Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0219

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Is-sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (2006 -2009) (Artikolu 18(5), tar-regolament tal-Kunsill [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000)

    /* KUMM/2010/0219 finali */

    52010DC0219

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Is-sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (2006 -2009) (Artikolu 18(5), tar-regolament tal-Kunsill [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000) /* KUMM/2010/0219 finali */


    Brussel 10.5.2010

    KUMM(2010)219 finali

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Is-sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali ( 2006 -2009) (Artikolu 18(5), tar-Regolament tal-Kunsill [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000)

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Is-sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali ( 2006 -2009) (Artikolu 18(5), tar-Regolament tal-Kunsill [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000)

    1. DAħLA |

    It-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (minn hawn ’il quddiem RPT) huwa ta' spiss is-suġġett ta' Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill[1]. Ir-Regolamenti li fuqhom huwa bbażat il-kontroll tas-sistema tar-RPT huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007[2], ir-Regolament Nru 1150/2000 tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000[3] u r-Regolament Nru 1026/1999 tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1999[4]. Dan huwa s-sitt rapport ta' dan it-tip. Hu jippreżenta u janalizza t-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-RPT għall-perjodu li jkopri s-snin mill-2006 sal-2009, parti biss mis-sena 2006 kienet koperta mir-rapport preċedenti fl-2007[5]. Ir-rapport jagħti rendikont tal-attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni matul dan il-perjodu, jevalwa l-azzjonijiet imwettqa u jasal għall-konklużjonijiet[6]. Huwa jagħti wkoll rapport tas-segwiti, speċjalment dawk finanzjarji, legali u regolamentarji, riżervati għal dawn il-kontrolli. L-anness 1 ma' dan ir-rapport jindika liema huma l-objettivi tal-kontrolli u kif taħdem is-sistema ta' kontroll fil-livell Komunitarju. | Riżorsi proprji tradizzjonali: Id-dazji doganali u d-dazji agrikoli dovuti għall-importazzjoni ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi kif ukoll it-taxxi imposti fuq iz-zokkor.Matul il-perjodu 2006-2009 kienu saru disponibbli iktar minn EUR 63 biljun. |

    2. ATTIVITÀ TA' KONTROLL TAL-KUMMISSJONI FL-2006-2009 IL-KONTROLLI MILL-KUMMISSJONI LI SARU FUQ IL-POST JUżAW METODOLOġIJA PREċIżA LI L-GħAN TAGħHA HU LI TIKKONTROLLA L-KONFORMITÀ TAL-PROċEDURI MAL-ISTANDARDS TAL-KOMUNITÀ. DAWN HUMA PPJANATI FIL-QAFAS TA' PROGRAMM ANNWALI TA' KONTROLLI, LI JITTRATTA, FUQ IL-BAżI TA' ANALIżI TAR-RISKJI, BOSTA KWISTJONIJIET TA' KONTROLL LI JRIDU JSIRU FI STATI MEMBRU WIEħED JEW IKTAR. L-EżEKUZZJONI U T-TWETTIQ TAL-KONTROLLI JSIRU FUQ IL-BAżI TA' PROċEDURI KOMUNI GħALL-KONTROLLI KOLLHA U JINKLUDU L-UżU TA' KWESTJONARJI LI JINGħATAW LILL-ISTATI MEMBRI MINN QABEL, L-UżU FUQ IL-POST TA' LISTI TA' VERIFIKA SABIEX TKUN żGURATA L-KOERENZA TAL-KONTROLL U T-TħEJJIJA TA' RAPPORT WARA LI JKUN SAR IL-KONTROLL. |

    2.1. Riżultati ewlenin tal-attività ta' kontroll |

    Matul il-perjodu 2006-2009, il-Kummissjoni wettqet 129 kontroll taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1150/2000[7]. Ħdax minn dawn il-kontrolli saru skont il-metodu tal-Arranġamenti ta' Verifika Konġunta[8]. Instabu 436 anomalija, li minnhom 224 għandhom impatt finanzjarju (51,4 %) u 110 għandhom impatt regolatorju (25,2 %). Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri xierqa rigward il-konsegwenzi finanzjarji tal-anomaliji li ġew osservati. | 129 kontroll li sabu 436 anomalija. Arranġamenti ta' Verifika Konġunta: Modalità speċjali ta' kontroll assoċjat fejn is-servizzi interni ta' verifika ta' Stat Membru jagħmlu kontroll (verifika) skont metodoloġija awtorizzata mill-Kummissjoni. |

