This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0411
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the impact of the European Parliament and Council Decisions modifying the legal bases of the European Programmes in the areas of Lifelong Learning, Culture, Youth and Citizenship
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li timmodifika l-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li timmodifika l-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza
/* KUMM/2010/0411 finali */
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li timmodifika l-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza /* KUMM/2010/0411 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 30.7.2010 KUMM(2010)411 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li timmodifika l-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li timmodifika l-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza INTRODUZZJONI Fis-16 ta' Diċembru tal-2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsil adottaw erba' deċiżjonijiet li jemendaw il-bażijiet legali tal-programmi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza[1]. Dawn id-deċiżjonijiet neħħew mill-proċedura ta' konsulenza deskritta fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 ċerti deċiżjonijiet ta' għażla meħuda mill-Kummissjoni għall-għoti ta' konċessjonijiet fi ħdan dawk il-programmi. L-għan kien is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tqassir taż-żmien meħtieġ għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jaffettwaw direttament lill-benefiċjarji, fl-interess ta' implimentazzjoni tal-programmi iktar malajr u iktar effiċjenti. Skont il-bażijiet legali oriġinali, kien obbligatorju li jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-kumitati għall-programmi, fi żmien dewmien restrinġenti, qabel ma l-Kummissjoni setgħet tieħu d-deċiżjonijiet formali ta' għoti. Xi drabi l-perjodi ta' sospensjoni jiżdiedu mal-perjodi ta' skrutinju u jikkawżaw iktar dewmien fl-implimentazzjoni. Bid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet ta' emenda, il-proċedura ta' konsuleza ġiet sostitwita minn proċedura ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni issa għandha l-obbligu li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-kumitati għall-programmi fi żmien jumejn tax-xogħol bid-deċiżjonijiet ta' għażla li tkun ħadet. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni u analiżi tal-applikazzjonijiet li waslulha, deskrizzjoni tal-proċedura ta' evalwazzjoni u ta' għażla, u l-listi kemm tal-proġetti proposti għall-finanzjament kif ukoll ta' dawk rifjutati. Il-Kummissjoni hija obbligata, bid-deċiżjonijiet ta' emenda, li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tagħhom fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Barra minn dawn id-deċiżjonijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ukoll fis-16 ta' Diċembru 2008, id-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE li tistabbilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013, li jagħti lill-Kummissjoni l-istess obbligu li tinforma fi żmien jumejn tax-xogħol lill-Parlament Ewropew u lill-kumitat għall-programmi bid-deċiżjoni ta' għażla li tkun ħadet. Għalkemm id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus ma tinkludix rekwiżit ta' rappurtaġġ, il-Kummissjoni ddeċidiet li, fl-interess tat-trasparenza, tinkludi f'dan ir-rapport l-impatt tal-proċedura ta' informazzjoni l-ġdida fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-programm ukoll. B'dan il-mod, rapport wieħed ikopri l-impatt tal-ħames deċiżjonijiet. Metodoloġija Dan ir-rapport jippreżenta, għal kull programm, il-proċedura ta' informazzjoni li kienet implimentata fl-2009 u jqabbilha mal-proċedura ta' konsulenza li kienet applikata preċedentement. Ir-rapport jikkunsidra l-impatt tal-proċedura ta' informazzjoni l-ġdida dwar il-ġestjoni tal-konċessjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-ħin meħud mill-proċedura ta' għażla, mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni san-notifika lill-benefiċjarji. Ir-rapport jieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-impatt fuq il-piż amministrattiv u r-reazzjonijiet jew l-ilmenti dwar l-informazzjoni trażmessa jew il-proċedura ta' informazzjoni nnifisha. ID-DEċIżJONIJIET TA' GħAżLA MEħUDA SKONT IL-PROċEDURA TA' INFORMAZZJONI L-ġDIDA Il-proċedura ta' informazzjoni kienet applikata fi 30 deċiżjoni ta' għażla fl-2009, għal 27 minnhom jista' jsir paragun mad-deċiżjonijiet meħuda skont il-proċedura ta' konsulenza, kif jidher fit-tabelli fl-anness[2]. Seba' deċiżjonijiet ta' għażla