Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0076

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew {SEG(2010) 197} {SEH(2010) 198}

/* KUMM/2010/0076 finali - COD 2010/0044 */

52010PC0076

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew {SEG(2010) 197} {SEH(2010) 198} /* KUMM/2010/0076 finali - COD 2010/0044 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 9.3.2010

KUMM(2010) 76 finali

2010/0044 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

{SEG(2010) 197}{SEH(2010) 198}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. INTRODUZIONE

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tressaq l-introduzzjoni ta’ Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, li l-għanijiet ġenerali tagħha huma li ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għall-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ elementi komuni ta’ storja u patrimonju, kif ukoll apprezzament tad-diversità, u li ssaħħaħ id-djalogu interkulturali. Għal dan il-għan, iċ-Ċertifikat ifittex li jtejjeb il-valur u l-profil tas-siti li kellhom rwol ewlieni fl-istorja u t-tiswir tal-Unjoni Ewropea, u li jżid il-fehim taċ-ċittadini Ewropej tat-tiswir tal-Ewropa, u tal-wirt kulturali komuni madankollu differenti tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. B’dan il-mod, Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sejra tgħin ukoll biex tqarrab liċ-ċittadini lejn l-Ewropa.

Il-valur miżjud taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, meta mqabbel ma’ inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-patrimonju kulturali bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-‘Rotot Kulturali Ewropej’ tal-Kunsill tal-Ewropa huwa dan li ġej. L-ewwelnett, l-inizjattiva sejra tkun ibbażata fuq in-narrattiva Ewropea ta’ dawn is-siti u s-simboliżmu tagħhom għall-Ewropa, aktar milli fuq l-estetika. It-tieni, l-enfasi mhuwiex sejjer ikun fuq il-konservazzjoni, iżda fuq il-promozzjoni tas-siti u l-aċċess għalihom, li tinkludi l-għoti ta’ spjegazzjonijiet tajbin dwar is-sens Ewropew tas-siti u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet edukattivi, b’attenzjoni speċjali għaż-żgħażagħ. It-tielet, għandu jkun hemm enfasi fuq il-promozzjoni ta’ netwerking fost is-siti ċċertifikatigħall-kondiviżjoni tal-aqwa prattiċi u l-bidu ta’ proġetti komuni.

Il-proposta twieġeb għall-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea fl-20 ta’ Novembru 2008 billi tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tissottometti ‘proposta xierqa għall-ħolqien ta’ Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mill-Unjoni Ewropea u tispeċifika l-proċeduri prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proġett’.

2. SFOND

Il-kunċett oriġinali taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tfaċċa fl-2005 bħala waħda mir-reazzjonijiet għad-diskrepanza bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Din id-diskrepanza hija marbuta sa ċertu punt importanti ma’ nuqqas ta’ għarfien tal-istorja tal-Ewropa, l-irwol tal-Unjoni Ewropea u tal-valuri li fuqhom hija bbażata.

Inizjalment, l-iskema kienet imnedija minn diversi Stati Ewropej f’April 2006 fuq bażi intergovernattiva. L-għan tagħha kien li ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għall-Ewropa u li tippromwovi sens ta’ identità Ewropea billi ttejjeb l-għarfien tal-istorja u l-patrimonju komuni tal-Ewropa, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Sal-lum, ingħataw iċ-Ċertifikat total ta’ 64 sit li jinsabu fi 17-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Iżvizzera. Madankollu, l-arranġamenti prattiċi għall-inizjattiva wrew xi dgħufijiet u għalhekk ma rnexxilhiex tissodisfa l-potenzjal tagħha. Kien għalhekk li, wara l-eżempju tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni Ewropea fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Novembru 2008 biex tittrasforma ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiva attwali f’azzjoni formali tal-Unjoni Ewropea sabiex ittejjeb il-funzjonament tiegħu u tiżgura s-suċċess tiegħu fit-tul.

L-involviment tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mistenni jsaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-applikazzjoni xierqa ta’ kriterji ta’ għażla komuni, ċari u trasparenti, kif ukoll il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ għaċ-ċertifikat, sabiex b’hekk tiġi żgurata r-relevanza tas-siti fid-dawl tal-għanijiet. Benefiċċji mistennija oħrajn tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea huma żieda fin-numru ta’ Stati Membri li jipparteċipaw fl-inizjattiva u soluzzjoni għall-problemi tas-segretarjat li huwa fuq bażi ta’ rotazzjoni attwali.

Il-Parlament Ewropew appoġġja l-iżvilupp taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, l-ewwel fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar Politika Mġedda tat-Turiżmu tal-Unjoni Ewropea: Lejn sħubija aktar b’saħħitha għat-Turiżmu Ewropew (2006/2129(INI)) fejn huwa jipproponi li ‘għandu jingħata appoġġ għall-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ Patrimonju Ewropew maħsub biex jagħmel enfasi fuq id-dimensjoni Ewropea tas-siti u l-monumenti tal-Unjoni Ewropea’ u sussegwentement fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qiegħda tiġi globalizzata (2007/2211(INI)) li fiha jenfasizza ‘li għandu jiġi stabbilit ċertifikatĊertifikat tal-Patrimonju Ewropew bil-għan li ssir enfasi fuq id-dimensjoni Ewropea ta’ beni kulturali, monumenti, siti memorjali u postijiet ta’ tifkira, li kollha huma xhieda tal-istorja u l-patrimonju tal-Ewropa’.

3. KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-STIMA TAL-IMPATT

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill u b’konformità mal-proċeduri tiegħu, il-Kummissjoni Ewropea nediet stima tal-impatt li kienet tinkludi konsultazzjoni pubblika. L-għan ta’ dan il-stima tal-impatt kien li tiddetermina jekk l-azzjoni meħuda mill-Unjoni Ewropea kinitx fil-fatt iġġustifikata f’dan il-qasam, jekk din kinitx sejra żżid verament il-valur liċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u, jekk dan ikun il-każ, liema forma għandha tieħu din l-azzjoni. L-abbozz tar-rapport tal-stima tal-impatt ġie diskuss mal-bord tal-stima tal-impatt waqt laqgħa li saret fil-25 ta’ Novembru 2009. Wara din il-laqgħa u l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Stima tal-impatt, saru diversi bidliet fir-rapport. Ir-rapport finali tal-stima tal-impatt u l-opinjoni tal-Bord tal-Stima tal-impatt ġew ippubblikati fuq[http://ec.europa.eu/governance/impact/ia_carried_out/ia_carried_out_en.htm].