    2.1.1. Il-kontrolli dwar kwistjonijiet doganali. |

    Mill-2006 sal-2008, il-Kummissjoni bdiet azzjonijiet ta' kontroll dwar il-kwistjonijiet tat-tranżitu Komunitarju u tat-tranżitu taħt il-carnets TIR. Dawn l-azzjonijiet saru kważi fl-Istati Membri kollha. Instabu diversi anomaliji, speċjalment dawk li jikkonċernaw is-segwitu (inkluż dak finanzjarju) tal-operazzjonijiet ta' tranżitu mhux skarikati fil-limiti ta' żmien. L-Istati Membri ġew mistiedna jieħdu l-miżuri meħtieġa u assumew il-konsegwenzi finanzjarji li rriżultaw mill-anomaliji. Barra minn hekk, azzjonijiet ta' kontroll dwar skemi ta' pproċessar attiv u ta' mħażen doganali, kienu segwiti fl-Istati Membri fejn dawn l-azzjonijiet ma kinux twettqu qabel l-2006. Dawn l-azzjonijiet enfassizzaw ċerti dgħjufijiet fil-ġestjoni u fil-kontroll ta' dawn il-proċeduri doganali, li wħud minnhom implikaw konsegwenzi finanzjarji. L-Istati Membri involuti infurmaw lill-Kummissjoni li kienu ħadu l-miżuri meħtieġa. Fl-2008, azzjonijiet ta' kontroll dwar il-proċeduri ssimplifikati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, xi drabi wrew dgħjufijiet importanti fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll ta' dawn il-proċeduri[9]. Il-Kummissjoni talbet l-Istati Membri kkonċernati biex isolvu malajr l-anomaliji misjuba. Min-naħa l-oħra, l-azzjonijiet ta' kontroll imwettqa fl-2008 fuq l-importazzjoni tal-banana ma wrewx anomaliji serji. L-għan ta' dawn l-azzjonijiet kien li jivverifikaw li l-Istati Membri solvew id-diversi anomaliji misjuba fl-2001 u li applikaw b'mod korrett id-dispożizzjonijiet Komunitarji l-ġodda f'dan il-qasam. Instabu biss ċerti dgħjufijiet fir-rigward tar-rispett tar-regoli dwar l-użin tal-banana. Fl-2009, azzjonijiet ta' kontroll dwar l-istrateġiji nazzjonali fir-rigward tal-kontroll doganali twettqu kwazi fl-Istati Membri kollha. Huma kienu maħsuba biex jiżguraw li l-Istati Membri implimentaw, għar-RPT, strateġija ta' kontroll doganali li tkun globali, effiċjenti u effettiva, kif ukoll strutturi u proċeduri li jippermettu, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' twettiq ta' kontrolli doganali effiċjenti. Il-Kummissjoni stiednet diversi Stati Membri biex isolvu d-dgħjufijiet misjuba fi spezzjonijiet waqt l-iżdoganar kif ukoll wara, u stidnithom biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex itejbu l-effikaċja tal-kontrolli doganali. Dawn l-azzjonijiet ta' kontroll qed jitkomplew fl-2010 f'ħames Stati Membri[10]. Fl-2007 u l-2008, il-Kummissjoni eżaminat f'ħames Stati Membri l-mod kif dawn tal-aħħar żguraw fil-prattika s-segwitu ta' ċerti osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri matul il-kontrolli preċedenti tagħhom. Dawn l-azzjonijiet ma jitolbux osservazzjonijiet partikolari mill-Kummissjoni. | Tranżitu Komunitarju jew taħt il-carnet TIR: proċedura li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-merkanziji ta' pajjiżi terzi bla dazju u taxxi bejn il-żewġ punti ta' territorju Komunitarju jew bejn pajjiżi differenti li jiffurmaw parti mill-Konvenzjoni TIR (Trasporti Internazzjonali tat-Triq). Proċessar attiv: proċedura doganali li tippermetti l-importazzjoni b'sospensjoni ta' dazji ta' importazzjoni ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi biex jerġgħu jiġu esportati wara li jkunu ġew ipproċessati. Imħażen doganali: proċedura doganali li tippermetti l-ħażna ta' merkanziji li ġejjin minn pajjiżi terzi b'sospensjoni tad-dazji fl-importazzjoni. Proċeduri ssimplifikati: proċeduri li jippermettu li jiġu ddikjarati l-merkanziji mingħajr l-istqarrijiet jew dokumenti kollha meħtieġa u/jew mingħajr il-bżonn li l-merkanziji jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju doganali. Regolarizzazzjoni hija mbagħad meħtieġa. |

