Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010IP0317

    In-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Settembru 2010 dwar in-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli

    ĠU C 308E, 20.10.2011, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 308/88


    Il-Ħamis 9 ta’ Settembru 2010
    In-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli

    P7_TA(2010)0317

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar in-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli

    2011/C 308 E/17

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    A.

    billi n-negozjati marbutin mal-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) għadhom għaddejjin,

    B.

    billi r-rwol ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament f’materji kummerċjali u l-aċċess li għandu għad-dokumenti tan-negozjati huma ggarantiti mit-Trattat ta’ Lisbona,

    1.

    Huwa tal-fehma li l-ftehim propost ma għandux indirettament jimponi l-armonizzazjoni tad-dritt tal-UE fuq il-jeddijiet tal-awtur, il-privattivi jew it-trademark, u li l-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jkun irrispettat;

    2.

    Jiddikjara li l-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti kollha marbutin man-negozjati li għaddejjin bħalissa;

    3.

    Huwa tal-fehma li l-ftehim propost ma għandux iġiegħel li jkun hemm limitazzjonijiet fuq is-smigħ xieraq ġudizzjarju jew idgħajjef il-jeddijiet fundamentali bħalma huwa l-jedd tal-espressjoni u l-jedd għall-privatezza;

    4.

    Jisħaq li r-riskji ekonomiċi u ta’ innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati qabelma jiddaħħlu s-sanzjonijiet kriminali fejn ġa jeżistu miżuri ċivili;

    5.

    Huwa tal-fehma li dawk li jipprovdu s-servizz tal-internet ma għandhomx ikunu responsabbli għad-data li jitrażmettu jew jospitaw permezz tas-servizzi tagħhom sa tal punt li tkun meħtieġa s-sorvelja, jew il-filtraġġ, ta’ tali data;

    6.

    Jindika li kull miżura mmirata lejn it-tisħiħ tal-poteri tal-ispezzjonijiet transkonfinali u l-qbid tal-beni ma għandhomx jiddanneġġaw l-aċċess globali għal mediċini legali, siguri u li għandhom prezz li jiflaħ għalih kulħadd;

    7.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tad-9 ta’ Settembru 2010 (P7_PV(2010)09-09(ANN1)).


    Top