This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0652
Annual Report (2009) on the application of Council Regulation (EC) No 953/2003 of 26 May 2003 to avoid trade diversion into the European Union of certain key medicines
Rapport Annwali (2009) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali
Rapport Annwali (2009) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali
/* KUMM/2010/0652 finali */
/* KUMM/2010/0652 finali */ Rapport Annwali (2009) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 11.11.2010 KUMM(2010) 652 finali Rapport Annwali (2009) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali Rapport Annwali (2009) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali WERREJ 1. Sfond 4 2. Ir-Rappurtar tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 953/2003 5 3. Il-prodotti rreġistrati 5 4. Il-pajjiżi tad-destinazzjoni 6 5. Il-mard kopert 7 6. L-applikazzjoni tal-Formoli tal-Prezz 7 7. L-evalwazzjoni tal-impatt tar-Regolament maż-żmien 8 ANNESS 1: Id-Dettalji dwar il-volumi ta’ mediċini mibjugħin fl-2009 10 ANNESS 2: Volumi tal-prodotti pprezzati f’saffi mibjugħa skont is-sottoreġjun bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2009 19 Dan huwa is-sitt rapport annwali previst skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 953/2003[1], imfassal biex jevita l-kummerċ parallel ta’ mediċini skontati intiżi għall-pajjiżi l-inqas żviluppati. Dan ir-rapport jittratta l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009. 1. SFOND Fis-sena 2000 is-Samit tal-Millennju tan-NU stabbilixxa l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, li wieħed minnhom huwa l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u mard ieħor. B’reazzjoni għal dan l-impenn, il-Kummissjoni Ewropea adottat qafas komprensiv[2] biex tħaffef l-azzjoni mmirata lejn it-tliet mardiet prinċipali – l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi (TB). Fl-2001, ġie żviluppat Programm għal Azzjoni (PfA)[3] li jiddeskrivi fil-qosor il-miżuri speċifiċi li jridu jittieħdu. Segwitu ta' dan il-programm kien addottat mill-Kummissjoni fl-2005 li jkopri l-perjodu 2007-2011[4]. Li l-pajjiżi fqar u li qed jiżviluppaw jiġu fornuti b’mediċini bi prezzijiet baxxi u sostenibbli huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin fil-ġlieda kontra dan il-mard kbir. Biex dan jinkiseb, il-Kummissjoni Ewropea sostniet b’mod konsistenti politika ta’ "pprezzar f’saffi" għall-mediċini, flimkien mas-segmentazzjoni tas-suq bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk fqar. Il-vantaġġ ta’ politika bħal din huwa li tħeġġeġ lill-manifatturi biex jiddistribwixxu l-mediċini kkonċernati fil-pajjiżi mmirati bl-irħas prezzijiet (“f’saffi”) possibbli, filwaqt li fl-istess ħin jirkupraw in-nefqa tagħhom għar-riċerka u l-iżvilupp permezz ta’ prezzijiet ogħla li jintalbu fil-pajjiżi żviluppati (l-OECD). Dan il-metodu huwa mfassal biex jippromwovi provvisti sostenibbli u d-distribuzzjoni kontinwa ta’ mediċini li jsalvaw il-ħajja. Huwa wkoll inqas espost għal-limitazzjonijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom ta’ spiss fi "skemi ta’ sħubija". Biex ikun appoġġjat l-ipprezzar f’saffi, tfasslu salvagwardji speċifiċi biex tkun evitata d-devjazzjoni tal-mediċini. F’Mejju 2003, l-UE adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex jevita d-devjazzjoni tal-kummerċ lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali[5] ("ir-Regolament"). 