    2.1.2. Il-kontrolli dwar kwistjonijiet ta' kontabilità. |

    Il-ġestjoni tal-kontabilità separata hija kwistjoni rikorrenti fl-azzjoni ta' kontroll tal-Kummissjoni fl-Istati Membri kollha[11]. Din il-kontabilità hija sors rikk ta' informazzjoni dwar kif l-amministrazzjonijiet jeħilsu mir-responsabbiltajiet tagħhom rigward il-ġestjoni tar-RPT (l-intitolamenti, ġestjoni tal-garanziji, is-segwitu tal-irkupru, il-kanċellazzjonijiet, ir-rinunzja għal dejn irrekuperabbli). Il-kontrolli mwettqa fuq din il-kwistjoni matul il-perjodu 2006-2009 kkonfermaw il-persistenza ta' żbalji li l-maġġoranza tagħhom kienu ta' darba minkejja l-linji gwidi pprovduti mill-Kummissjoni f'Diċembru 2007[12]. Madankollu għad fadal żbalji sistematiċi f'ċerti Stati Membri li wasslu għat-tnedija ta' proċeduri ta' ksur. L-Istati Membri assumew il-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-anomaliji misjuba. Madankollu s-sitwazzjoni ġenerali qed titjieb bil-mod minħabba l-pressjoni eżerċitata mill-kontrolli tal-Kummissjoni iżda wkoll, minħabba l-implimentazzjoni, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, tal-għodda tal-informatika doganali u/jew tal-kontabilità, li jippermettu tnaqqis tar-riskji ta' żbalji. L-azzjonijiet dwar din il-kwistjoni se jitkomplew fil-ġejjieni. Barra minn hekk, l-azzjonijiet ta' kontroll, li huma iktar globali, twettqu f'bosta Stati Membri, inklużi dawk li ssieħbu mal-Unjoni fl-2007, sabiex jiġu vvalutati s-sistemi tagħhom ta' ġbir tar-RPT. Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa ppermettew li jkun meqjus li b'mod ġenerali, is-sistemi ta' ġbir implimentati kienu xierqa, anke jekk kien hemm evidenza ta' xi zbalji strutturali u ta' darba. Barra minn hekk, saru diversi azzjonijiet speċifiċi ta' kontroll fir-rigward tat-trattament tad-dejn irrekuperabbli mill-Istati Membri. Ġew identifikati anomaliji (ammonti li għalihom ir-rinunzja ma kinitx iġġustifikata, ammonti mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni eċċ). Uħud minnhom wasslu għal konsegwenzi finanzjarji. | Il-kontabilizzar tar-RPT hija żgurata mill-Istati Membri skont żewġ modalitajiet: - il-kontabilità normali għall-ammonti rkuprati jew garantiti (dawn l-ammonti huma mħallsa fil-baġit tal-Unjoni) - il-kontabilità separata għall-ammonti mhux irkuprati u l-ammonti garantiti li ġew ikkuntestati. Sistema ta' ġbir tar-RPT: Is-sistemi u l-proċeduri kollha li ġew implimentati mill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-aċċertament, il-kontabilizzar, l-irkupru u l-ħlas tar-RPT. Dejn irrekuperabbli jitneħħa mill-kontabilità separata. L-ammont ikkonċernat għandu jsir disponibbli għall-Kummissjoni ħlief jekk in-nuqqas tal-irkupru huwa marbut ma' każ ta' forza maġġuri jew ma jkunx jista' jiġi attribwit lill-Istat Membru. |