3.1. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Il-proċess tal-konsultazzjoni beda f’Marzu 2009 u twettaq fi stadji differenti. Huwa kien jinkludi konsultazzjoni online, laqgħa ta’ konsultazzjoni miftuħa għall-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati, u laqgħa ma’ esperti maħtura mis-27 Stat Membru. Ir-riżultati dettaljati tal-elementi differenti tal-konsultazzjoni huma nklużi fir-rapport tal-stima tal-impatt u ttieħdu f’kunsiderazzjoni xierqa għat-tħejjija tal-proposta.

3.2. Impatti mistennija

L-analiżi tal-impatti varji uriet li l-effetti diretti primarji tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sejrin ikunu soċjali jew relatati mas-soċjetà. Dawn l-effetti sejrin jinkludu żieda fl-aċċess għas-siti ta’ patrimonju, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, żieda fl-interess fi u l-għarfien tal-patrimonju Ewropew komuni, fehim akbar tad-diversità kulturali Ewropea, żieda fid-djalogu interkulturali u sens akbar ta’ appartenenza għall-Unjoni Ewropea.

Mistennija jkun hemm ukoll benefiċċji ekonomiċi billi t-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu l-potenzjal li jipproduċi effetti pożittivi fuq l-industrija tat-turiżmu lokali, inkluż in-numru ta’ persuni impjegati. Madankollu, l-impatt fuq in-numru ta’ viżitaturi f’sit sejjer jiddependi ħafna fuq il-kwalità u l-kredibbiltà li sejra tikseb ċertifikatiċ-Ċertifikatu għalhekk fuq il-prestiġju li tiżviluppa matul is-snin.

3.3. Għażla tal-istrument

Fil-qafas tal-stima tal-impatt għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, ġew ittestjati tliet għażliet politiċi. L-ewwel għażla kienet li t-ċertifikat jitkompla bħala inizjattiva intergovernattiva mingħajr ma tittieħed ebda azzjoni mill-Unjoni Ewropea. It-tieni għażla kienet li t-ċertifikat jitkompla bħala inizjattiva intergovernattiva, iżda b’appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni Ewropea. It-tielet għażla kienet li t-ċertifikat jiġi ttrasformat f’inizjattiva tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill wara l-eżempju tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura fl-1999. Din l-aħħar għażla kienet tinkludi tliet sotto-għażliet skont il-proċeduri ta’ għażla differenti: għażla mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ kriterji Ewropej komuni, għażla fuq livell Ewropew biss mingħajr ma tittieħed f’kunsiderazzjoni l-oriġini nazzjonali tas-siti, u l-għażla minn qabel fuq livell nazzjonali segwita minn għażla finali fuq livell Ewropew.

L-għażliet li setgħu jimplikaw appoġġ finanzjarju sinjifikanti għall-iżvilupp tas-siti kienu esklużi milli jkomplu jiġu analizzati minħabba li kien hemm kunsens ċar fost l-Istati Membri u matul il-proċess ta’ konsultazzjoni li l-inizjattiva l-ġdida għandu jkollha impatt limitat kemm fuq l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq il-baġits nazzjonali.

Il-paragun tat-tliet għażliet wera li t-trasformazzjoni tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew f’inizjattiva tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sejra ġġib magħha valur miżjud u sejra tipproduċi benefiċċji li ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri meta jaġixxu weħidhom, anki jekk ikollhom l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea. Dan il-paragun wera wkoll li l-proċedura tal-għażla preferibbli għall-għoti tat-ċertifikat kienet l-għażla kkombinata fil-livell nazzjonali u dak Ewropew.

4. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

4.1. Bażi Legali

Il-bażi legali għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew hija l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu jagħti l-mandat lill-Unjoni Ewropea biex ‘tikkontribwixxi għall-affjorixxament tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta l-wirt kulturali komuni’. L-Unjoni Ewropea għandha wkoll tinkoraġġixxi l-‘kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-kultura u, jekk ikun meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom’.

4.2. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Din il-proposta hija maħsuba biex tkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri sejra tkun fuq bażi volontarja u, għal kollox konformi mal-Artikolu 167 tat-Trattat, l-involviment tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sejjer jimmira biex hija ssaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u biex tappoġġja l-azzjoni tagħhom billi tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-applikazzjoni korretta ta’ kriterji tal-għażla ġodda, komuni, ċari u trasparenti, kif ukoll ta’ proċeduri ġodda ta’ għażla u monitoraġġ. L-stima tal-impatt uriet ukoll li l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea sejra toffri benefiċċji li ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri meta jaġixxu weħidhom.

4.3. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-kors ta’ azzjoni propost sejjer ikollu impatti limitati ħafna kemm fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq il-baġits nazzjonali. Huwa ma jimponi l-ebda restrizzjoni sproporzjonata fit-tmexxija fuq l-amministrazzjonijiet illi jimplimentawh.

4.4. Deskrizzjoni qasira tal-proposta

4.4.1. Għanijiet

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiva kienet meqjusa bħala li tikkontribwixxi biex tressaq liċ-ċittadini eqreb lejn l-Ewropa. Din hija kwistjoni wiesgħa u kumplessa li diversi inizjattivi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-komunikazzjoni, l-edukazzjoni, il-kultura jew iċ-ċittadinanza jipprovaw jindirizzaw b’modi kumplimentari. Sabiex tirrifletti dan il-proċess akbar, kif ukoll il-kontribuzzjoni speċifika li tista’ tagħmel iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Kummissjoni tipproponi tliet livelli ta’ għanijiet għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew imġedda.

L-għanijiet ġenerali sejrin ikunu li jissaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej lejn l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi tal-elementi komuni tal-istorja u l-patrimonju, kif ukoll b’apprezzament tad-diversità, u li jissaħħaħ id-djalogu interkulturali. Huma jirriflettu l-ambizzjoni ġenerali tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u jorbtuha mal-għanijiet u l-linji politiċi usa’ tal-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet intermedji tat-ċertifikat sejrin ikunu li ttejjeb u tkabbar il-valur u l-profil tas-siti li kellhom rwol ewlieni fl-istorja u t-tiswir tal-Unjoni Ewropea, u li żżid il-fehim taċ-ċittadini Ewropej dwar il-bini tal-Ewropa, u tal-wirt kulturali komuni madankollu differenti tagħhom, speċjalment dak relatat mal-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Dan huwa l-ogħla livell ta’ impatt li t-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tista’ tikseb weħidha.

Fuq livell aktar bażiku, sett ta’ għanijiet speċifiċi sejrin ikunu relatati ma’ titjib dirett li s-siti – individwalment u kollettivament – sejrin ikunu mistennija jagħmlu bħala riżultat tal-attivitajiet tagħhom marbuta mal-għażla tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jew li l-arranġamenti prattiċi ġodda sejrin ikunu mistennija li jwasslu.