2. IR-RAPPURTAR TAL-KUMMISSJONI SKONT IR-REGOLAMENT (KE) NRU 953/2003 DAN IR-RAPPORT JITTRATTA L-PERJODU MILL- 1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009. Matul dan il-perjodu ta’ rappurtar, ma ġie rreġistrat l-ebda prodott ġdid. Ir-rapport jinkludi l-informazzjoni li ġejja: - Il- volumi esportati skont il-prezzijiet f’saffi għal kull prodott irreġistrat fl-Anness I tar-Regolament; - Is- sottoreġjuni li jibbenefikaw minn dawn l-esportazzjonijiet bi prezzijiet f’saffi; - Il- mard ittrattat bil-prodotti kkonċernati; - Valutazzjoni tal-applikazzjoni tal- formoli tal-prezz fl-Artikolu 3 tar-Regolament fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati. Dan ir-rapport huwa bbażat l-aktar fuq l-informazzjoni li waslet mingħand l-applikant skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament. Il-Kummissjoni tirrispetta l-kunfidenzjalità tad-dejta fornuta mill-applikanti u la tiggarantixxi u lanqas tistaqsi dwar l-eżattezza tagħha. Biex iżżomm lill-pubbliku informat dwar il-prodotti kollha rreġistrati skont ir-Regolament, dwar il-manifatturi, il-karatteristiċi distintivi, il-pajjiżi tad-destinazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar dettalji oħra rilevanti, il-Kummissjoni stabbilixxiet websajt li fiha, din l-informazzjoni tiġi aġġornata kontinwament: - http://trade-info.cec.eu.int/cgi-bin/antitradediversion/index.pl L-istess websajt tforni wkoll għajnuna lill-manifatturi li jixtiequ jirreġistraw prodott ġdid. 3. IL-PRODOTTI RREġISTRATI Il-prodotti elenkati hawn taħt kienu rreġistrati fl-2004 minn GlaxoSmithKline (GSK), Brentford (UK). ISEM TAL-PRODOTT | MEDDA TAL-PREZZ FL-OECD | PREZZ OFFRUT | EPIVIR 150 mg x 60 | USD 121,81 – USD 395,78 | USD 5,70 | COMBIVIR 300/150 mg x 60 | USD 177,49 – USD 767,59 | USD 19,50 | EPIVIR Oral Solution 10 mg/ml – 240 ml | USD 33,32 – USD 71,73 | USD 6,73 | RETROVIR 100 mg x 100 | USD 104,07 – USD 219,42 | USD 15,77 | RETROVIR 300 mg x 60 | USD 125,15 – 295.42 | USD 17,40 | RETROVIR 250 mg x 40 | USD 83,84 – USD 205,16 | USD 13,27 | TRIZIVIR 750 mg x 60 | USD 539,09 – 887,97 | USD 102,00 | ZIAGEN 300 mg x 60 | USD 152,64 – USD 411,42 | USD 72,90 | RETROVIR Soluzzjoni Orali 10 mg/ml – 200 ml | USD 17,85 – USD 73.83 | USD 7,10 | Ta’ min wieħed jinnota li ż-żewġ prezzijiet li ġew offruti (il-prezzijiet “f’saffi”) u l-medda tal-prezzijiet tal-OECD li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq huma dawk li ġew irrappurtati meta kienu ppreżentati l-applikazzjonijiet. Aġġornament ta’ dawn il-meded ta' prezzijiet u l-prezzijiet offruti jinstabu fl-Anness I, flimkien mal-kwantitajiet tal-volumi li nbiegħu fl-2009 ta' kull prodott li hu rreġistrat skont ir-Regolament. Skont ir-Regolament, ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni bejn ix-xerrejja – pubbliċi jew privati – tal-prodotti b’dawn il-prezzijiet fil-pajjiżi elenkati. Madankollu, ta’ min jinnota li dawn il-prezzijiet huma biss indikattivi. Il-prezzijiet reali tal-bejgħ ma ġewx irrappurtati għaliex l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ma jobbligax lill-applikanti li jagħmlu hekk. Għalhekk, jista’ jkun li f'ċerti każi jistgħu jiġu nnegozjati prezzijiet orħos, u hu possibbli li dan diġà sar[6]. Matul il-perjodu ta’ rappurtar, l-ebda prova ma ġiet irrappurtata lill-Kummissjoni biex b’mod illegali jiġu importati mill-ġdid fl-UE prodotti bi prezzijiet f’saffi li kienu rreġistrati skont dan ir-Regolament. Peress li l-HIV/AIDS, il-malarja u t-TB huma mardiet kroniċi, ix-xiri ta’ mediċini jrid ikun sostenibbli. Il-Kummissjoni ġiet informata li ħafna mill-bejgħ huwa parti minn ftehimiet fit-tul li kienu saru max-xerrejja. L-ebda esportazzjoni taħt “ftehimiet ta’ sħubija” speċifiċi ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. 4. IL-PAJJIżI TAD-DESTINAZZJONI Matul il-perjodu ta’ rappurtar, il-prodotti bi prezzijiet f’saffi ġew fornuti lil 14 mill-pajjiżi elenkati fl-Anness II tar-Regolament. Dawn kienu: il-Kambodja, il-Kamerun, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Ħaiti, il-Cote d'Ivoire, il-Kenja, il-Możambik, in-Namibja, in-Niġerja, ir-Rwanda, l-Afrika t’Isfel, Togo, il-Malawi, l-Uganda, u ż-Żimbabwe. Ħlief għall-Kambodja u l-Ħaiti, il-pajjiżi kollha kkonċernati jinsabu fl-Afrika Sub-Saħarjana, ir-reġjun bl-ogħla inċidenza tal-HIV/AIDS. Fl-Anness 2 ta’ dan ir-rapport hemm l-informazzjoni dettaljata dwar il-volumi tal-esportazzjonijiet għal kull wieħed minn dawn is-seba’ sottoreġjuni (l-Ewropa u l-Ażja Ċentrali, l-Ażja tal-Lvant u l-Paċifiku, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Afrika tal-Punent, l-Afrika Ċentrali, l-Afrika tal-Lvant u l-Afrika tan-Nofsinhar). 