l-istess drittijiet lill-koleġiżlaturi f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti tal-poteri ddelegati u implimentattivi.

Skont it-Trattat tal-KE, il-Kunsill kien li seta' jagħti l-poteri implimentattivi lill-Kummissjoni. F'każi speċifiċi l-Kunsill jista' wkoll jirriżerva għalih stess il-poteri implimentattivi.

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid dan hu obbligu dirett li stipulat fit-Trattat li l-atti jridu jagħtu l-poteri implimentattivi lill-Kummissjoni meta dan ikun meħtieġ sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dawn l-atti. F'każijiet li jkunu debitament speċifiċi u fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawk l-atti jistgħu wkoll jagħtu l-poteri implimentattivi lill-Kunsill minflok lill-Kummissjoni. Madanakollu, dan ma jfissirx li l-Kunsill għandu xi rwol fil-kontroll tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi meta dawn ikun ngħataw lill-Kummissjoni.

It-Trattat il-ġdid jistqarr b'mod ċar li huma l-Istati Membri, u huma biss, li jikkontrollaw l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni meta jkun mitlub li jsir tali kontroll permezz ta' att li jorbot legalment lill-Unjoni.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat, il-Kummissjoni stabilixxiet il-fehmiet tagħha dwar l-ambitu tal-atti ddelegati, il-qafas għad-delegazzjoni tal-poter u u tal-metodi ta' ħidma li bi ħsiebha tuża għall-preparazzjoni tal-atti ddelegati f'Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009) 673 tad-9 ta' Diċembru 2009).

2. GħANIJIET U L-KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1. Ħsieb u prinċipji ewlenin li jiggwidaw il-proposta

L-Artikolu 291 tat-Trattat jipprovdi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkunu qed jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni għall-poteri implimentattivi. L-iskop ta’ din il-proposta hu li jiġi implimetat l-Artikolu 291 tat-Trattat.

Din il-proposta hija ggwidata l-ewwel u qabel kollox mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-kuntest istituzzjonali ġdid deskritt taħt il-punt 1 hawn fuq. Madanakollu, il-proposta hi mfassla wkoll mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (minn hawn 'il quddiem "id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija") u mill-esperjenzi li ġew miksuba mill-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, filwaqt li tissimplifika d-dispożizzjoni tagħha billi jiġu kkunsidrati l-prinċiji ġenerali li ġejjin:

- L-Istati Membru huma responsabbli biex jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-Kummissjonigħall-poteri imolimentattivi:

- Ir-rekwiżiti proċedurali għandhom ikunu proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi.

2.2. Elementi prinċipali tal-proposta inklużi s-similiritajiet u l-innovazzjonijiet għad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija

L-elementi ewlenin tal-proposta huma dawn li ġejjin:

- Il-proposta żżomm l-istruttura tal-Kumitat previst fid-Deċiżjoni tal-Komitoloġija (Artikolu 3), iżda tirrazzjonalizzaha kif inhu stipulat hawn taħt;

- Żewġ proċeduri biss huma previsti: il-proċedura konsultattiva, li tirrispekkja l-proċedura konsultattiva eżistenti, u proċedura ġdida ta' "eżaminazzjoni" li għandha tieħu post il-ġestjoni eżistenti u l-proċeduri regolatorji, (Artikoli 4 u 5);

- Il-proċedura konsultattiva hija r-regola ġenerali u tista' tiġi applikata għal kull xorta ta' politika u għal kull tip ta' możuri implimentattivi li jorbtu (Artikoli 2(3));

- Il-kriterju għall-għażla ta' proċedura ta' eżaminazzjoni tirrispekkja lil dawk pprovduti fid-Deċiżjoni tal-Komitoloġija Madanakollu, bil-għan li jkun hemm aktar konsistenza u biex jiġi assigurat li l-ħtiġiet proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jridu jiġu adottati, dawn il-kriterji jorbtu fis-sens li meta jiġu ssodisfati l-kriterji biss li l-proċedura in kwistjoni tkun tista' tintuża (Artikolu 2(2)).