4.4.2. Parteċipazzjoni fl-azzjoni

Minħabba n-natura tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u l-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li l-azzjoni għandha tibda bis-27 Stat Membru. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri għandha tkun fuq bażi volontarja. Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjonijiet futuri taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jistgħu jeżaminaw l-adegwatezza tat-tkabbir tal-inizjattiva għall-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Programm tal-Kultura.

4.4.3. Il-proċedura tal-għażla

L-stima tal-impatt għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew uriet li waħda mid-dgħufijiet ewlenin tal-inizjattiva intergovernattiva attwali hija li s-siti jintgħażlu b’mod indipendenti mill-pajjiżi parteċipanti mingħajr ebda korp ta’ sorveljanza fil-livell Ewropew. Din il-proċedura tħalli wisq lok għal interpretazzjonijiet diverġenti u bħala riżultat, il-kriterji ma ġewx applikati b’mod indaqs mill-pajjiżi, biex b’hekk tfixkel il-koerenza ġenerali u l-kwalità tat-ċertifikat sa issa.

Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ proċedura tal-għażla ġdida li tikkombina l-livell nazzjonali ma’ dak Ewropew. Il-Kummissjoni tipproponi li fl-ewwel stadju, l-għażla minn qabel tas-siti għandha ssir fil-livell tal-Istati Membri, u mbagħad fit-tieni stadju, l-għażla finali għandha ssir fil-livell tal-Unjoni Ewropea bl-għajnuna ta’ bord ta’ esperti indipendenti. Dan jiżgura kemm l-applikazzjoni soda tal-kriterji kif ukoll l-għoti ta’ prominenza xierqa għad-dimensjoni Ewropea, filwaqt li tiġi ppreservata d-distribuzzjoni ġusta tas-siti madwar l-Unjoni Ewropea.

Il-bord ta’ esperti indipendenti għandu jkun kompost minn 12-il membru nnominati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni wara l-eżempju tal-bord tal-għażla għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura. Dawn l-esperti għandu jkollhom esperjenza u kompetenza sostanzjali fil-qasam tal-kultura, il-patrimonju, l-istorja Ewropea, jew f’oqsma oħrajn li huma rilevanti għall-għanijiet taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti lil kull Stat Membru l-possibbiltà li jagħżel minn qabel sa massimu ta’ żewġ siti kull sena li fiha ssir għażla. Dan għandu jgħin sabiex in-numru ta’ siti jinżamm raġonevoli u, fl-istess waqt, tinżamm ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri minħabba li xi wħud għandhom ġabra akbar ta’ siti potenzjali minn oħrajn.

Min-naħa tiegħu, il-bord ta’ esperti indipendenti għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel bejn is-siti magħżula minn qabel billi jagħżel sa massimu ta’ sit wieħed għal kull Stat Membru f’kull sena li fiha ssir għażla. Huwa propost li tingħata prijorità speċjali lis-siti b’dimensjoni transnazzjonali qawwija. Dan għandu jżomm ċertu element ta’ kompetizzjoni bejn is-siti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, li jgħin sabiex tiġi żgurata l-kwalità ġenerali tas-siti u b’hekk jiġu żgurati wkoll il-kredibbiltà u l-prestiġju tal-inizjattiva.

Finalment, il-Kummissjoni tipproponi li wara tliet snin suċċessivi ddedikati għall-għażla ta’ siti ġodda, kull raba’ sena għandha tkun riservata għall-proċedura tal-monitoraġġ. Dan għandu jgħin sabiex il-piż amministrattiv jinżamm raġonevoli kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Il-kalendarju fl-Anness juri l-proċedura proposta.

4.4.4. Il-monitoraġġ u l-irtirar taċ-Ċertifikat

Fil-prinċipju, iċ-Ċertifikat għandu jiġi attribwit fuq bażi permanenti, minħabba li l-valur simboliku tas-siti magħżula mhuwiex sejjer jonqos maż-żmien u sabiex is-siti jitħeġġu jieħdu approċċ fit-tul u jinvestu fl-iżvilupp tagħhom. Madankollu, sabiex il-kwalità u l-kredibbiltà jinżammu fit-tul, hemm bżonn ta’ sistema ta’ monitoraġġ b’saħħitha sabiex tiżgura li s-siti ċċertifikati jkunu laħqu l-obbligi li impenjaw rwieħhom iwettqu fl-istadju tal-applikazzjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-monitoraġġ għandu jkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, li għandhom jirrapportaw lill-bord Ewropew kull 4 snin. F’każ li siti speċifiċi ma jibqgħux jissodisfaw l-obbligi tagħhom, għandu jkun hemm il-possibbiltà li ċ-Ċertifikat jiġi rtirat.

4.4.5. Arranġamenti prattiċi

Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-azzjoni sabiex tiżgura stabbiltà akbar milli huwa possibbli taħt l-arranġamenti attwali u sabiex ikun jista’ jinbena l-għarfien espert. Din is-soluzzjoni għandha tagħmilha possibbli li wieħed jibni fuq l-esperjenza eżistenti bħal dik tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura jew il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali / il-Premjijiet Europa Nostra. Madankollu, hija sejra titlob għal riżorsi addizzjonali li jeħtieġ li jsiru disponibbli (amministratur wieħed u assistent wieħed). Sabiex l-arranġamenti prattiċi jinżammu ħfief u flessibbli kemm jista’ jkun possibbli, jistgħu jiġu esternalizzati ċerti kompiti amministrattivi permezz ta’ proċeduri ta’ tfigħ ta’ offerti.

4.4.6. Evalwazzjoni

L-evalwazzjoni regolari taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew hija kruċjali sabiex jiġu żgurati l-effikaċja u l-kredibbiltà tal-inizjattiva. Din l-evalwazzjoni sejra jkollha bżonn teżamina kemm il-proċessi involuti fit-tmexxija tal-azzjoni kif ukoll l-impatt kumulattiv attwali taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew b’mod ġenerali. L-għan għandu jkun li jiġi identifikat f’liema aspetti qiegħda taħdem tajjeb l-azzjoni, jekk din għandhiex titkompla jew le, fejn hemm lok għal titjib u, b’mod kruċjali, kif dan it-titjib jista’ jinkiseb bl-aħjar mod fil-ġejjieni. Il-monitoraġġ tas-siti ċċertifikati msemmija fuq ċertament li sejjer jgħin f’din l-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u għandha tieħu l-forma ta’ evalwazzjoni esterna kull 6 snin.

4.4.7. Dispożizzjonijiet tranżitorji

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri tranżitorji sabiex jiġi ddefinit l-istatus tas-siti li diġà ngħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew taħt l-inizjattiva intergovernattiva. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tal-inizjattiva, dawn is-siti jeħtieġ li jiġu evalwati mill-ġdid kontra l-kriterji l-ġodda. Għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tipproponi li tagħti l-opportunità lil dawk li ma pparteċipawx fl-inizjattiva intergovernattiva li jipproponu l-ewwel sett ta’ siti qabel tibda l-proċedura tal-għażla regolari.