5. IL-MARD KOPERT L-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi huma ġeneralment meqjusin bħala l-iktar tħassib serju għas-saħħa pubblika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll ostaklu kbir għall-iżvilupp.Din hija r-raġuni l-għala il-politika ta’ żvilupp tal-KE, inkluż dan ir-Regolament, qed tiffoka b’mod speċifiku fuq dawn it-tliet mardiet. Meta jitqies li fl-2009 l-lista ta’ prodotti rreġistrati baqgħet ma nbidlitx, il-mard kopert f’dan ir-rapport jibqa’ identiku, jiġifieri t-trattament esklużiv tal-HIV/AIDS. Madankollu, żgur li hemm ċerti prodotti farmaċewtiċi għat-trattament tal-malarja u t-tuberkulożi li jistgħu jibbenefikaw ukoll mir-reġistrazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-mediċini biex jiġu ttrattati infezzjonijiet opportunistiċi assoċjati mal-HIV/AIDS ukoll huma eliġibbli u adattati biex ikunu koperti bir-Regolament, iżda s’issa għadha ma saret l-ebda applikazzjoni. 6. L-APPLIKAZZJONI TAL-FORMOLI TAL-PREZZ S’issa l-applikazzjoni tal-formoli tal-prezz previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ma kkawżat l-ebda problema prattika. L-applikant ħass li ma kellux għalfejn juża s-servizzi ta’ awditur indipendenti biex jipproteġi d-dejta sensittiva dwar in-negozju (possibbiltà prevista bl-Artikolu 4(2)(ii) tar-Regolament). Għad-disa’ prodotti kollha, kien biżżejjed li jkun indikat li l-prezz offrut (jiġifieri l-prezz “f’saffi”) kien inqas minn 25 % tal-iktar prezz baxx fl-OECD. Kemm il-prezz f’saffi kif ukoll il-prezzijiet tal-OECD huma disponibbli għall-pubbliku. 7. L-EVALWAZZJONI TAL-IMPATT TAR-REGOLAMENT MAż-żMIEN It-tabella t’hawn taħt tagħti indikazzjoni dwar ix-xejriet tal-bejgħ għal kull prodott irreġistrat taħt ir-Regolament matul dawn l-aħħar tliet snin: Dijagramma 1: Prodott/unità | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 (GSK) | 2009 (liċenzjati) | Combivir 300/150 mg x 60 | 397 450 | 153 793 | 178 216 | 66 344 | 905 655 | Retrovir 250 mg x 40 | 585 | 643 | 2 700 | 17 240 | 0 | Retrovir 100 mg x 100 | 132 176 | 92 467 | 136 571 | 10 185 | 43 728 | Trizivir 750 mg x 60 | 4 903 | 17 102 | 7 475 | 9 895 | 0 | Retrovir Oral Solution 10 mg | 119 807 | 272 063 | 13 502 | 7 305 | 137 779 | Ziagen 300 mg x 60 | 40 208 | 35 884 | 26 872 | 5 058 | 0 | Epivir Oral Solution 10mg/ml 240 ml | 406 287 | 155 523 | 33 311 | 4 008 | 720 863 | Epivir 150 mg x 60 | 975 250 | 1 125 986 | 971 689 | 0 | 6 406 552 | Retrovir 300 mg x 60 | 48 410 | 118 725 | 47 682 | 0 | 1 305 821 | Total | 2 125 076 | 1 972 186 | 1 418 018 | 120 035 | 9 520 398 | Dijagramma 2: [pic] Mill-prodotti kollha reġistrati, Retrovir 250 mg x 40 , u Trizivir 750 mg x 60 biss urew żieda fil-volum mibjugħ bi prezzijiet f'saffi mqabbla mas-sena preċedenti. B’mod ġenerali l-bejgħ naqas bi 92 %. Dan it-tnaqqis addizzjonali fl-2009 għal darb’oħra kien aktar dovut lejn il-fatt li kien hemm iktar konsumaturi li qed jixtru l-ARVs mingħand manifatturi oħra, u partikolarment mingħand manifatturi ġeneriċi, inklużi dawk bil-liċenzja ta' GSK. Id-dijagrammi 1 u 2 f'paġna 8 juru l-bejgħ totali minn manifatturi ġeneriċi għal disa' prodotti reġistrati skont ir-Regolament fl-2009. GSK tat liċenzji volontarji lil tmien kumpaniji ġeneriċi għall-manifattura u l-forniment ta’ ARVs (Retrovir, Epivir u Combivir, kollha użati prinċipalment bħala trattament tal-ewwel linja) kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat fl-Afrika sub-Saħarjana. Din ix-xejra hija waħda pożittiva peress li ttejjeb id-disponibblità tal-ARVs bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u tgħin biex tinżamm provvista sostenibbli. Fl-2009 il-liċenzjati fornew 439 miljun pillola tal-verżjonijiet tagħhom ta’ Epivir u Combivir, lil pajjiżi Afrikani u GSK forniet 32,7 