- Il-proċedura ta' eżaminazzjoni (Artikolu 5) għandha titħaddem kif ġej:

- Meta l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar l-abbozz tal-miżuri, il-Kummissjoni ma tkunx tista' tadottahom. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibiltà biex tissottometti mill-ġdid l-abbozz għall-kumitat għat-tieni deliberazzjoni, jew tfassal abbozz emendat. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tkun tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri minkejja opinjoni negattiva iżda f'każ bħala dan l-aħħar kelma tkun tal-kumitat f' perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx xahar.

- Meta ma jkunx hemm qbil dwar opinjoni, il-Kummissjoni tkun tista' fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi jekk tadottax il-miżura jew le, billi jiġi kkunsidrat inter alia il-pożizzjonijiet espressi fil-kumitati;

- F'każ ta' opinjoni pożittiva tal-kumitat, il-Kummissjoni tkun tista' tadotta l-miżuri sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali jew li elementi ġodda ma jkunux jiġġustifikaw milli dawn jiġu adottati.

Taħt il-proċedura ta' eżaminazzjoni, il-Kumitat innifsu jkun għaldaqstant jista' jwaqqaf mill jiġi adottat l-abbozz tal-miżuri jekk maġġoranza kkwalifikata tal-Istati Membri tkun kontra. Ir-regoli tal-votazzjoni għal din il-proċedura jkunu jirriflettu r-regoli ta' votazzjoni li jkun rikjest għall-Kunsill, li jkun qed jaġixxi bħala entità ta' appell, biex iżomm milli jiġi adottat l-abbozz tal-miżuri mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni ta' Komitoloġija. Għandu jkun ukoll koerenti li r-regoli ta' votazzjoni għall-kumitati li jkunu qed jaġixxu skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni jkunu simili mir-regoli ta' votazzjoni previsti għall-Kunsill biex jopponu att iddelegat taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat

Madanakollu, innovazzjoni oħra hi li ma jkunx hemm obbligu għall-Kummissjoni li tadotta abbozz tal-miżuri f'każi fejn la jkun hemm maġġoranza kkwalifikata favur u lanqas kontra[1].Tabilħaqq, jeħtieġ li jkun hemm aktar flessibbiltà f'każi bħal dawn sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tikkonsidra mill-ġdid l-abbozz tal-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tkun f'qagħda li tiddeċiedi jekk tadottax l-abbozz tal-miżuri jew le jew tippreżentax l-abbozz emendat lill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati inter alia l-pożizzjonijiet espressi fil-kumitat. L-introduzzjoni ta' flessibiltà ta' din ix-xorta, min-naħa l-waħda, tkun qed tgħin lill-Istati Membri li jikkunsidraw aħjar il-pożizzjonijiet tagħhom u min-naħa l-oħra, tkun qed tgħin biex ittejjeb il-kwalità u l-kapaċità tad-deċiżjonijiet li jittieħdu.

- Proċeduri speċifiċi huma previsti għall-miżuri biex ikunu applikati immedjatament minħabba raġunijiet sfurzati ta' urġenza u meta dan ikun ipprovdut f'att bażiku (Artikolu 6). Din id-dispożizzjoni għandha tgħin lill-kumitat relevanti biex jeżamina u jagħti opinjoni dwar miżura wara li din tkun ġiet adottat mill-Kummissjoni. Meta l-miżura ma tkunx skont l-opinjoni tal-kumitat taħt il-proċedura ta' eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tkun obbligata li tirrevoka l-miżura iżda tkun tista' tħalliha fis-seħħ għal raġunijiet limitati bħalma huma s-saħħa u s-sikurezza.

- Il-proposta żżomm id-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli tal-proċeduri tal-kumitati (Artikolu7) u fir-rigward tal-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar proċeduri ta' kumitat (Artikolu 8,(3)).

