This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0434
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL on the implementation of the Polish National Action Plan in the framework of Council Regulation (EC) 338/2008 of 14 April 2008 providing for the adaptation of cod fishing quotas to be allocated to Poland in the Baltic Sea (Subdivisions 25-32, EC waters) from 2008 to 2011
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Pollakk fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sal-2011.
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Pollakk fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sal-2011.
/* COM (2010) 0434 final */
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Pollakk fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sal-2011. /* COM (2010) 0434 final */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 16.8.2010 KUMM(2010) 434 finali RAPPORT MILL -KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l -implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Pollakk fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sal-2011. WERREJ 1. Introduzzjoni 3 2. Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-kontroll 3 2.1. Qafas legali 3 2.2. Awtorità unika 4 2.3. Infurzar u spezzjoni 4 2.4. Kontroll amministrattiv 4 3. Pjan ta’ Ristrutturar tal-Flotta Baltika Nazzjonali 5 3.1. Evoluzzjoni tal-flotta tas-sajd Pollakka 5 3.2. Tnaqqis tal-għadd ta’ permessi speċjali għas-sajd għall-merluzz 6 3.3. Għajnuna pubblika għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd 7 3.4. Miżuri ta’ immodernizzar (trasferiment għas-settur pelaġiku) 7 3.5. Għajnuna pubblika għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd 8 4. Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 8 Introduzzjoni Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sal-2011, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali Pollakki dwar il-kontroll u r-ristrutturar tal-flotta fuq bażi annwali. L-ewwel rapport ġie ppreżentat lill-Kunsill fit-18 ta’ Novembru 2008. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-kontroll huwa mfassal biex jingħelbu d-diffikultajiet attwali għall-kontroll u l-infurzar u biex jiġu indirizzati b’mod komprensiv il-kawżi bażi tas-sajd illegali u tal-ksur tal-liġi tal-UE għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku. Il-kontenut tal-Pjan ġie diskuss u sar qbil fuqu mill-awtoritajiet Pollakki u mill-persunal tal-Kummissjoni waqt laqgħa f’Varsavja li saret fit-18 ta’ Marzu 2008 dwar is-sistema ta’ kontroll tas-sajd Pollakk fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja għall-kontroll tas-sajd. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-kontroll huwa deskritt fir-reġistrazzjoni li kien hemm qbil dwarha ta’ dik il-laqgħa. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-flotta Baltika, li jkopri wkoll il-perjodu 2008 sal-2011, tfassal biex jidentifika miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi żgurat l-isfruttar sostenibbli tal-kwoti għall-merluzz mogħtija lill-Polonja kemm mil-lat ta’ konservazzjoni kif ukoll mil-lat ekonomiku bħala parti mill-Programm Operattiv kofinanzjat mill-Fond Ewropew għas-Sajd għall-perjodu 2007-2013. Wara n-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki, il-Pjan ta’ Ristrutturar tal-Flotta Baltika Nazzjonali ġie adottat mill-Polonja f’April 2008 u l-Pjan ta’ Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd ġie adottat mill-Polonja f’Jannar 2009. Kif ipprovdut fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/2008, ġew adottati ż-żewġ pjanijiet u dawn qegħdin jiġu implimentati mill-Polonja. F’konformità mal-pjanijiet, il-Polonja bagħtet rapporti dwar l-implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni miġbura mill-ispetturi tal-Kummissjoni, tappoġġja l-evalwazzjoni ppreżentata f’dan ir-rapport. Ir-rapport huwa maqsum f’żewġ partijiet: il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-kontroll u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-ristrutturar tal-flotta. Pjan ta ’ AZZJONI NAZZJONALI DWAR