miljun pillola li b’kollox jammontaw għal total ta’ 471,7 miljun pillola fl-2009 meta mqabbel mat-total ta’ 349 miljun pillola fl-2008. Għalhekk, irid ikun enfasizzat għal darb’oħra li, b’mod ġenerali, l-aċċess għall-mediċini pprezzati b’mod preferenzjali żdied b’mod sinifikanti. ANNESS 1: ID-DETTALJI DWAR IL-VOLUMI TA’ MEDIċINI MIBJUGħIN FL-2009 EPIVIR Soluzzjoni Orali 10 mg/ml – 240 ml Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet)[7] – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: lamivudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 5,42 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 39,58 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 13,69 % | l-Afrika t’Isfel | 4 008 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 4 008 | għal kull xahar | 334 | EPIVIR 150 mg x 60 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: lamivudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 5,23 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 147,49 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 3,55 % | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 0 | għal kull xahar | 0 | COMBIVIR 300/150 mg x 60 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: lamivudine + zidovudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 16,19 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 302,85 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 5,35 % | L-Amerika Latina u l-Karibew | 50 | L-Afrika Ċentrali | 2 520 | L-Afrika tal-Lvant | 13 766 | l-Afrika tan-nofsinhar | 50 008 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 66 344 | għal kull xahar | 5 529 | RETROVIR 100 mg x 100 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: zidovudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 12,17 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 101,69 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 11,97 % | l-Afrika tal-Punent | 5 278 | L-Afrika tal-Lvant | 1 996 | l-Afrika tan-nofsinhar | 2 911 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 10 185 | għal kull xahar | 849 | RETROVIR 300 mg x 60 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: zidovudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 13,24 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 211,09 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 6,27 % | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 0 | għal kull xahar | 0 | RETROVIR 250 mg x 40 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: zidovudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 11,03 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 109,16 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 10,10 % | L-Ażja tal-Lvant u l-Paċifiku | 10 892 | l-Afrika tan-nofsinhar | 6 348 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 17 240 | għal kull xahar | 1 437 | TRIZIVIR 750 mg x 60 Data tal-Approvazzjoni: id-19 ta’ April 2004 | Sub-region | Volumes sold (units) - 1 January 2009 to 31 December 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: abacavir sulphate (300 mg) + lamivudine (150 mg) + zidovudine (300 mg) Prezz offrut (għal kull unità): USD 53,71 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 545,81 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 9,84 % | l-Afrika tal-Punent | 6 688 | L-Afrika tal-Lvant | 507 | l-Afrika tan-nofsinhar | 2 700 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 9 895 | għal kull xahar | 825 | ZIAGEN 300 mg x 60 Data tal-Approvazzjoni: l-20 ta’ Settembru 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: abacavir sulphate Prezz offrut (għal kull unità): USD 35,91 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 255,92 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 14,03 % | L-Afrika tal-Lvant | 900 | l-Afrika tan-nofsinhar | 4 158 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 5 058 | għal kull xahar | 421 | RETROVIR Soluzzjoni Orali 