- B'riżultat tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Komitoloġija, il-proposta tinkludi wkoll għadd ta' dispożizzjonijiet importanti li huma prassi komuni iżda li sa issa ma kinux koperti mid-Deċiżjoni jew li kienu previsti biss fir-Regoli ta' Proċeduri tal-kumitati. Dawn jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-użu tal-proċeduri bil-miktub (Artikolu3(5)) sabiex jieħdu l-opinjoni tal-kumitat u l-possibbiltà li l-abbozz tal-miżuri jiġi emendat sabiex ikunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-kumitat qabel ma' dan jagħti l-opinjoni formali tiegħu (Artikolu3(4)).

- Filwaqt li l-Istati Membri biss għandhom ir-rwol li jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi għall-Kummissjoni, iż-żewġ leġiżlaturi għandhom ikunu informati kontinwament u b'mod korrett dwar il-proċeduri tal-kumitat permezz tal-użu kontinwu tar-Reġistru ta' Komitoloġija eżistenti, li għandu jiġi adottat għall-proċeduri l-ġodda (Artikolu 8(1) u (2)). Id-dritt tal-informazzjoni ma għandux jissospendi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, minħabba li dan jagħti prerogattiva lill-leġiżlaturi li ma tkunx kompatibbli mal-Artikolu 291 tat-Trattat.

- Fl-aħħarnett, għal raġunijiet ta' ċarezza, konsistenza u effiċjenza, il-proposta qed tipprevedi allinjament awtomatiku tal-acquis eżistenti għall-proċeduri l-ġodda (Artikolu 10). Ir-referenzi kollha għall-proċeduri pprovduti fid-Deċiżjoni ta' Komitoloġija, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5a tiegħu, għandhom jinftiehmu li jkunu referenzi għall-proċeduri korrispondenti tar-Regolament. dan l-approċċ għandu jkollu l-vantaġġ li jiġi evitat li jkun hemm strutturi kumplessi mal-proċeduri l-qodma ta' Komitoloġija u ma' dawk ġodda li jkunu qed isiru b'mod parallel; fl-istess ħin għandu jiġi evitat li jkun allinejat l-att eżistenti dwar l-acquis permezz ta' att jew permezz ta' regolament omnibus. Sabiex ikun lest ir-reġistru, li teknikament ikollu jagħmel allinejament awtomatiku tal-proċeduri eżistenti kollha, l-Artikolu 10 ser ikun qed japplika xahrejn wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament.

- Tali adattazzjoni għas-sistema l-ġdida ma għandhiex taffettwa l-proċeduri pendenti li bihom tkun ingħatat opinjoni, waqt laqgħa tal-kumitat jew permezz ta' proċedura bil-miktub (Artikolu 11). Dan ma jfissirx li proċeduri kontinwi li fihom ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni għandhom jieqfu u għandhom jibdew mill-bidu nett; dawn għandhom ikomplu: il-laqgħat għandhom isiru u l-proċeduri bil-miktub għandhom jibqgħu għaddejjin. Fil-verità, il-konsegwenzi ta' tali allinejamenti huma relatati mal-proċedura li trid tkun segwita wara li l-kumitat ikun ħareġ bl-opinjoni tiegħu..

- L-Artikolu 10 u 11 ma japplikawx għall-proċeduri speċifiċi li ma jkunux soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b'mod partikolari dawk li ġew maħluqa għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni. Konsegwentement, dawk il-proċeduri speċifiċi ser jkomplu jiġu applikati sakemm l-atti bażiċi jkun ġew adattati fid-dawl tas-sistema tal-poteri implimentattivi li ġew maħluqa mill-Artikolu 291 tat-Trattat u r-regoli u l-prinċipji ġenerali mill-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni kif inhuma stipulati f'din il-proposta.

2010/0051 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWREPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; u partikolarment l-Artikolu 291 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

B'aġir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[2],

Billi:

(1) Meta kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti tal-Unjoni li jkun jorbtu legalment (minn hawn 'il quddiem: “atti bażiċi”) ikunu meħtieġa, dawk l-atti għadhom jagħtu l-poteri implimentattivi lill-Kummissjoni, jew lill-Kunsill, f'każi speċifiċi li jkunu debitament iġġustifikati u fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2) Fil-kuntest tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni kien irregolat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) F'dawk l-atti bażiċi li jirrikjedu l-kontroll tal-Istati Membri għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni, ikun xieraq li għall-fini ta' tali kontroll għandu jkun hemm kumitati mwaqqfa li jkunu ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u jkun ippresedut mill-Kummissjoni.