5. RIżORSI

L-approprjazzjonijiet annwali għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom ikopru l-ispejjeż li ġejjin: l-ispejjeż tal-bord ta’ esperti Ewropej, il-viżibbiltà tal-inizjattiva fil-livell Ewropew, xi attivitajiet ta’ netwerking għas-siti u r-riżorsi umani meħtieġa fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi appoġġjata l-azzjoni. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża tagħti d-dettalji għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, li jaqa’ taħt il-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

2010/0044 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[1],

Wara trasmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

Billi jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) It-Trattat jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u l-Artikolu 167, b’mod partikolari, jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu li tikkontribwixxi għall-affjorixxament tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta l-wirt kulturali komuni.

(2) Fehim u apprezzament aħjar, speċjalment fost iż-żgħażagħ, tal-wirt komuni madankollu differenti tagħhom, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sens ta’ appartenenza għall-Unjoni Ewropea u jirrinforzaw id-djalogu interkulturali. Għalhekk, huwa importanti li ssir il-promozzjoni ta’ aċċess akbar għall-wirt kulturali u li tittejjeb id-dimensjoni Ewropea.

(3) It-Trattat jistabbilixxi wkoll iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li tikkumplimenta ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri rispettivi, u li hija element importanti fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Sabiex iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-integrazzjoni Ewropea, għandu jitqiegħed enfasi akbar fuq il-valuri, l-istorja u l-kultura komuni tagħhom bħala elementi ewlenin tas-sħubija tagħhom f’soċjetà bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà.

(4) Skema intergovernattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ġiet imnedija fi Granada f’April 2006 minn diversi Stati Membri.

(5) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta konklużjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2008[2] li permezz tagħhom jimmira li jittrasforma ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv f’azzjoni tal-Unjoni Ewropea billi stieden lill-Kummissjoni biex tissottomettilu proposta xierqa għall-ħolqien ta’ Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mill-Unjoni Ewropea u biex tispeċifika l-proċeduri prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proġett.

(6) Il-konsultazzjoni pubblika u l-istima tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni kkonfermaw li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv kien inizjattiva utli, iżda li l-azzjoni kellha bżonn tkompli tiġi żviluppata sabiex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha u kkonfermaw li l-involviment tal-Unjoni Ewropea jista’ jipprovdi valur miżjud ċar liċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u jgħin lill-inizjattiva biex tagħmel pass kwalitattiv ’il quddiem.

(7) Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tfittex sinerġiji u kumplimentaritajiet ma’ inizjattivi oħrajn bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-‘Rotot Kulturali Ewropej’ tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-valur miżjud taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jkun ibbażat fuq il-kontribut tas-siti magħżula għall-istorja u l-kultura tal-Ewropa, fuq dimensjoni edukattiva ċara li tilħaq liċ-ċittadini, inklużi ż-żgħażagħ, u fuq netwerking bejn is-siti għall-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiċi. Il-fokus ewlieni tal-inizjattiva għandu jkun fuq il-promozzjoni u l-aċċess tas-siti, u fuq il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet mogħtija u tal-attivitajiet proposti, minflok fuq il-konservazzjoni tas-siti, li għandha tiġi ggarantita mir-reġimi tal-protezzjoni eżistenti.

(8) Minbarra li ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għall-Unjoni Ewropea u tistimula d-djalogu interkulturali, azzjoni tal-Unjoni għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tista’ wkoll tikkontribwixxi biex ittejjeb il-valur u l-profil tal-wirt kulturali, biex iżżid l-irwol tal-patrimonju fl-iżvilupp ekonomiku u sostenibbli tar-reġjuni, b’mod partikolari permezz tat-turiżmu kulturali, biex trawwem sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji, biex tiffaċilita l-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa, u b’mod aktar ġenerali, biex tippromwovi l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea.

(9) Dawn l-għanijiet huma għal kollox konformi mal-għanijiet tal-aġenda Ewropea għall-kultura, li jinkludu t-trawwim tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tal-kultura bħala katalista għall-kreattività[3].

(10) Huwa kruċjali li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata fuq il-bażi ta’ kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti.

(11) L-arranġamenti amministrattivi għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom jibqgħu ħfief u flessibbli b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(12) Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa, b’mod partikolari, għal kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti ġodda għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, kif ukoll għal koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx ’l hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata ‘Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew’.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ‘siti’ għandha tfisser monumenti, siti naturali jew urbani, pajsaġġi kulturali, postijiet ta’ tifkira, prodotti u oġġetti kulturali, wirt intanġibbli assoċjat ma’ post, inkluż wirt kontemporanju.

Artikolu 3

Għanijiet

1. L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu li din tikkontribwixxi biex:

- Issaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għall-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi tal-elementi komuni tal-istorja u l-wirt kulturali, kif ukoll apprezzament tad-diversità;

- Issaħħaħ id-djalogu interkulturali.

2. L-għanijiet intermedji tal-azzjoni għandhom ikunu li:

- Ittejjeb il-valur u l-profil tas-siti li kellhom rwol ewlieni fl-istorja u l-bini tal-Unjoni Ewropea;

- Iżżid il-fehim taċ-ċittadini Ewropej dwar il-bini tal-Ewropa, u tal-wirt kulturali komuni minkejja li divers tagħhom, speċjalment dak relatat mal-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea.

3. L-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni huma dawn li ġejjin:

- Li tiżviluppa s-sens Ewropew tas-siti;

- Li tqajjem l-għarfien fost iż-żgħażagħ dwar il-wirt kulturali komuni tagħhom;

- Li tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-iskambji tal-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa;

- Li żżid l-aċċess għas-siti ta’ patrimonju għall-membri kollha tal-pubbliku, speċjalment għaż-żgħażagħ;

- Li żżid id-djalogu interkulturali, speċjalment fost iż-żgħażagħ, permezz ta’ edukazzjoni artistika, kulturali u storika;

- Li trawwem sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji;

- Li tikkontribwixxi għall-attrazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni.

Artikolu 4

Parteċipazzjoni fl-azzjoni

L-azzjoni għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi volontarja.