10 mg/ml – 200 ml Data tal-Approvazzjoni: l-20 ta’ Settembru 2004 | Sottoreġjun | Volumi mibjugħa (unitajiet) – mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009- | Marda fil-mira: Infezzjoni ta’ HIV Ingredjent attiv: zidovudine Prezz offrut (għal kull unità): USD 6,35 L-iktar prezz baxx tal-OECD: USD 25,72 Il-prezz preferenzjali/l-iktar baxx tal-OECD: 24,69 % | l-Afrika tal-Punent | 4 043 | L-Afrika tal-Lvant | 3 262 | Numru totali ta’ pakketti mibjugħa | 7 305 | għal kull xahar | 609 | ANNESS 2: VOLUMI TAL-PRODOTTI PPREZZATI F’SAFFI MIBJUGħA SKONT IS-SOTTOREġJUN BEJN L-1 TA’ JANNAR 2009 U L-31 TA’ DIċEMBRU 2009 Sottoreġjuni | Prodotti | Unitajiet | L-Ażja tal-Lvant u l-Paċifiku | RETROVIR 250 mg x40 | 10 892 | L-Amerika Latina u l-Karibew | COMBIVIR 300/150 mg x 60 | 50 | L-Afrika tal-Punent | RETROVIR 100 mg x 100 RETROVIR Oral Solution TRIZIVIR 750 mg x 60 | 5 278 4 043 6 688 | L-Afrika Ċentrali | COMBIVIR 300/150 mg x 60 | 2 520 | L-Afrika tal-Lvant | COMBIVIR 300/150 mg x 60 RETROVIR 100 mg x 100 RETROVIR Oral Solution TRIZIVIR 750 mg x 60 ZIAGEN 300 mg x 60 | 13 766 1 996 3 262 507 900 | l-Afrika tan-nofsinhar | EPIVIR Oral Solution COMBIVIR 300/150 mg x 60 RETROVIR 100 mg x 100 RETROVIR 250 mg x 40 TRIZIVIR 750 mg x 60 ZIAGEN 300 mg x 60 | 4 008 50 008 2 911 6 348 2 700 4 158 | [1] L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 953/2003 jipprevedi: “(1) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja fuq bażi annwali l-volumi ta’ esportazzjonijiet tal-prodotti pprezzati f’saffi elenkati fl-Anness I u esportati lejn il-pajjiżi definiti fl-Artikolu 1 fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta lilha minn manifatturi farmaċewtiċi u esportaturi. Għal dan il-għan formola standard għandha tinħareġ mill-Kummissjoni. Il-manifatturi u l-esportaturi għandhom jibagħtu dawk ir-rapporti annwali tal-bejgħ dwar kull prodott ipprezzat f’saffi lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali. (2) Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrapporta lill-Kunsill dwar il-volumi esportati taħt il-prezzijiet f’saffi, inklużi l-volumi esportati fil-qafas tal-ftehim ta’ sħubija miftiehem bejn il-manifattur u l-gvern tal-pajjiż ta’ destinazzjoni. Ir-rapport għandu jeżamina l-firxa ta’ pajjiżi u tal-mard u l-kriterji ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3.” [2] Azzjoni aċċellerata mmirata lejn mard prinċipali li jittieħed fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar, COM(2000) 585. [3] Programm għall-Azzjoni Azzjoni aċċellerata dwar l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar, COM(2001) 96. Aġġornament dwar il-Programm ta’ Azzjoni tal-KE: Azzjoni aċċellerata dwar l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar. Kwistjonijiet ta’ politika pendenti u sfidi għall-futur, COM(2003) 93. [4] European Programme for Action to confront HIV/AIDS, Malaria and TB through External Action (COM(2005) 179). Għar-rapport ta' progress tal-2009 (SEC(2009) 748 finali), jekk jogħġbok ikkonsulta: http://ec.europa.eu/development/icenter/repository/COMM_PDF_SEC_2009_0748_F_EN_AUTRE_DOCUMENT_TRAVAIL_SERVICE.pdf [5] ĠU L 135, 3.6.2003, p. 5. L-aħħar li ġie aġġornat ir-Regolament kien bir-Regolament tal-Kummissjoni 1662/2005 tal-11 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 19): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2005:267:0019:0021:EN:PDF [6] Il-qarrejja li huma interessati jiksbu l-informazzjoni dwar il-prezzijiet reali tal-bejgħ jistgħu jiksbuha minn fuq il-websajt tal-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-TB u l-Malarja. http://www.theglobalfund.org/fr/procurement/pqr/?lang=fr [7] F’din it-tabella u dawk ta’ warajha, l-“unitajiet” huma l-pakketti tal-prodotti kkonċernati. Pereżempju, "unità" waħda tal-EPIVIR Oral Solution 10 mg/ml – 240 ml hija flixkun wieħed ta' 240 ml. Unità waħda tal-EPIVIR 150 mg x 60 (ara t-tabella li tmiss) hija ġakkett wieħed ta' 60 pillola.