(6) Sabiex ikunu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni, għandu jkun hemm biss żewġ proċeduri: il-proċedura konsultattiva u l-proċedura ta' eżaminazzjoni.

(7) Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, regoli komuni għandhom japplikaw għall-kumitat, inklużi d-dispożizzjonijiet prinċipali marbuta mal-funzjonament tal-proċedimenti u l-possibiltà għall-kumitati li jagħtu opinjoni permezz tal-proċedura bil-miktub.

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

(11) Għandu jkun possibbli li jiġu adottati miżuri biex japplikaw immedjatament għal raġunijiet sfurzati ta' urġenza, meta dan ikun ipprovdut f'att bażiku.

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(13) Għandu jiġi żgurat li jkun hemm aċċess pubblika għall-informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitat.

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

(15) Il-poteri tal-Kummissjoni, kif stipulati mit-Trattat, dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Artikolu 2 Għażla tal-proċeduri

1. Att bażiku jista' jipprovdi għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżaminazzjoni jew tal-proċedura konsultattiva, skont it-tip ta' miżura ta' implimentazzjoni kkonċernata.

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

Artikolu 3 Dispożizzjonijiet komuni

1. Meta att bażiku għall-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4, 5 u 6, id-dispożizzjonijiet stabbilti f'paragrafu 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

3. Il-president għandu/ha j/tibgħat lill-Kumitat abbozz ta' kull miżura li għandha tittieħed.

4. Il-kumitat għandu jeżamina l-abbozz tal-miżuri. Sakemm ma tkunx ingħatat opinjoni, il-president jista' jippreżenta verżjonijiet emendati tal-abbozz tal-miżuri sabiex jiġu kkunsidrati d-diskussjonijiet fi ħdan il-kumitati. Għal dak il-għan, il-president jista' jlaqqa' diversi laqgħat tal-kumitat. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skont l-urġenza tal-każ.

5. Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub. Hu jew hi għandu/ha j/tibgħat lill-membri tal-kumitat l-abbozz tal-miżuri li dwahom l-opinjoni tagħhom tkun qed tintalab u għandu/ha j/tisipula limitu ta' żmien skont l-urġenza tal-kwistjoni. Kull membru tal-kumitat li ma jkunx espliċitament kontra jew li jastjeni qabel jiskadi l-limitu taż-żmien stipulat jkun kkunsidrat li jkun qabel b'mod taċitu mal-abbozz tal-miżuri.

Fil-limitu ta' żmien stipulat skont is-sottoparagrafu ta' qabel, kull membru tal-kumitat jista jitlob li l-proċedura bil-miktub tkun itterminata u biex l-abbozz tal-miżuri jkun eżaminat waqt laqgħa tal-kumitat. Il-president jista' jiddeċiedi li jżomm il-proċedura bil-miktub jew li jwaqqaf l-proċedura bil-miktub mingħajr riżultat, u f'dan il-każ għandha tissejjaħ laqgħa tal-kumitat mill-aktar fis possibli.

6. L-opinjoni tal-kumitat għandha tiġi mniżżla fil-minuti. Kull Stat Membru jista' jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun imniżżla fil-minuti.

Artikolu 4 Proċedura kosultattiva

1. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu permezz ta' vot. Jekk il-kumitat jieħu vot. l-opinjoni għandha tittieħed skont il-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 238(1) tat-Trattat.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu, billi jiġu kkunsidrati bir-reqqa l-konklużjonijiet meħuda mid-diskussjonijiet fil-kumitat u mill-opinjoni li tkun ingħatat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat dwar il-mod kif l-opinjoni tkun ġiet ikkunsidrata.