    2.2. Segwitu tal-azzjonijiet ta' kontroll tal-Kummissjoni 2.2.1 Segwiti regolamentarji Meta jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet regolamentarji jew amministrattivi nazzjonali waqt kontrolli li jsiru fl-Istati Membri, dawn huma mistiedna jieħdu l-miżuri meħtieġa, inklużi ta' natura leġiżlattiva jew regolamentari, sabiex ikunu konformi mal-eżiġenzi tal-Komunità. Dawn l-emendi jirrappreżentaw konsegwenza immedjata u mhux negliġibbli tal-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-anomaliji li jinstabu huma sors essenzjali ta' informazzjoni fir-rigward tal-problemi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regolamenti doganali u l-impatt tagħhom rigward ir-RPT. |

    2.2.2 Segwiti legali |

    Ċerti punti fir-regolamentazzjoni huma sors ta' diverġenza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-unika għażla tal-Kummissjoni hija li tibda proċedura ta' ksur (l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Fil-31 ta' Diċembru 2009, għaxar fajls kienu miftuħa fil-fażijiet differenti tal-proċedura (tqegħid fil-mora, opinjoni motivata, ftuħ ta' każ fil-Qorti tal-Ġustizzja) fir-rigward ta' sitt Stati Membri. |

    Matul il-perjodu 2006-2009, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, wara proċeduri ta' ksur mibdija mill-Kummissjoni, tat bosta sentenzi importanti. Fejn xieraq, l-Istati Membri kkonċernati kellhom jassumu l-konsegwenzi finanzjarji. Għal xi wħud minn dawn is-sentenzi, dawn il-konsegwenzi finanzjarji għadhom fil-proċess li jiġu evalwati jew imħallsa. |

    Fl-2006, f'sentenza tat-23 ta' Frar[13], il-Qorti kkonfermat ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perjodu ta' żmien li fih id-dazji jridu jiddaħħlu fil-kontijiet meta l-Istati Membri jipproċedu għal kontrolli sussegwenti. Il-Qorti indikat ukoll li d-dħul fil-kontijiet fl-ebda każ ma jwaqqaf id-dritt għad-difiża ta' min għandu jagħti. Fil-5 ta' Ottubru 2006, il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u kkunsidrat li kellhom tort ċerti Stati Membri li rrifjutaw li jħallsu lill-Baġit tal-Komunità ċerti kategoriji ta' ammonti, jiġifieri l-ammonti tar-RPT irkuprati b'mod parzjali fil-qafas ta' pjan ta' pagament bi skala[14] u l-ammonti ta' dazji garantiti u mhux ikkontestati fil-qafas ta' operazzjoni ta' tranżitu mhux imħallsa li saru bħala tranżiti Komunitarji[15] jew taħt il-carnets TIR[16]. Fl-istess jum, il-Qorti rrifjutat appell kontra l-Pajjiżi l-Baxxi minħabba raġuni marbuta mal-piż tal-prova iżda qablet li l-Istati Membri jridu jikkomunikaw ksur jew irregolarità hekk kif isiru jafu dwarha u għalhekk, fejn xieraq, qabel l-iskadenza tal-limiti taż-żmien għar-rilaxx[17]. Barra minn hekk, il-Qorti tirrikonoxxi l-obbligu tal-Istati Membri li jżommu d-dokumenti ta' prova dwar l-istabbiliment ta' perjodu ta' żmien li jippermetti l-emendi u l-kontrolli ta' dawn tal-aħħar[18]. | Dħul fil-kontijiet: id-dħul tal-ammont tad-dazji fir-reġistri ta' kontabilità doganali. Kontrolli sussegwenti: Kontrolli doganali li jsiru wara li l-merkanziji jiġu rilaxxati. Tranżitu mħux rilaxxat: tranżitu li għalih il-wasla tal-merkanziji ma kinitx ipprovata. F'dan il-każ, id-dazji u t-taxxi jridu jiddaħħlu fil-kontijiet u jiġu rkuprati. |