Artikolu 5

Il-komplimentarjetà ma’ inizjattivi oħrajn

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kumplimentarjetà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ma’ inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-wirt kulturali, bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-‘Rotot Kulturali Ewropej’ tal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 6

Aċċess għall-azzjoni

Is-siti, kif definiti fl-Artikolu 2, għandhom ikunu eliġibbli għall-attribuzzjoni tataċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

Artikolu 7

Kriterji

L-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

1. Il-kandidati għaċ-ċertifikat għandu jkollhom valur Ewropew simboliku u għandhom ikunu lagħbu rwol ewlieni fl-istorja u fit-tiswir tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-kandidati għandhom jiġġustifikaw:

2. in-natura transkonfinali jew pan-Ewropea tagħhom: l-influwenza tal-passat u tal-preżent u l-attrazzjoni ta’ sit kandidat għandhom imorru ’l hinn mill-fruntiera nazzjonali ta’ Stat Membru;

3. u/jew il-post u l-irwol ta’ sit fl-istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea, u r-rabtiet tiegħu ma’ avvenimenti jew ma’ personalitajiet Ewropej ewlenin, kif ukoll mal-movimenti kulturali, artistiċi, politiċi, soċjali, xjentifiċi, teknoloġiċi jew industrijali;

4. u/jew il-post u l-irwol ta’ sit fl-iżvilupp u l-promozzjoni tal-valuri komuni li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea, bħal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà.

5. Il-kandidati għaċ-ċertifikat għandhom jissottomettu proġett li jippromwovi d-dimensjoni Ewropea tagħhom u jorbothom mal-elementi kollha li ġejjin:

6. iqajmu għarfien dwar is-sens Ewropew tas-sit, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, sinjalar u taħriġ tal-persunal;

7. jorganizzaw attivitajiet edukattivi, speċjalment għaż-żgħażagħ, li jżidu l-għarfien tal-istorja komuni tal-Ewropa u l-patrimonju komuni madankollu differenti tagħha u li jsaħħu s-sens ta’ appartenenza għal spazju komuni;

8. jippromwovu l-multilingwiżmu billi jużaw diversi lingwi tal-Unjoni Ewropea;

9. jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ netwerks ta’ siti li jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sabiex ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jibdew proġetti komuni;

10. jgħollu l-profil u l-attrazzjoni tas-sit fuq skala Ewropea, pereżempju billi jużaw teknoloġija moderna:

11. l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali (pereżempju avvenimenti, festivals, residenzi) li jħeġġu l-mobbiltà tal-artisti Ewropej u l-ġabriet, li jistimulaw id-djalogu interkulturali u jinkoraġġixxu r-rabta bejn il-patrimonju u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji huma apprezzati kull meta l-ispeċifiċità tas-sit tippermetti dan.

12. Il-kandidati għat-ċertifikat għandhom jissottomettu pjan ta’ ġestjoni li jorbothom mal-elementi kollha li ġejjin:

13. jiżguraw il-ġestjoni tajba tas-sit;

14. jiżguraw il-protezzjoni tas-sit u t-trasmissjoni tiegħu għall-ġenerazzjonijiet futuri b’konformità mar-reġimi tal-protezzjoni rilevanti;

15. jiżguraw il-kwalità tal-faċilitajiet ta’ akkoljenza bħall-preżentazzjoni storika, informazzjoni lill-viżitaturi, sinjalar, eċċ.;

16. jiżguraw l-aċċess għall-pubbliku l-aktar wiesa’ possibbli, pereżempju permezz ta’ adattamenti fis-sit jew għoti ta’ taħriġ lill-persunal;

17. jagħtu attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ, b’mod partikolari billi jippermettulhom li jkollhom aċċess privileġġjat għas-sit;

18. jippromwovu s-siti bħala destinazzjonijiet turistiċi;

19. jiżviluppaw strateġija ta’ komunikazzjoni koerenti u komprensiva li tenfasizza s-sens Ewropew tas-sit;

20. jiżguraw li, kemm jista’ jkun possibbli, il-pjan ta’ ġestjoni ma jagħmilx ħsara lill-ambjent sabiex jiġu limitati l-impatti negattivi potenzjali tat-turiżmu.

Artikolu 8

Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti

1. Għandu jiġi stabbilit bord Ewropew ta’ esperti indipendenti (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala l-‘bord Ewropew’) sabiex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ fil-livell Ewropew. Dan għandu jiżgura li l-kriterji jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti.

2. Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 12-il membru. Erbgħa mill-membri għandhom jiġu nnominati mill-Parlament Ewropew, erbgħa mill-Kunsill u erbgħa mill-Kummissjoni. Il-bord għandu jaħtar il-president tiegħu.

3 Il-membri tal-bord Ewropew għandhom ikunu esperti indipendenti. Huma għandu jkollhom esperjenza u kompetenza sostanzjali fil-qasam tal-kultura, il-patrimonju, l-istorja Ewropea, jew f’oqsma oħrajn li huma rilevanti għall-għanijiet taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

4. Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiġu nnominati għal tliet snin. Permezz ta’ deroga, fl-ewwel sena li matulha tkun fis-seħħ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnominati erba’ esperti mill-Kummissjoni għal sena waħda, erbgħa mill-Parlament Ewropew għal sentejn u erbgħa mill-Kunsill għal tliet snin.

5. Jekk jirriżulta li hemm kunflitt ta’ interess bejn membru tal-bord u sit speċifiku, il-membru tal-bord mgħandux jieħu sehem fl-evalwazzjoni tal-imsemmi sit.

6. Ir-rapporti, rakkomandazzjonijiet u notifikazzjonijiet kollha tal-bord Ewropew għandhom jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 9

Formola ta’ applikazzjoni

Bil-għan li l-proċeduri jinżammu razzjonalizzati u ħfief kemm jista’ jkun possibbli, għandha tiġi ppreparata formola ta’ applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji tal-għażla mill-Kummissjoni u użata mill-kandidati kollha. Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali li sejrin jiġu kkunsidrati biex jintgħażlu.

Artikolu 10

Għażla minn qabel fil-livell nazzjonali

1. L-għażla minn qabel tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

2. Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel sa massimu ta’ żewġ siti kull sena b’konformità mal-kalendarju fl-Anness. Il-proċedura tal-għażla mgħandhiex issir fis-snin iddedikati għall-proċedura tal-monitoraġġ.

3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-kalendarju tiegħu stess għall-għażla minn qabel tas-siti b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jiżgura li l-arranġamenti amministrattivi jibqgħu kemm jista’ jkun ħfief u flessibbli. Madankollu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-għażla minn qabel l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena tal-proċedura tal-għażla.

4. L-għażla minn qabel għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandha tuża l-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.

Artikolu 11

Għażla finali fil-livell tal-Unjoni

1. L-għażla finali tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u titwettaq mill-bord Ewropew.

2. Il-bord Ewropew għandu jevalwa l-applikazzjonijiet tas-siti magħżula minn qabel u għandu jagħżel sa massimu ta’ sit wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintalab aktar informazzjoni u jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-siti.

3. L-għażla finali għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandhom jintużaw il-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.

4. Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar is-siti magħżula minn qabel l-aktar tard sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tal-proċedura tal-għażla. Dan ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjoni għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u ġustifikazzjoni għas-siti li ma nżammux fil-lista finali.

5. Il-kandidati li ma nżammux fil-lista finali jistgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-għażla minn qabel fil-livell nazzjonali fis-snin li ġejjin.

Artikolu 12

Siti transnazzjonali

1. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ‘siti transnazzjonali’:

- Diversi siti li jinsabu fi Stati Membri differenti li jinġabru madwar tema speċifika waħda sabiex jipproponu applikazzjoni waħda;

- Sit speċifiku wieħed li ġeografikament jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

2. L-applikazzjonijiet għas-siti transnazzjonali għandhom isegwu l-istess proċedura bħall-applikazzjonijiet għal siti oħrajn. Dawn għandhom jintgħażlu minn qabel minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati fi ħdan il-limitu ta’ massimu ta’ żewġ siti kif stipulat fl-Artikolu 10, u għandhom jiġu proposti f’isem l-Istati Membri kollha kkonċernati wara konsultazzjoni u ftehim bejn dawn l-Istati Membri.

3. Jekk sit transnazzjonali jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 7, il-prijorità għandha tingħata lil dan is-sit waqt l-għażla finali.

Artikolu 13

Nomina

1. Il-Kummissjoni għandha tinnomina uffiċjalment lil dawk is-siti li sejrin jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew matul is-sena wara l-proċedura tal-għażla, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tingħata lis-siti li fil-prinċipju jkunu fuq bażi permanenti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u soġġett għall-kontinwazzjoni tal-azzjoni.

Artikolu 14

Monitoraġġ

1. Kull sit li jingħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jiġi mmonitorjat fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li huwa jkompli jissodisfa l-kriterji u li jirrispetta l-impenji li jkunu saru fl-applikazzjoni tiegħu.

2. Il-monitoraġġ tas-siti kollha li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru huwa r-responsabbiltà tal-Istat Membru inkwistjoni. L-Istat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprepara rapport dettaljat kull erba’ snin, b’konformità mal-kalendarju fl-Anness.

3. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u jiġi sottomess lill-bord Ewropew sabiex jiġi eżaminat l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ.

4. Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar l-istat tas-siti ċċertifikati fl-Istat Membru kkonċernat l-aktar tard sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta’ monitoraġġ li jmiss.

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi komuni għall-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw approċċ koerenti għall-proċedura ta’ monitoraġġ.

Artikolu 15

Irtirar taċ-Ċertifikat

1. Jekk il-bord Ewropew jinnota li sit speċifiku ma għadux jissodisfa l-kriterji taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jew li ma għadux jirrispetta l-impenji kollha li saru fl-applikazzjoni tiegħu, huwa għandu jibda djalogu mal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-Kummissjoni, bil-għan li jgħinu jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit.

2. Jekk wara perjodu ta’ 18-il xahar wara l-bidu tad-djalogu jkunu għadhom ma sarux l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit, il-bord Ewropew għandu jinnotifika b’dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni, kif ukoll minn rakkomandazzjonijiet fuq kif tista’ titjieb is-sitwazzjoni.

3. Jekk wara perjodu ġdid ta’ 18-il xahar, ir-rakkomandazzjonijiet ikunu għadhom ma ġewx implimentati, il-bord Ewropew għandu joħroġ rakkomandazzjoni biex iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tiġi rtirata mis-sit rilevanti.

4. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali li tirtira ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. In-notifiki u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew għandhom jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 16

Arranġamenti prattiċi

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. B’mod partikolari, hija għandha:

- tiżgura l-koerenza u l-kwalità ġenerali tal-azzjoni;

- tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord Ewropew;

- tistabbilixxi linji gwida għall-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ, kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni;

- tipprovdi appoġġ lill-bord Ewropew ta’ esperti indipendenti.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien u ż-żamma ta’ websajt speċifika.

3. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi attivitajiet ta’ netwerking bejn is-siti mogħtija ċ-ċertifikat.

4. L-azzjonijiet taħt il-paragrafi 2 u 3, kif ukoll l-ispejjeż tal-bord Ewropew għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 19.

Artikolu 17

Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tal-azzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha ssir kull sitt snin b’konformità mal-kalendarju stabbilit fl-Anness u għandha teżamina l-elementi kollha, inkluża l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tal-azzjoni, l-għadd ta’ siti, l-impatt tal-azzjoni, kif dan jista’ jittejjeb u jekk iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandux jitkompla jew le.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ffinalizzati dawn l-evalwazzjonijiet.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorju

1. Dawk is-siti li diġà ngħataw iċ-Ċertifikat fil-qafas taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv u li jinsabu fl-Istati Membri għandhom jiġu evalwati [fis-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni preżenti].

Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida għal dawn is-siti fuq il-bażi tal-kriterji u l-proċeduri ġodda stipulati fl-Artikoli 6 sa 9 u din għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri rilevanti sal-31 ta’ Jannar l-aktar tard [tas-sena inkwistjoni].

L-applikazzjonijiet il-ġodda għandhom jiġu evalwati mill-bord Ewropew.

Jekk wieħed mis-siti proposti minn Stat Membru speċifiku ma jissodisfax il-kriterji jew jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni, il-bord Ewropew għandu jibda djalogu mal-Istat Membru permezz tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat jekk l-applikazzjoni tistax titjieb qabel tittieħed deċiżjoni finali. Jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-sit.

Il-bord Ewropew għandu jagħti rapport dwar is-siti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sal-aħħar ta’ [is-sena inkwistjoni] sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ kjarifiki ulterjuri mill-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinnomina s-siti b’mod uffiċjali.

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata lil dawk is-siti koperti minn dan il-paragrafu fil-prinċipju fuq bażi permanenti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u soġġett għall-kontinwazzjoni tal-azzjoni.

Il-kandidati li ma nżammux fil-lista finali jistgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-għażla minn qabel fil-livell nazzjonali fis-snin li ġejjin.

2. Dawk l-Istati Membri li ma pparteċipawx fiċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiva għandu jkollhom il-possibbiltà li jipproponu sa massimu ta’ erba’ siti għall-attribuzzjoni tat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fi [it-tieni sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni preżenti].

Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni għal dawn is-siti fuq il-bażi tal-kriterji u l-proċeduri stipulati fl-Artikoli 6 sa 9 u din għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri rilevanti sal-31 ta’ Jannar l-aktar tard [tas-sena inkwistjoni].