IL-KONTROLL Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-kontroll jistabbilixxi skeda għat-titjib b’mod gradwali tas-sistema ta’ kontroll tas-sajd Pollakka fuq perjodu ta’ sentejn. Fil-qafas tal-Pjan, il-Polonja għandha tibgħat rapport dwar il-progress fuq kull punt tal-Pjan, kull sitt xhur lill-Kummissjoni. Fl-2009, il-Polonja issottomettiet rapport dwar l-ispezzjoni fit-2 ta’ April u t-tielet rapport dwar il-progress fl-14 ta’ Lulju. Qafas legali Fl-2008, il-leġiżlatura bdiet il-proċess sabiex tadotta regoli nazzjonali ġodda li jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistema ta’ kontroll u tal-infurzar kif iddikjarat fil-Pjan ta’ Azzjoni, billi abbozzat l-Att dwar is-Sajd il-ġdid u l-Att dwar is-Suq tas-Sajd il-ġdid. Madankollu, s’issa, dawn l-atti għadhom ma ġewx adottati. Il-liġi l-ġdida dwar l-organizzazzjoni tas-suq tas-sajd, bħalissa tinsab quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, u l-abbozz tal-liġi l-ġdida dwar is-sajd bħalissa qiegħed jistenna li jiġi kkunsidrat mill-Parlament. Awtorità unika Fl-2008, il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ħoloq kariga u ħatar lid-Deputat Direttur għall-Kontroll tas-Sajd biex jaġixxi bħala l-awtorità unika u biex jikkoordina l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza (MCS) fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Din il-kariga mtliet u qiegħda tiffunzjona. L-Awtorità unika hija responsabbli, fost affarijiet oħrajn, għat-tfassil tal-programm ta’ kontroll nazzjonali annwali li jistabbilixxi l-istrateġija u jiffissa l-prijoritajiet u l-miri. L-Awtorità unika tippresjedi l-laqgħat ta’ kull xahar tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni tal-Ispetturi. Infurzar u spezzjoni Flimkien ma’ xi titjib strutturali pożittiv li sar fil-Polonja fl-2008 biex jingħelbu d-diffikultajiet dwar il-kontroll u l-infurzar, ir-rapport tal-Kummissjoni għas-sena 2008 xorta jniżżel xi diffikultajiet pendenti. Fl-2009, ġie osservat aktar titjib: - Il-bastiment il-ġdid għar-ronda tas-sajd qiegħed jaħdem b’mod sħiħ. - Ġie introdott ir-rekwiżit li kull qabda ta’ merluzz trid tiġi spezzjonata 100% minflok il-limitu ta’ 20%. - Il-manwal tal-ispezzjoni nħareġ għall-ispetturi tas-sajd Pollakki kollha. - L-ispettorati ġew mgħammra b’imwieżen mobbli. Għalkemm ġie stabbilit il-limitu tal-ispezzjoni ta’ 100% għall-qbid tal-merluzz, il-prijorità u l-istrateġija tal-ispezzjoni mhumiex ibbażati fuq analiżi tar-riskju komprensiva. Il-konċentrazzjoni tar-riżorsi tal-ispezzjoni jistgħu jillimitaw il-kontroll u l-ispezzjonijiet f’oqsma barra dak tal-qbid tal-merluzz. Konsegwentement, sajd ieħor u partijiet oħrajn involuti wara l-ħatt l-art bħal pereżempju x-xerrejja, il-bejjiegħa u dawk li jipproċessaw mhumiex suġġetti għal sistema ta’ kontroll effettiva. Dan seta’ kien wieħed mill-fatturi li influwenzaw is-sajd eċċessiv bi 17.4% fuq il-kwota tal-2009 tal-aringi fil-Punent tal-Baltiku. L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li sa Novembru 2009, l-ispettorati reġjonali sejrin ikunu mgħammra b’ workstations mobbli għall-aċċess għall-VMS. Madankollu, ġie osservat progress limitat biss fl-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Sajd. Skont il-memorandum ta’ fehim, sat-tieni trimestru tal-2009, kellha tiġi introdotta sistema elettronika għall-aċċess onlajn għad-dejta tal-VMS, ir-rapporti tal-isforzi, ir-rapporti tal-qbid, in-notifikazzjonijiet minn qabel u l-messaġġi dwar id-dħul/il-ħruġ u din kellha tkun magħmula aċċessibbli għall-ispetturi fil-portijiet u fuq il-baħar. Sa tmiem l-2009, il-Kummissjoni ġiet informata li l-aċċess għad-dejta tal-VMS biss kien disponibbli. Kontroll amministrattiv L-ostaklu prinċipali għall-progress f’dan il-qasam huwa l-istaġnar fl-iżvilupp tal-qafas legali, u fl-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Sajd. Il-konsegwenzi huma dawn li ġejjin: - L-aċċess onlajn għal u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ spezzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u ċentrali mhumiex disponibbli. - Ma ġiex stabbilit tim ta’ analiżi tad-dejta