This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010BP0453
Mobilisation of the EU Solidarity Fund: Portugal - floods; France - storm Xynthia European Parliament resolution of 14 December 2010 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund, in accordance with point 26 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))#ANNEX
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))
ANNESS
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))
ANNESS
ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 145–146
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 169/145 |
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata)
P7_TA(2010)0453
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))
2012/C 169 E/22
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0578 – C7-0323/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2010), |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-xxx
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri. |
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa' livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat. |
(4) |
Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta’ Madeira. |
(5) |
Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata “Xynthia”, |
ADDOTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President