    Fit-18 ta' Ottubru 2007, il-Qorti kkonfermat li n-nuqqas ta' rispett ta' obbligu impost minn regola Komunitarja jikkostitwixxi nuqqas, anke jekk tali nuqqas ma kellux konsegwenzi negattivi fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni[19]. Fit-22 ta' Jannar 2009, il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-istabbiliment u d-dispożizzjoni tar-RPT f'każijiet ta' irregolaritajiet li nstabu matul l-operazzjonijiet ta' ammissjoni temporanja taħt il-carnets ATA[20]. Hi kkonfermat ukoll li din it-tip ta' operazzjoni għandha tiġi kkunsidrata garantita skont it-tifsira tar-regoli dwar ir-RPT. Fid-19 ta' Marzu 2009, il-Qorti sostniet il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dewmien tad-dħul tad-dejn doganali fil-kontijiet li jirriżultaw minħabba nuqqas ta' rilaxx ta' operazzjonijiet ta' tranżitu. Madankollu, għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, hi tikkunsidra li, meta l-merkanziji jkunu waslu fid-destinazzjoni fil-limiti ta' zmien u li r-rilaxx biss kien tard, ma joriġina l-ebda dejn u konsegwentement l-ebda interess fuq ħlas tard ma jista' jiġi applikat[21]. Fl-aħħar, fil-15 ta' Diċembru 2009, il-Qorti kkonfermat li l-Istati ma setgħux jirrifjutaw li jagħmlu disponibbli għall-baġit bħala RPT, id-dazji fuq l-importazzjoni tat-tagħmir militari u materjal ta' użu doppju[22]. In-nuqqasijiet huma relatati mal-perjodu qabel l-1 ta' Jannar 2003 peress li r-Regolament Nru 150/2003 tal-21 ta' Jannar 2003[23] ippreveda wara dik id-data, is-sospensjoni ta' tali dazji taħt ċerti kundizzjonijiet. B'hekk il-Qorti rrifjutat l-argument tal-Istati kkonċernati li kien ibbażat fuq l-Artikolu 296 tat-Trattat tal-KE[24] (possibbiltà li jiġi rrifjutat il-provvediment ta' informazzjoni li t-tixrid tagħha jmur kontra l-interessi ewlenin tas-sigurtà tal-Istati Membri). Il-konsegwenzi finanzjarji għadhom qed jiġu evalwati peress li s'issa, dawn l-Istati Membri dejjem irrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni ta' kontabilità meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. | Carnets ATA: Carnets li jippermettu l-importazzjoni temporanja u t-tranżitu tal-merkanziji li ġejjin minn pajjiżi terzi mingħajr dazji u taxxi bejn pajjiżi differenti li jiffurmaw parti mill-Konvenzjoni ATA. (Konvenzjoni għall-ammissjoni temporanja tal-merkanziji) |

    2.2.3 Segwiti finanzjarji |

    Matul il-perjodu 2006-2009, l-ammonti netti addizzjonali mħallsa lill-Kummissjoni, wara osservazzjonijiet li jidhru fir-rapporti ta' kontrolli, wara l-kontrolli tal-Qorti tal-Awdituri jew wara attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni jammontaw għal iktar minn EUR 130 miljun[25]. Barra minn hekk, l-interessi fuq ħlas tard kienu mitluba biex jitpoġġew għad-dispożizzjoni tard tar-RPT. L-ammont totali ta' dawn l-interessi, imħallsa mill-Istati Membri, kien ta' kważi EUR 107 miljun[26]. |

    2.3. Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-irkupru tar-RPT |

    B'mod parallel mal-kontrolli li saru fuq il-post fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha bosta mezzi oħra li jippermettulha li tissorvelja l-attività ta' rkupru tar-RPT. L-użu xieraq ta' dawn il-mezzi jippermetti wkoll li jissaħħaħ b'mod effiċjenti dan l-irkupru. |