saru fl-2009 fi ħdan il-programm Tagħlim tul il-Ħajja . Minn dawn, ħamsa jistgħu jitqabblu kompletament ma' dawk li ttieħdu fl-2007 u l-2008. Mhux possibbli li jsir paragun għall-konċessjonijiet mogħtija fil-qafas tal-Attività Prinċipali 1 tal-Programm Trasversali (ECET) peress li l-ewwel għażla saret fl-2009 diġà skont il-proċedura l-ġdida, filwaqt li l-konċessjonijiet mogħtija għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki jistgħu jitqabblu biss ma' dawk mogħtija fl-2008 (l-ebda għażla ma saret fl-2007). Fil- programm Kultura l-proċedura l-ġdida ta' informazzjoni kienet applikata fl-2009 għal għażliet għal erba' azzjonijiet, li jistgħu jitqabblu ma' dawk meħuda fl-2008 u l-2006[3] skont il-programm Kultura preċedenti. L-ebda deċiżjoni ta' għażla ma ttieħdet permezz tal-proċedura ta' konsulenza fl-2007. Għall- programm Żgħażagħ fl-Azzjoni total ta' seba' proċessi ta' għażla saru fl-2009. Ma hemmx dejta kumparabbli għall-konċessjonijiet mogħtija fil-qafas tal-Azzjoni 4.6 "Sħubijiet" peress li l-ewwel għażla saret fl-2009. Il-konċessjonijiet mogħtija għall-Azzjoni 4.4 "Proġetti li jinkoraġġixxu l-kreattività u l-innovazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ" jistgħu jitqabblu biss ma' dawk mogħtija fl-2007 (fl-2008 ma kienx hemm proċedura ta' għażla), filwaqt li dawk mogħtija għall-azzjoni 4.1 "Appoġġ għal korpi attivi f'livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ" u għall-ewwel ċiklu ta' għażliet ċentralizzati jistgħu jitqabblu biss mal-2008, billi l-proċedura ta' konsultazzjoni ma kinitx applikata għal dawk mogħtija fl-2007. Il-proċedura ta' informazzjoni l-ġdida kienet applikata wkoll fl-2009 għal għaxar azzjonijiet tal- programm Ewropa għaċ-Ċittadini (f'rabta mal-azzjoni 1.1 Ġemmellaġġ tal-Lokalitajiet– Fażi 2 u l-azzjoni 2.7 Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fl-2007 ma kienet applikata l-ebda proċedura ta' komitoloġija, u għalhekk mhux possibbli li jsir paragun) u għall-konċessjonijiet mogħtija għall-boroż ta' studju u l-programmi postlawrja ta' Erasmus Mundus . ; Fil-każ tal-aħħar l-uniku paragun possibbli huwa mal-2007 billi ma saret l-ebda għażla fl-2008 minħabba t-tranżizzjoni għall-programm il-ġdid. L-IMPATT TAL-PROċEDURA TAL-INFORMAZZJONI L-ġDIDA FUQ L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI Għall-programmi kollha, iż-żmien meħud għall-proċess ta' għażla mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni sal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' għoti ta' konċessjoni u n-notifika lill-benefiċjarji, tqassar konsiderevolment. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li għall-programmi kollha - barra Erasmus Mundus – u qabel id-dħul fis-seħħ tal-proċedura ta' informazzjoni, kien hemm qbil mal-Parlament Ewropew dwar dritt imqassar ta' skrutinju għad-deċiżjonijiet ta' għażla li kienu jaqgħu taħt il-proċedura ta' konsulenza fit-tieni nofs tal-2008. Madankollu, il-gwadanji skont id-dritt imnaqqas ta' skrutinju fl-ebda każ ma kienu ikbar minn dawk li jirriżultaw mill-introduzzjoni tal-proċedura ta' informazzjoni. Fir-rigward tal- programm Tagħlim tul il-Ħajja, fl-2009 id-deċiżjonijiet ta' għoti ta' konċessjonijiet għall-azzjonijiet li jistgħu jiġu pparagunati ġew notifikati lill-benefiċjarji bejn wieħed u ieħor 123 ġurnata wara d-data ta' skadenza, bi gwadann medju ta' 37 ġurnata fuq l-2008 u ta' 32 ġurnata fuq l-2007. F'każ minnhom (Leonardo da Vinci – Transferiment tal-Innovazzjoni), il-perjodu fl-2009 kien daqsxejn itwal milli fl-2008 minħabba l-ħtieġa għal analiżi bir-reqqa ta' każ speċifiku li kien jinvolvi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Fil-każ tal- programm Kultura, in-notifiki fl-2009 saru fuq medja ta' 152 ġurnata wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni, bi gwadann medju ta' 54.5 ġurnata fuq l-2008 u ta' 117-il ġurnata fuq l-2007. Fir-rigward tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-gwadann medju fiż-żmien kien ta' iktar minn 40 ġurnata fuq l-2008 u ta' iktar minn 75 ġurnata fuq l-2007. Id-deċizjonijiet ta' għoti ta' konċessjonijiet u n-notifiki sussegwenti tal-benefiċjarji saru l-iktar tard tliet xhur u nofs wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni, filwaqt li skont il-proċedura ta' konsultazzjoni, iż-żmien medju meħud għall-għażla kien ta' ħames xhur u nofs. Fil-każ tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini l-gwadann kienet, fuq medja, ta' 22 ġurnata fuq l-2008 u ta' 12-il ġurnata fuq l-2007. Madankollu, żewġ azzjonijiet jippreżentaw eċċezzjoni: ma ġiex gwadanjat żmien għall-azzjonijiet 1.4 u 1.5 bejn l-2009 u l-2008. Dawn il-proġetti ("Proġetti għaċ-ċittadini u "Miżuri ta' appoġġ") huma iktar kumplessi u fuq skala ikbar minn proġetti oħra iktar tradizzjonali bħal pereżempju l-ġemellaġġ tal-lokalitajiet. Madankollu, dan ma kellux impatt fuq il-benefiċjarji billi kienu notifikati bir-riżultat tal-għażla fil-ħin biex il-proġetti jinbdew kif kien skedat. Għall-boroż ta' studju tal-programm Erasmus Mundus , it-tnaqqis kien ta' 27 ġurnata meta mqabbel mal-boroż ta' studju fl-2007 u ta' 10 ġranet meta mqabbel mal-2008. Għall-programmi konġunti t-tnaqqis kien ta' 74 ġurnata, minkejja l-fatt li l-2009 kienet l-ewwel sena li fiha, flimkien mal-korsijiet tal-Masters, id-Dottorati kienu ffinanzjati mill-programm. Fil-każijiet kollha l-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-kumitati għall-programmi kienet mogħtija fi żmien l-ittardjar stabbilit ta' jumejn tax-xogħol. L-ammont ta' informazzjoni trażmessa ma nbidilx meta mqabbel mal-proċedura ta' komitoloġija, iżda t-tneħħija tal-formalitajiet assoċjati mal-proċedura ta' konsulenza, li jikkonċernaw pereżempju t-tnedija tal-proċeduri bil-miktub u li dawn jittellgħu fir-reġstru, irriżultat madankollu fi tnaqqis sinifikanti fil-piż amministrattiv. KONKLUżJONI Il-proċedura ta' informazzjoni li ħadet post il-proċedura ta' konsulenza formali skont id-Deċiżjoni ta' Komitoloġija ġiet implimentata b'suċċess fil-ħames programmi. L-informazzjoni neċessarja kollha meħtieġa fid-deċiżjonijiet ġiet trażmessa b'mod sistematiku mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-kumitati għall-programmi fi żmien l-iskadenza obbligatorja ta' jumejn tax-xogħol. Il-Kummissjoni, sa issa, għadha ma rċeviet l-ebda reazzjoni jew ilment mill-Parlament Ewropew jew mill-kumitati għall-programmi dwar l-informazzjoni trażmessa jew dwar il-proċedura nnifisha. Pjuttost bil-kontra, diversi benefiċjarji esprimew is-sodisfazzjon tagħhom biż-żmien iqsar meħud għad-deċiżjonijiet ta' għażla bħala riżultat. Fir-rigward tal-impatt tad-deċiżjonijiet fuq il-ġestjoni tal-programmi u l-konċessjonijiet mogħtija lill-benefiċjarji, it-tqassir sostanzjali tal-ittardjar żied l-effiċjenza tal-programmi billi ppermetta lill-applikanti jkunu magħarrfa dwar id-deċiżjonijiet ta' għażla iktar bil-quddiem, b'effetti pożittivi fuq is-sostenibbiltà tas-sħubijiet li jimplimentaw il-proġetti, u għalhekk fuq il-kwalità tal-proġetti stess. Għall-programmi kollha, il-proċedura l-ġdida ppermettiet effettività miżjuda fil-ġestjoni tal-proġetti. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-proċedura ta' informazzjoni l-ġdida tissodisfa l-prinċipju tas-sempliċità u l-prossimità li għandu jiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi fl-interess taċ-ċittadini Ewropej. F'dak id-dawl, il-Kummissjoni hija impenjata li tkompli żżid l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-programmi tagħha billi tqassar il-proċess li jwassal għad-deċiżjonijiet ta' għażla, partikolarment billi tnaqqas kemm jista' jkun possibbli ż-żmien meħud għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet. ANNESS Il-Programm Tagħlim tul il-Ħajja | Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni | Deċiżjonijiet ta' għażla | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2007 | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2008 | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2009 | Differenza 2009-2008 | Differenza 2009-2007 | Deċiżjonijiet ta' għażla | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2007 | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2008 | Ġranet meħtieġa għall-proċedura tal-għażla - 2009 | Differenza 2009-2008 | Differenza 2009-2007 | Azzjoni 1.1 Boroż ta' studju relatati mas-sena akkademika 2009/2010 |85 |68 |58 |10 |27 | | | | | | | | | Azzjoni 1.2 Programmi konġunti |151 |/ |77 |/ |74 | | [1] Id-Deċiżjoni nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja Id-Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Kultura (2007 sal-2013) Id-Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 u li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li stabbilixxiet il-programm 'Żgħażagħ fl-Azzjoni' għall-perjodu 2007-2013. Id-Deċiżjoni Nru 1358/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE li tistabbilixxi l-programm 'Ewropa għaċ-Ċittadini' għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinza Ewropea [2] It-tabelli huma inklużi fl-anness għall-Programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Kultura, Żgħażagħ fl-Azzjoni; Ewropa għaċ-Ċittadini u Erasmus Mundus. [3] Skont il-programm preċedenti: Id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2000 li tistabbilixxi l-programm Kultura 2000