speċifiku b’responsabbiltajiet għal monitoraġġ f’ħin reali u għal analiżi tar-riskju tal-bastimenti tas-sajd. - Il-partijiet involuti wara l-ħatt l-art bħal pereżempju x-xerrejja, il-bejjiegħa u dawk li jipproċessaw mhumiex suġġetti għal sistema effikaċi ta’ kontroll sakemm jiġi adottat l-Att dwar is-Suq tas-Sajd il-ġdid. Pjan ta ’ RISTRUTTURAR TAL-FLOTTA BALTIKA NAZZJONALI Il-Pjan ta’ Ristrutturar tal-Flotta Baltika Nazzjonali ġie adottat mill-Polonja f’April 2008. Bħala segwitu għal dan il-pjan ta’ azzjoni u f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Pjan għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd (FEAP) ġie adottat mill-Polonja f’Jannar 2009 wara negozjati mal-Kummissjoni Ewropea. Il-FEAP jaġġorna d-deskrizzjoni tal-elementi li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni u jistabbilixxi miri aktar ambizzjużi għat-tnaqqis tal-kapaċità fil-flotta tas-sajd tal-merluzz kif ukoll iżid punti ġodda, bħal pereżempju l-introduzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà u l-miżuri ta’ kontroll li jmorru magħhom. Evoluzzjoni tal -flotta tas-sajd Pollakka It-tabella ta’ hawn taħt turi tnaqqis ġenerali fil-kapaċità mfissra f’numru ta’ bastimenti, TG u KW bejn l-1 ta’ Marzu 2008 u l-1 ta’ Diċembru 2009 fil-flotta tas-sajd tal-Baħar Baltiku. Tabella 1 : Il-flotta tas-sajd Pollakka matul il-perjodu 01.03.2008–01.12.2009[1] Bastimenti skont l-LOA* | Għadd ta’ bastimenti | Kapaċità f’kW | Kapaċità f’TG | Tul tal-bastiment | Għadd ta’ bastimenti | kW | GT | 0-8 m | 2 | 44 | 4 | 8-9.99 m | 5 | 275 | 27 | 10-11.99 m | 2 | 114 | 20 | 12-14.99 m | 3 | 342 | 67 | 15-18.49 m | 22 | 2 723 | 824 | 18.5-20.49 m | 20.5-25.49 m | 13 | 3 470 | 1 255 | 25.5 m u aktar | 19 | 8 421 | 3 178 | Total | 66 | 15 388 | 5 375 | Miżuri ta ’ immodernizzar (trasferiment għas-settur pelaġiku) Il-Pjan ta’ Ristrutturar jipprovdi għall-immodernizzar tal-bastimenti tas-sajd ta’ aktar minn 24 m tul, kif ukoll għat-trasferiment tagħhom għas-settur pelaġiku sal-aħħar tal-2011 (51 bastiment skont il-FEAP). Sal-bidu ta’ Novembru 2009, ġew riċevuti total ta’ 40 applikazzjoni għall-kofinanzjament mill-EFF għall-immodernizzar ta’ bastimenti; sal-aħħar ta’ Jannar 2010 ġew iffirmati 20 kuntratt għall-immodernizzar ta’ bastimenti permezz tal-appoġġ tal-EFF. Din it-taqsima tal-flotta tirrappreżenta sehem sinifikanti mill-flotta tas-sajd tal-merluzz f’termini ta’ kapaċità mfissra f’kW u TG. It-trasferiment permanenti ta’ dawn il-bastimenti għas-sajd pelaġiku jrid jiġi bbilanċjat mill-opportunitajiet ta’ sajd, l-istat tal-istokkijiet pelaġiċi u l-iżviluppi mistennija fis-sistema tal-immaniġġjar għal dawn l-istokkijiet. Għajnuna pubblika għall -waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd F’konformità mal-Pjan ta’ Ristrutturar tal-Flotta Baltika Nazzjonali u biex jittaffew l-effetti soċjo-ekonomiċi avversi tat-tnaqqis fl-għadd ta’ permessi speċjali għas-sajd għall-merluzz, ġie deċiż li parti mill-flotta tas-sajd li ma rċevietx il-permess tas-sajd għall-merluzz fl-2009 (iżda kellha dan il-permess fl-2008) tingħata kumpens għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd. Dan il-kumpens irid jingħata lil għadd li dejjem qed jonqos ta’ bastimenti tas-sajd ipprojbiti mis-sajd għall-merluzz sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2011. Bħala total, f’Novembru 2009 ġew adottati 258 deċiżjoni ta’ għotja. It-tnaqqis fl-għadd ta’ permessi għas-sajd għall-merluzz flimkien mal-kontroll miżjud tal-ħadd l-art, irriżulta f’użu aktar proporzjonat tal-kwota tal-merluzz matul is-sena u f’aktar kultura ta’ konformità fost is-sajjieda Pollakki. Madankollu, il-proċess ta’ ristrutturar tal-flotta għadu ’l bogħod milli jkun wieħed komplut minkejja l-fatt li l-għajnuna tal-EFF intużat kif ippjanat. Mill-450 (bejn wieħed u ieħor) bastiment li jiffurmaw il-flotta Pollakka, aktar minn nofs ġew sfurzati li jibqgħu barra mis-sajd matul il-perjodu 2009 sal-2011 grazzi għall-għajnuna għall-waqfien temporanju. Bħala konsegwenza ta’ dan, nistgħu nistennew li wara dan il-perjodu, madwar 200 bastiment sejrin ikunu lesti biex jerġgħu lura għas-sajd tal-merluzz. Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet Fuq perjodu ta’ sentejn, il-Polonja għamlet progress fit-titjib fl-effikaċja tal-immaniġġjar tas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati tal-EFF biex jappoġġjaw il-waqfien temporanju u permanenti. It-tnaqqis fl-għadd ta’ permessi għas-sajd tal-merluzz flimkien mal-kontroll miżjud tal-ħatt l-art, irriżulta f’użu aktar proporzjonat tal-kwota tal-merluzz matul is-sena u f’aktar kultura ta’ konformità fost is-sajjieda Pollakki. Minkejja d-dewmien inizjali fit-tnedija tal-iskema ta’ dekommisjonar permanenti kofinanzjata mill-Fond Ewropew għas-Sajd, il-proċess ta’ waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd bl-appoġġ tal-EFF issa jinsab fi stadju avvanzat u r-riżultati miksuba s’issa huma ġeneralment konformi mal-miri. Dan il-proċess għandu jiżdied biex jiġi aġġustat id-daqs tal-flotta għall-merluzz f’konformità mal-opportunitajiet tas-sajd. Madankollu, il-benefiċċji kollha tar-ristrutturar tas-sistema nazzjonali fil-kuntest tal-kontroll u tal-immaniġġjar tal-flotta previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-Flotta Baltika Nazzjonali, jeħtieġu li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji fil-ħin. Ir-riformi implimentati jkopru biss parti mill-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali u t-titjib osservat għadu ma jistax jiggarantixxi l-affidabbiltà sħiħa tas-sistema ta’ kontroll. Barra dan, l-iżbilanċ strutturali tal-flotta Pollakka ma ġiex ikkoreġut kemm meħtieġ u minħabba n-nuqqas ta’ dejta, l-impatt tiegħu fuq is-sajd tal-merluzz ma jistax jiġi evalwat. Huwa essenzjali li l-Polonja tadotta l-miżuri kollha meħtieġa f’konformità mal-iskeda predeterminata. Trid tingħata attenzjoni speċjali għall-kwistjonijiet li ġejjin: - Il-qafas legali għandu jiġi adottat biex il-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi trasposta b’mod sħiħ. - Id-dejta dwar l-isforzi tas-sajd trid tiġi trasmessa kif dovut lill-Kummissjoni. - Trid tiġi żviluppata kultura ta’ konformità permezz ta’ sajd ekonomikament vijabbli li jindirizza l-problema ta’ kapaċità eċċessiva u fejn is-sajd illegali ma jibqax aktar ta’ profitt u tollerabbli. Is-sistema ta’ deterrent trid tiġi riveduta u trid tiżgura li s-sanzjonijiet huma proporzjonali għan-natura tal-offiża biex iċċaħħad lil min jikser il-liġi milli jibbenefika minn dan. - Għad hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri xierqa biex tiġi żgurata sistema ta’ kontroll u ta’ infurzar effettiva u effiċjenti, u b’mod partikolari: - Is-sistema u l-proċeduri ta’ spezzjoni għandhom jiżguraw segwitu tal-ispezzjonijiet b’mod xieraq. - Is-setturi tas-sajd kollha, inkluż dawk is-setturi ta’ wara l-ħatt l-art, għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni u kontroll u r-riżorsi għandhom jiġu allokati kif dovut. - Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Sajd trid tkun immodernizzata biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE. - Għandu jiġi stabbilit tim ta’ analiżi tad-dejta speċifiku b’responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u l-analiżi tar-riskju f’ħin reali tal-bastimenti tas-sajd. Il-Kummissjoni tistieden lill-Polonja biex tidentifika u tipproċedi immedjatament bl-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi xierqa biex tkun konformi mal-memorandum ta’ fehim. Il-lista ta’ miżuri korrettivi trid tintbagħat bil-miktub lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Novembru 2010. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li teżerċita l-poteri tagħha bħala gwardjan tat-Trattati tal-UE. [1] Skont ir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità. Id-dati magħżulin għat-tqabbil jikkorrispondu għad-dati tal-isnapshots Pollakki. [2] Fl-2009, l-adozzjoni tal-kwota tal-merluzz fil-Baltiku tal-Lvant mill-Polonja kienet ta’ 97.3%. [3] Skont l-informazzjoni mogħtija mid-Dipartiment tas-Sajd Pollakk waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-Programm Operattiv tal-EFF li saret f’Varsavja fis-27 ta’ Jannar 2010.