This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0071
Mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund: Lithuania/Manufacture of wearing apparel European Parliament resolution of 25 March 2010 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2010)0056 – C7-0035/2010 – 2010/2031(BUD))#ANNEX
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Industrija tal-ilbies Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0056 – C7–0035/2010 – 2010/2031(BUD))
ANNESS
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Industrija tal-ilbies Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0056 – C7–0035/2010 – 2010/2031(BUD))
ANNESS
ĠU C 4E, 7.1.2011, pp. 61–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 4/61 |
Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Industrija tal-ilbies
P7_TA(2010)0071
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0056 – C7–0035/2010 – 2010/2031(BUD))
2011/C 4 E/11
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0056 – C7-0035/2010),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'l quddiem “Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament FEG),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0048/2010),
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li sfaw redundant għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEG, |
|
C. |
billi l-Litwanja talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw redundancies f'45 intrapriża, li kollha joperaw fis-settur tal-manifattura tal-ilbies (3), |
|
D. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG, |
|
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; |
|
2. |
Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni; |
|
3. |
Jenfasizza li ż-żieda fl-għadd ta' applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-FEG teħtieġ li jiġi introdott titjib addizzjonali fil-proċedura. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa kif il-perjodu bejn l-applikazzjoni tal-Istati Membri u l-ħlas tal-kontribut finanzjarju jista’ jitnaqqas u biex tirrapporta lura lill-Parlament kemm jista' jkun malajr; |
|
4. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi tagħha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza l-irwol li jista' jkollu l-FEG fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li sfaw redundant fis-suq tax-xogħol; |
|
5. |
Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li sfaw redundant; itenni li l-għajnuna mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi proposti għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, kif ukoll fir-rapporti annwali tagħha, tinkludi tagħrif preċiż dwar il-fondi kumplimentari li jkunu ngħataw mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u minn Fondi Strutturali oħra; |
|
7. |
Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu; |
|
8. |
Jisħaq li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennwali 2007-2013; |
|
9. |
Jinnota li l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG jirreferu għall-applikazzjoni minn Stat Membru wieħed biss, ħaġa li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament; |
|
10. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) FEG/2009/018 LT/Manifattura tal-ilbies.
Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Marzu 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ġie estiż għall-applikazzjonijiet preżentati mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
|
(3) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG,fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta' Settembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 523 481. |
|
(5) |
Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni ppreżentata mil-Litwanja. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 523 481 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 25 ta' Marzu 2010
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President