Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0469

    Il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament inkarigati bl-immigrazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni (COM(2009)0322 – C7-0055/2009 – 2009/0098(COD))
    P7_TC1-COD(2009)0098 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni

    ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 174–175 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 169/174


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    Il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament inkarigati bl-immigrazzjoni ***I

    P7_TA(2010)0469

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni (COM(2009)0322 – C7-0055/2009 – 2009/0098(COD))

    2012/C 169 E/34

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0322),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63(3)(b) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0055/2009),

    wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 79(2), punt ċ) tat-Trattat FUE,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Diċembru 2010 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0342/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    P7_TC1-COD(2009)0098

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 493/2011).


    Top