This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0334
European Supervisory Authority (European Insurance and Occupational Pensions Authority) ***I European Parliament legislative resolution of 22 September 2010 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Insurance and Occupational Pensions Authority (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))#P7_TC1-COD(2009)0143 Position of the European Parliament adopted at first reading on 22 September 2010 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2010 of the European Parliament and of the Council establishing a European Supervisory Authority (European Insurance and Occupational Pensions Authority), amending Decision No 716/2009/EC and repealing Commission Decision 2009/79/EC#ANNEX
Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))
P7_TC1-COD(2009)0143 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 22 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE
ANNESS
Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))
P7_TC1-COD(2009)0143 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 22 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE
ANNESS
ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 209–210
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 50/209 |
L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) ***I
P7_TA(2010)0334
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))
2012/C 50 E/18
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0502), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0168/2009), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Jannar 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2010 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Settembru 2010, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0170/2010), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
2. |
Jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-Kimmissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(2) Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitiwixxi l-emendi adottati fis-7 Lulju 2010 (Testi adottati, P7_TA(2010)0273).
L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
P7_TC1-COD(2009)0143
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1094/2010.)
L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
ANNESS
Stqarrijiet tal-Kummissjoni
Dikjazzjoni marbuta mas-setgħat ta’ sorveljanza fuq l-aġenzija li jikklassifikaw il-krediti u oqsma oħrajn
“Il-Kummissjoni tieħu nota li ntlaħaq ftehim biex jingħataw ċerti setgħat ta’ sorveljanza lill-AETS għar-rigward tal-aġenzija ta’ notazzjoni. Il-Kummissjoni tikkunsira li jista' jkun utli, fil-ġejjieni, li jingħataw il-kompetenzi ta’ sorveljanza lill-Awtoritajiet Ewropej f'oqsma oħrajn ukoll. Dawn ikunu jistgħu, b'mod partikolari, ikunu jikkonċernaw ċerti infrastrutturi tas-suq. Il-Kummissjoni mbagħad teżamina dawn il-kwestjonijiet bit-tir li tapprofondihom u tagħmel il-proposti leġiżlattivi li jistgħu jidhrulha xierqa.”
Dikjarazzjonijiet marbutin mal-ġestjoni tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni tagħhom
“Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ Mejju 2010 dwar il-Fondi ta’ Riżoluzzjoni tal-Banek, il-Kummissjoni saħqet li ‘ewwel pass adatt jista' jkun sistema bbażata fuq l-istabbiliment ta’ netwerk armonizzat ta’ fondi nazzjonali marbutin ma’ sett ta’ arranġamenti kkoordinati għall-maniġġar ta’ kriżijiet nazzjonali’.
Il-Kummissjoni tikkonferma li fiħsiebha tagħmel proposti leġiżlattivi għal ġabra sħiħa ta’ għodod għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ banek li qed ifallu fir-Rebbiegħa 2011. Din tkun tiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jirriżolva l-istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu filwaqt li jkun imminimizzat l-impatt tal-fallimenti fuq is-sistema finanzjarja, b'mod li jiġi limitat id-dannu għall-ekonomija u l-użu tar-riżorsi mis-settur pubbliku.
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ESAs għandu jkollhom rwol importanti f'dawn is-setturi u li se teżamina liema setgħat konċernanti l-għodod għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-banek li qed ifallu għandhom jingħatawlha.
Dawn l-arranġamenti huma l-ewwel pass u jiġu rieżminati fl-2014 bit-tir li jinħolqu arranġamenti integrati għall-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ sorveljanza, kif ukoll, għat-tul, Fond ta’ Riżoluzzjoni tal-Unjoni.”