Artikolu 5 Proċedura ta' eżaminazzjoni

1. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu permezz ta' maġġoranza kkwalifikata kif inhu pprovdut fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Jekk l-abbozz tal-miżuri jkun skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali jew elementi ġodda li jkunu jiġġustifikaw li l-miżuri ma jkunux adottati. F'żijiet bħal dawn, il-president jista' jissottometti lill-kumitat abbozz ġdid tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri. Il-president jista' jissottometti lill-kumitat l-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-miżuri, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri li ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat meta n-nuqqas ta' adozzjoni tagħhom fi skadenza imperattiva tkun toħloq tħarbit sinifikanti fis-swieq għas-sigurtà u s-sikurezza tal-bnedmin jew fl-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-kumitat bir-raġunijiet tagħha għall-adozzjoni tal-miżuri u tista' tissottomettihom għat-tieni deliberazzjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri adottati ma jkunux skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk il-miżuri ma jkunux sottomessi għat-tieni deliberazzjoni fi żmien xahar minn wara l-adozzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri imressqa. Jekk il-mżuri jkunu skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, dawk il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Artikolu 6 Miżuri applikabbli immedjatament

1. Permezz tad-deroga mill-Artikoli 4 u 5, att bażiku jista' jipprovdi li, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament.

3. Il-president għandu jissottometti bla dewmien il-miżuri msemmija f'paragrafu 2 lill kumitat rilevanti sabiex jikseb l-opinjoni tegħu skont il-proċedura pprovduta fl-att bażiku.

4. Fil-każ tal-proċedura ta' eżaminazzjoni, meta l-miżuri ma jkunux skont l-opinjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri adottati skont il-paragrafu 2.

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' żżomm il-miżuri fis-seħħ għal raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew mas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali, tal-pjanti, tal-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi, għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza, jew biex jiġi evitat tħarbit jew theddid ta' tħarbit tas-swieq. F'dawk il-każi, mingħajr telf ta' żmien il-president għandu jissottometti mill-ġdid lill-kumitat l-istess miżuri għat-tieni deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-miżuri.

Il-miżuri msemmija f'paragrafu 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm dawn jitħassru jew jiġu mibdula b'att implimentattiv ieħor.

Artikolu 7 Regoli ts' proċedura

1. Kull kumitat għandu jadotta b'maġġoranza tal-membri li jiffurmawh ir-regoli ta' proċeduri tiegħu fuq proposta tal-president, abbażi tar-regoli standard li għandhom jiġu ppubblikat mill-Kummissjoni fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Safejn jikkonċerna l-kumitati eżistenti, dawn għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom ta' proċedura għar-regoli standard.

2. Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku u dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-Kummissjoni għandu japplika għall-kumitati.

Artikolu 8 Informazzjoni dwar il-proċeduri ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-proċeduri ta' kumitat li għandu jkun fih:

(a) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitat.

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

(c) l-abbozz tal-miżuri li dwarhom il-kumitat ikun qed jiġi mitlub li jagħti l-opinjoni tiegħu

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni,

(e) l-abbozz finali tal-miżuri wara l-opinjoni tal-kumitati,

(f) l-informazzjoni li tikkonċerna l-adozzjoni finali tal-miżuri mill-Kummissjoni, u

(g) dejta ta' statistika dwar il-ħidma tal-kumitati..

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

3. Ir-referenzi għad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (f) ta' paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) ta' paragrafu 1 għandhom ikun pubbliċi fir-reġistru.

Artikolu 9 Revoka tad-Deċiżjoni 1999/468/KE

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

Artikolu 10 Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

Artikolu 11 Arranġament transitorju

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fihom il-kumitat jkun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Ottubru 2010.

L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussell.

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] Skont id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, il-Kummissjoni kienet mitlub li tadotta l-abbozz tal-miżuri meta l-Kumitat ma setax jaqbel biex jagħti opinjoni skont il-proċedura ta' ġestjoni, u meta l-Kunsill, li kien qed jaġixxi bħala entità ta' appell, ma setax jasal għal deċiżjoni taħt il-proċedura regulatorja

[2] ĠU C , , p. .

Top