L-applikazzjonijiet il-ġodda għandhom jiġu evalwati mill-bord Ewropew. Jekk wieħed mis-siti proposti minn Stat Membru speċifiku ma jissodisfax il-kriterji jew jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni, il-bord Ewropew għandu jibda djalogu mal-Istat Membru permezz tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat jekk l-applikazzjoni tistax titjieb qabel tittieħed deċiżjoni finali. Jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-sit.

Il-bord Ewropew għandu jagħti rapport dwar is-siti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew sal-aħħar ta’ [is-sena inkwistjoni] sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ kjarifiki ulterjuri mill-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinnomina s-siti b’mod uffiċjali.

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tingħata lil dawk is-siti fil-prinċipju fuq bażi permanenti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u suġġetti għall-kontinwazzjoni tal-azzjoni.

Il-kandidati li ma nżammux fil-lista finali jistgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-għażla minn qabel fil-livell nazzjonali fis-snin li ġejjin.

3. Il-proċedura tal-għażla u l-monitoraġġ għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kif stipulata fl-Artikoli 6 sa 15 għandha tibda fi [it-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni preżenti].

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013 huwa stabbilit li huwa ta’ EUR 1 350 000.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

KALENDARJU

Kalendarju għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

[Sena n] | Adozzjoni tad-Deċiżjoni Ħidma preparatorja |

[Sena n+1] | Evalwazzjoni mill-ġdid tas-siti li diġà ngħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fil-qafas tal-inizjattiva intergovernattiva |

[Sena n+2] | L-ewwel sottomissjoni tas-siti mill-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-inizjattiva intergovernattiva |

[Sena n+3] | Għażla |

[Sena n+4] | Monitoraġġ |

[Sena n+5] | Għażla |

[Sena n+6] | Għażla Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew |

[Sena n+7] | Għażla |

[Sena n+8] | Monitoraġġ |

[Sena n+9] | Għażla |

[Sena n+10] | Għażla |

[Sena n+11] | Għażla |

[Sena n+12] | Monitoraġġ Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew |

… | … |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠI¯LATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam ta’ Politika: Edukazzjoni u Kultura

Attività: ¯vilupp tal-kooperazzjoni kulturali fl-Ewropa

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji tal-operat u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (linji ex- B.A)) inklu żi l-intestaturi:

15 04 50 Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

3.2. It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Il-bażi legali għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mhijiex limitata fiż-żmien.

Il-proposta se tħalli impatt fuq il-baġit tal-UE mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

15 04 50 | Mhux obbligatorja | Diff[4] | IVA | LE | LE | Nru 3b |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ri żorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ nfiq | Nru tat-Taqsima | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | Total |

Nefqa operattiva[5] |

L-Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1 | a | 0.350 | 1.000 | 1.350 |

L-Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b | 0.250 | 0.800 | 0.300 | 1.350 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[6] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-Approprjazzjonijiet ta' Impenn | a+c | 0.350 | 1.000 | 1.350 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c | 0.250 | 0.800 | 0.300 | 1.350 |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d | 0.122 | 0.244 | 0.244 | 0.610 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.003 | 0.006 | 0.006 | 0.015 |

Total indikattiv tal-ispiża finanzjarja għall-intervent

It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.125 | 0.600 | 1.250 | 1.975 |

TOTAL tal-AĦ, inklużi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.125 | 0.500 | 1.050 | 0.300 | 1.975 |

Dettalji ta' kofinanzjament

Mhux Applikabbli

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

X Il-proposta se tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

Fl-2012 se jiġi allokat ammont ta' EUR 350 000 permezz ta' riallokazzjoni mill-pakkett finanzjarju tal-programm Kultura (Intestatura 15 04 44 Kultura)

( Din il-proposta għandha mnejn teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji)

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

4.2. Ri żorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2011 | 2012 | 2013 |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 1 | 2 | 2 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġ li jintlaħqu fuq medda qasira jew twila ta' żmien

Ara t-taqsima 1 tal-memorandum ta' spjegazzjoni u t-taqsima 2 tal-istima tal-impatt.

5.2. Valur-mi żjud tal-intervent tal-Unjoni Ewropea, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Ara t-taqsima 3.2 tal-memorandum ta' spjegazzjoni u t-taqsima 2.3 tal-istima tal-impatt. Jeżistu sinerġiji bejn il-proposta u l-programm Kultura.

5.3. L-għanijiet, ir-ri żultati mistennija u l-indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-għanijiet taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ara l-artikolu 3 tal-proposta għal deċiżjoni u t-taqsima 3 tal-istima tal-impatt) huma marbuta direttament mal-għan strateġiku ta' solidarjetà tal-Kummissjoni, partikolarment permezz tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u għall-preżervazzjoni u t-tisħiħ tal-valuri komuni tagħna. Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew hu marbut ukoll mal-għan strateġiku ta' prosperità tal-Kummissjoni permezz tal-għan speċifiku tiegħu dwar il-kontribuzzjoni għall-attrazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni.

Sabiex jiġu mkejla r-riżultati taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, se jiġu definiti indikaturi ewlenin fl-oqsma soċjali, ekonomiċi u ambjentali. L-indikaturi soċjali jistgħu jinkludu:

- numru ta' persuni li jirrapportaw li l-interess tagħhom fil-patrimonju kulturali żdied;

- numru ta' persuni li jgħidu li l-apprezzament tagħhom għall-istorja Ewropea komuni żdied;

- numru ta' attivitajiet organizzati mis-siti maħsuba għaż-żgħażagħ;

- proġetti ta' kollaborazzjoni bejn siti tikkettati;

- numru ta' attivitajiet kulturali maħluqa;

- numru ta' attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar il-valuri demokratiċi/id-drittijiet tal-bniedem.

L-indikaturi ekonomiċi jistgħu jinkludu:

- żieda fin-numru ta' viżitaturi;

- numru ta' impjiegi diretti jew indiretti maħluqa;

- numru ta’ impjiegi salvagwardjati;

- numru ta' proġetti ta' sħubija bejn is-siti tikkettati u l-industriji kulturali u kreattivi;

- numru ta' proġetti ta' sħubija bejn is-siti tikkettati u l-attivitajiet ta' negozju lokali;

- effett ta' ingranaġġ tal-investiment fil-patrimonju fuq is-sorsi privati u pubbliċi.

L-indikaturi ambjentali jistgħu jinkludu:

- numru ta' pjanijiet ta' ġestjoni sostenibbli adottati mis-siti;

- titjib tal-aċċess għas-siti permezz ta' trasport sostenibbli;

- kundizzjonijiet tal-pajsaġġi u tal-ambjent storiku.

5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-qafas ta' monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew se jinkludi żewġ elementi li trid issir distinzjoni bejniethom: il-monitoraġġ tas-siti tikkettati u l-evalwazzjoni tal-azzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kollu kemm hu.

