This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0383
DRAFT AMENDING BUDGET N° 7 TO THE GENERAL BUDGET 2010 STATEMENT OF EXPENDITURE BY SECTION Section III - Commission
ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni
ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni
/* KUMM/2010/0383 finali */
ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2010/0383 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 12.7.2010 KUMM(2010)383 finali ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni Wara li ġew ikkunsidrati: - it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu, - ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu, - il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finazjarja 2010 adottat fis-17 ta' Diċembru 2009[2], - il-baġit emendatorju 1/2010 adottat fid-19 ta' Mejju 2010, - il-baġit emendatorju 2/2010 adottat fid-16 ta' Ġunju 2010, - abbozzi tal-baġits emendatorji Nru 2/2010[3], 3/2010[4], 5/2010[5] u 6/2010[6]. Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 7 għall-baġit tal-2010. BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b'taqsima jinsabu f'EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet fid-dikjrazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju. MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI DAħLA L-abbozz tal-Baġit Emendatorju (BE) Nru 7 għas-sena 2010 ikopri l-ħolqien ta' partita ġdida tal-baġit 01 04 01 03 għall-garanzija pprovduta mill-Unjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, għaldaqstant, artikolu 802, ġdid, dwar in-naħa tad-dħul. Qed ikun propost li f'dan il-mument issir annotazzjoni pro memoria (p.m.) għal approprjazzjonijiet kemm għall-impenji kif ukoll għall-ħlasijiet F'każ ta' bżonn, il-Kummissjoni se tipproponi li tagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet meħtieġa permezz ta' trasferiment jew ta' baġit emendatorju. Il-BE 7/2010 m’għandux konsegwenzi finanzjarji. L-ISTABBILITÀ FINANZJARJA Fid-9 ta' Mejju 2010, il-Kunsill iddeċieda fuq pakkett komprensiv ta' miżuri biex iħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa, inkluż mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja bbażat fuq l-Artikolu 122(2) tat-TFUE. Dan l-Artikolu jipprevedi appoġġ finanzjarju għal Stati Membri li jkunu jinsabu f'diffikultajiet ikkawżati minn ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri. Il-mekkaniżmu se jopera mingħajr ħsara għall-faċilità li teżisti diġà li tipprovdi assistenza finanzjarja fuq żmien medju għall-bilanċ tal-pagamenti ta' Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-Euro. Sabiex tingħata din l-assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni se tissellef fuq is-swieq kapitali jew ma' istituzzjonijiet finanzjarji f'isem l-Unjoni Ewropea. Sabiex tonora l-obbligi tagħha, f'każ li d-debituri ma jħallsux, il-Kummissjoni tista’ tuża r-riżorsi ta’ likwidità tagħha stess biex tmantni d-dejn b'mod provviżorju. Għandu japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. Sussegwentement, jista' jkun meħtieġ li jingħata baġit għall-operazzjoni. Ir-rimborżi wara nuqqas ta' ħlas inizjali jew xi dħul ieħor li jkun hemm mill-eżerċizzju tad-drittijiet f'rabta mal-garanzija jista' wkoll ikun meħtieġ li jiġi bbaġitjat bħala dħul. Qed issir għalhekk il-proposta li tinħoloq partita ġdida tal-baġit fuq in-naħa tan-nefqa u artikolu korrispondenti ġdid tal-baġit fuq in-naħa tad-dħul bħala l-istruttura tal-baġit għall-garanzija pprovduta mill-Unjoni Ewropea. Peress li għandu jintuża għal partiti tal-baġit marbuta ma' operazzjonijiet ta' self mingħajr fond ta' garanzija speċifiku, il-partita l-ġdida 01 04 01 03, kif ukoll artikolu ġdid 8 0 2, se jirċievu annotazzjoni pro memoria (p.m.). F'każ ta' bżonn, il-Kummissjoni se tipproponi li tagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet meħtieġa permezz ta' trasferiment jew ta' baġit emendatorju. [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. [2] ĠU L 64, 12.3.2010. [3] COM(2010) 108 [4] COM(2010) 149 [5] COM(2010) 169 [6] COM(2010) 315