    2.3.1 L-eżaminar tar-rinunzja ta' dejn irrekuperabbli |

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħmlu disponibbli r-RPT, ħlief fil-każijiet fejn l-irkupru tagħhom huwa impossibbli minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri jew minħabba raġunijiet li ma jkunux tort tagħhom (Artikolu 17(2) tar-Regolament 1150/2000). Skont ir-regolamenti, il-Kummissjoni biss tista' tirrilaxxa Stat Membru milli jagħmel disponibbli ammont irrekuperabbli li jkun iktar minn EUR 50 000. Fir-rigward tal-ammonti li jkunu inqas minn dan il-limitu, l-Istati Membri stess jiddeċiedu (mingħajr ħsara għall-kontrolli fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni) jekk il-kondizzjonijiet għar-rinunzja kinux sodisfatti. L-eżaminar tat-talbiet ta' rinunzja mill-Kummissjoni kienet kompitu partikolarment importanti u li dejjem qed jikber. Tabilħaqq, bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 2028/2004 tas-16 ta' Novembru 2004, il-kunċett ta' ammonti irrekuperabbli b'mod definit kien speċifikat u l-kondizzjonijiet speċifiċi kienu stabbiliti sabiex iqisu ċertu ammonti bħala irrekuperabbli. Dawn il-kondizzjonijiet il-ġodda ppermettew lill-Istati Membri biex "inaddfu" il-kontijiet separati tagħhom billi jneħħu diversi ammonti meqjusa bħala irrekuperabbli. Sabiex isir dan, kien stabbilit perjodu tranżitorju li ntemm fit-30 ta' Settembru 2009. Għalhekk il-Kummissjoni kellha taffaċċja żieda ferm importanti fin-numru ta' talbiet, partikolarment fl-2008 u l-2009, sfida li rnexxiela tilqa'. Barra minn hekk, għall-perjodu bejn l-2006 u l-2009, 1017 fajl (li minnhom 589 kienu għas-sena 2008 waħedha) ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni għall-ammont gross ta' kważi EUR 394 miljun[27]. Fir-rigward ta' talbiet trattati waqt dan il-perjodu (każijiet pendenti u każijiet ġodda ppreżentati waqt dan il-perjodu), 497 rinunzja ġew mogħtija mill-Kummissjoni, li jirrappreżentaw ammont ta' kważi EUR 152 miljun. Min-naħa l-oħra, ġew irrifjutati 168 każ, li jikkorrispondu għal iktar minn EUR 62 miljun (ammont gross), li ġew mitluba biex isiru disponibbli. Il-Kummissjoni kellha titlob l-Istati Membri għal iktar informazzjoni għal kważi 50% tal-fajls eżaminati. Fil-31 ta' Diċembru 2009, 165 talba li jinvolvu madwar EUR 57 miljun kienu għadhom qed jiġu pproċessati. Madankollu, bażi tad-dejta ġdida, imsemmija WOMIS (Write-Off Management and Information System), bdiet taħdem mill-1 ta' Jannar 2010. WOMIS huwa għodda multilingwi maħluq biex jippermetti t-trażmissjoni tat-talbiet ta' rifjut, bl-għajnuna ta' softwer ibbażat fuq l-internet ta' bażi tad-dejta u ta' komunikazzjoni, użat mill-utenti awtorizzati tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Dan se jiżgura ġestjoni iktar faċli u iktar sigura tat-talbiet tal-Istati Membri u se jippermetti l-produzzjoni ta' ċifri u ta' informazzjoni utli għas-segwitu ta' dawn it-talbiet. | Talba ta' ezenzjoni mill-obbligu li d-dejn irrekuperabbli jsir disponibbli wara li jkunu ġew irrinunzjati: il-proċedura li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-karattru irrekuperabbli tat-talba huwiex minħabba l-Istat Membru jew le. F'każ ta' rifjut, l-ammont għandu jitħallas lill-Kummissjoni. L-eżaminar mill-Kummissjoni tal-każijiet ikkomunikati għandha l-għan li tapprezza d-diliġenza murija mill-Istati Membri fl-eżekuzzjoni tal-irkupru. Dan il-mezz għandu l-effett li jħeġġiġhom iwettqu l-azzjonijiet tagħhom sew. |