L-għan tal-monitoraġġ tas-siti se jkun li jivverifikaw li s-siti tikkettati jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-impenji li ħadu meta għamlu l-applikazzjoni tagħhom u ġew magħżula u jistgħu għalhekk ikomplu jżommu t-tikketta. Sett ta' indikaturi li għandhom jitqiesu se jiġi pprovdut mill-Kummissjoni. Dan il-monitoraġġ se jkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li se jirrapportaw lil bord Ewropew ta' esperti li mbagħad se jagħmlu evalwazzjoni u jekk ikun meħtieġ jipproponu l-irtirar tat-tikketta. Il-monitoraġġ tas-siti tikkettati se jdakkar l-evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kollu kemm hu. Għal aktar dettalji dwar is-sistema ta' monitoraġġ, ara l-Artikoli 14 u 15 tal-proposta għal Deċiżjoni.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Ara l-istima tal-impatt

6.2.2. Mi żuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni

L-evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew se jeħtiġilha tiffoka fuq l-eżami kemm tal-proċessi involuti fit-twettiq tal-azzjoni kif ukoll l-impatt kumulattiv reali taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kollu kemm hu. L-għan se jkun li jiġi identifikat fejn il-programm qed jaħdem sew, fejn hemm lok għal titjib u, kruċjalment, kif dan it-titjib jista' jintlaħaq l-aħjar fil-futur.

Kif imsemmi fl-Artikolu 17 tal-proposta għal Deċiżjoni, l-evalwazzjoni se taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u se tieħu l-forma ta' evalwazzjoni esterna kull sitt snin.

7. Mi żURI KONTRA L-FRODI

Il-Kummissjoni trid tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni preżenti jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u bil-ġbir lura tal-ammonti mħallsa meta mhux dovuti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, b’konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkunu ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, irregolarità kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kull ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jkun ġej minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits amministrati minnhom, minħabba element ta’ nefqa mhux iġġustifikat.

8. DETTALJI TAR-RI¯ORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispi ża finanzjarja tagħhom

L-allokazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

(Għandhom jiġu pprovduti l-intestaturi tal-għanijiet, tal-azzjonijiet u tar-riżultati) | Tip ta’ riżultat | Spiża medja | 2012 | 2013 | TOTAL |

2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[8] (15 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST | 1 | 1 |

Persunal iffinanzjat[9] permezz tal-Art. 15 01 02 |

Staff ieħor[10] finanzjat permezz tal-art. 15 01 04/05 |

TOTAL | 1 | 2 | 2 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

AD: ġestjoni, monitoraġġ u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-azzjoni; l-għoti ta' sostenn lill-bord ta' esperti indipendenti; organizzazzjoni u rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħat tal-bord; Assigurazzjoni tar-rwol ta' segretarjat f'dawn il-laqgħat; segwitu tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-monitoraġġ tas-siti; stabbilizzazzjoni u żamma ta’ kuntatti u skambji regolari ma' Istituzzjonijiet Ewropej oħra, Stati Membri, siti tikkettati jew organizzazzjonijiet internazzjonali; koordinazzjoni tan-netwerk tas-siti tikkettati; organizzazzjoni u rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħat ta' dan in-netwerk; attivitajiet ta' komunikazzjoni marbuta mal-azzjoni; tnedija, ġestjoni u monitoraġġ tas-sejħiet għall-offerti.

AST: l-għoti ta' sostenn operattiv lill-AD fil-qadi ta' dmirijietu; għajnuna fit-tħejjija ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni; għajnuna fl-organizzazzjoni tal-laqgħat; għajnuna fit-tħejjija tas-sejħa għall-offerti; l-għoti ta' sostenn għall-ġestjoni tal-kuntratt.

L-azzjoni fil-prinċipju trid titħejja fl-2011, inkluż, b'mod partikolari, it-twaqqif tal-istrutturi kollha (il-bord Ewropew ta' esperti indipendenti, koordinaturi nazzjonali, eċċ...), it-tħejjija tar-regoli ta' proċedura, linji gwida u formoli ta' applikazzjoni, kif ukoll it-tħejjija tal-ewwel sejħiet għall-offerta, biex b'hekk l-ewwel proċedura tal-għażla tkun tista' tibda fil-bidu nett tal-2012.

8.2.3. Sorsi ta' ri żorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssostitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/DB għas-sena n

( (Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/DB li jmiss

X Karigi li għandhom jiġu riallokati bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inklu ża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq it-tmexxija amministrattiva)

Mhux applikabbli

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq ri żorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2011 | 2012 | 2013 |

Persunal Uffiċjali u temporanju (15 01 01) | 0.122 | 0.244 | 0.244 |

Persunal iffinanzjat permezz tal-Artikolu 15 01 02 (awżiljarju, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.122 | 0.244 | 0.244 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji

EUR 122 000 għal kull kariga kull sena (spejjeż standard għal kull kariga kif suġġerit fil-Linji gwida dwar l-abbozzar tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva)

Kalkolu- Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu 15 01 02

Mhux applikabbli

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni diġà mogħtija biex tiġi ġestita din l-azzjoni u/jew riallokata fid-DĠ, ikkomplementati, jekk ikun il-każ, b'allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

8.2.6 Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inklu ż fl-ammont ta' referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

15 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.003 | 0.006 | 0.006 | 0.015 |

15 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

15 01 02 11 03 - Kumitati |

15 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

15 01 02 11 05 – Sistemi tal-informazzjoni |

2 Total ta' Infiq Ieħor ta' Ġestjoni (15 01 02 11) |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tal-Infiq Amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.003 | 0.006 | 0.006 | 0.015 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

2011: Tliet missjonijiet fl-Unjoni Ewropea kull sena = 3 x EUR 1000

l-2012 u l-2013 Sitt missjonijiet fl-Unjoni Ewropea kull sena = 6 x EUR 1000

Il-ħtiġijiet għal approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni diġà mogħtija biex tiġi ġestita din l-azzjoni u/jew riallokata fid-DĠ, ikkomplementati, jekk ikun il-każ, b'allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

[1] ĠU Ċ, p. .

[2] ĠU Ċ 319, 13.12.2008, p. 11-12.

[3] COM(2007) 242 finali—dok. 9496/07.

[4] Appropriazzjonijiet ddifferenzjati.

[5] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu 15 01 tat-Titolu 15 ikkonċernat.

[6] Infiq fi ħdan l-Artikolu 15 01 04 tat-Titolu 15.

[7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[8] L-ispejje¿ li MHUMIEX koperti bl-ammont ta’ referenza.

[9] L-ispejje¿ li MHUMIEX koperti bl-ammont ta’ referenza.

[10] L-ispejje¿ huma inklu¿i fl-ammont ta’ referenza.

Top