    2.3.2 It-trattament tal-iżbalji fl-aċċertament li jagħtu lok għat telf tar-RPT. |

    Fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Novembru 2005[28], il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u għarfet biċ-ċar li l-obbligu tal-Istati Membri li jaċċertaw l-intitolament tal-Komunitajiet dwar ir-RPT (imbagħad ipoġġuh għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni) jibda malli l-kondizzjonijiet previsti mir-regolamenti doganali jintlaħqu. Għalhekk fil-fatt mhuwiex meħtieġ li l-aċċertament isir. Ir-rinunzja għad-disponibilità mhijiex possibbli ħlief meta l-ammont ikun irrekuperabbli minħabba forza maġġuri jew minħabba raġunijiet li mhumiex attribwibbli għal Stat Membru. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jassumu l-konsegwenzi finanzjarji tal-iżbalji tagħhom. Fuq il-bażi ta' din il-każistika, matul il-perjodu 2006-2009, il-Kummissjoni wettqet kontrolli tal-iżbalji amministrattivi magħmula mill-Istati Membri kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (kontrolli fuq il-post, komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet nazzjonali ta' rimbors jew ta' maħfra ta' dazji minħabba żball amministrattiv eċċ). Permezz ta' dan is-segwitu, il-Kummissjoni setgħet titlob l-Istati Membri, matul il-perjodu 2006-2009, li iktar minn EUR 85 miljun (ammont gross) isiru disponibbli. |

    2.3.3. Il-bażi tad-dejta OWNRES |

    Skont ir-Regolament Nru 1150/2000, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet dwar l-ammonti tal-intitolament ta' iktar minn EUR 10 000. Din l-informazzjoni hija kkomunikata permezz tal-bażi tad-dejta OWNRES. Din il-bażi tad-dejta tippermetti lill-Kummissjoni li jkollha l-informazzjoni meħtieġa biex tipproċedi għall-irkupru u għat-tħejjija tal-kontrolli tagħha fuq il-post. Id-dejta kkomunikata hija wkoll użata għal diversi analiżi mill-Uffiċċju kontra l-frodi (OLAF). | Bażi tad-dejta OWNRES : Bażi tad-dejta aġġornata mill-Istati Membri li tiġbor il-każijiet kollha ta' frodi u irregolaritajiet li jsiru mill-Istati Membri li jaqbżu l-ammont ta' EUR 10000. |

    2.4. L-azzjonijiet ta' monitoraġġ, li saru fl-Istati li ser jissieħbu. |

    Bil-ħsieb tal-preparazzjoni tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, fl-2006 il-Kummissjoni għamlet żjarat ta' monitoraġġ, speċifiċi għall-qasam tar-RPT. Dawn iż-żjarat ta' monitoraġġ kif ukoll l-eżerċizzji ta' simulazzjoni ta' kontabilità ppermettew lill-Kummissjoni li tikseb, qabel l-adeżjoni, grad aċċettabli ta' żgurar rigward il-ħila amministrattiva tagħhom fl-applikazzjoni tal-acquis communautaire fil-qasam tar-RPT. Rigward il-Kroazja, mill-2008 qed jopera programm ta' monitoraġġ, b'mod li l-adeżjoni titħejja fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli. Dan se jitkompla fl-2010. |

    3. EVALWAZZJONI TAS-SISTEMA TA' KONTROLL |

    L-anomaliji li ġew osservati fit-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-RPT matul il-perjodu 2006-2009 jikkonfermaw, bħall-eżerċizzji preċedenti, il-benefiċċju kollu li tista' tieħu l-Kummissjoni mill-kontrolli li tagħmel. Ir-rettifika mill-Istati Membri tal-proċeduri nazzjonali mhux konformi tagħhom, l-aġġustamenti fil-kontabilità, il-korrezzjonijiet speċifiċi tal-anomaliji osservati, l-ispjegazzjoni tat-testi Komunitarji, it-titjib kollettiv tar-Regolamenti tal-Komunità f'każ ta' tħaddim ħażin persistenti, eċċ, jikkostitwixxu l-istrumenti tradizzjonali li bihom il-Kummissjoni tagħti segwitu għall-azzjonijiet ta' kontroll. L-impatti finanzjarji jikkostitwixxu konsegwenzi viżibbli tal-verifiki li jsiru fuq il-post; madankollu, huma waħedhom ma jiġġustifikawx l-interess ta' dawn il-verifiki. Tabilħaqq, l-għan ewlieni ta' dawn il-kontrolli differenti hu li jiżgura li l-baġit tal-UE huwa ffinanzjat b'mod xieraq f'termini tar-riżorsi proprji tradizzjonali. Huma jippermettu wkoll, permezz tal-informazzjoni kollha miġbura mill-Istati Membri, li jittejjeb ir-rispett tar-regoli Komunitarji u li jiġi influwenzat ukoll il-proċess ta' titjib tar-regolamentazzjoni sabiex jitħarsu aħjar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |

    4. KONKLUżJONI

    Ir-riżultati rreġistrati fis-snin 2006-2009 jikkonfermaw il-ħtieġa ta' kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni. Dan kien enfassizzat speċjalment fuq il-livell ta' titjib tar-rispett tad-dispożizzjonijiet Komunitarji marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, iżda wkoll fuq il-livell finanzjarju (ammont nett disponibbli ta' madwar EUR 237 miljun ). Dawn l-azzjonijiet ta' kontroll jippermettu wkoll il-garanzija ta' ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri kemm fuq il-livell ta' applikazzjoni tar-regoli ta' natura doganali u ta' kontabilità kif ukoll fuq il-livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    Għall-futur, il-Kummisjoni trid:

    - iżżomm ir-rwol tagħha fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post , filwaqt li tkompli ttejjeb it-tekniki ta' kontroll tagħha, (strumenti ta' verifika eċċ.);

    - tkompli s-sorveljanza msaħħa tal-attivitajiet ta' rkupru fl-Istati Membri;

    - tkompli l-azzjoni tagħha ta' monitoraġġ fil-pajjiżi li ser jissieħbu, bil-għan li tikseb grad aċċettabbli ta' żgurar li s-sistemi ta' ġbir tar-RPT ta' dawn il-pajjiżi huma ekwivalenti għall-eżiġenzi tal-Komunità, u dan mhux iktar tard mill-mument tal-adeżjoni tagħhom.

    -

    [1] L-Artikolu 18(5), tar-Regolament Nru 1150/2000.

    [2] ĠU L163, 23.6.2007, p. 17.

    [3] ĠU L130, 31.5.2000, p. 1-9, emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 105/2009 tas-26 ta' Jannar 2009 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 1).

    [4] ĠU L126, 20.5.1999, p. 1.

    [5] COM (06) 874 9.1.2007 (il-ħames rapport li jkopri s-snin 2003-2005).

    [6] Ir-rapport huwa dwar il-kontrolli li saru mill-Istituzzjonijiet Komunitarji (Kummissjoni u Qorti tal-Awdituri). Hu ma jittrattax il-kontrolli li saru mill-Istati Membri li r-riżultati tagħhom huma ppubblikati fir-rapport annwali stabbilit skont l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    [7] Ara l-Anness 2 għad-distribuzzjoni tal-kwistjonijiet ta' kontroll bejn l-Istati Membri.

    [8] Kontrolli mwettqa fid-Danimarka, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija.

    [9] Ara l-Anness 2 għad-distribuzzjoni tal-kwistjonijiet ta' kontroll bejn l-Istati Membri.

    [10] Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Awstrija u r-Rumanija.

    [11] Kull missjoni ta' kontroll tinkludi din il-kwistjoni flimkien mal-kwistjoni prinċipali.

    [12] Dokument ACOR/2007-12/aġenda-04

    [13] Kawża C-546/03.

    [14] Kawża C-378/03.

    [15] Kawża C-275/04.

    [16] Kawża C-105/02 u Kawża C-377/03.

    [17] Kawża C-312/04.

    [18] Kawża C-275/04.

    [19] Kawża C-19/05.

    [20] Kawża C-150/07.

    [21] Kawża C-275/07.

    [22] Kawżi C-284/05, C-294/05, C-372/05, C-387/05, C-239/06, C-409/05 u C-461/05.

    [23] ĠU L25, 30.1.2003, p.1

    [24] L-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    [25] Din iċ-ċiffra ma tkoprix l-ammonti li ġew mitluba lill-Istati Membri iżda li għadhom mhumiex disponibbli.

    [26] Dawn iċ-ċifri jibqgħu parzjali, speċjalment għas-sena 2009, peress li l-konsegwenzi finanzjarji ma jistgħux jiġu evalwati għal kollox ħlief ladarba l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa tinġabar mill-Istati Membri.

    [27] Għall-2003-2005, il-Kummissjoni rċeviet 176 fajl fir-rigward ta' kważi EUR 39 miljun.

    [28] Kawża C-392/02.

    Top