This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0162
Migration from the Schengen Information System (SIS 1+) to the second Schengen Information System (SIS II) (amendment of Decision 2008/839/JHA) * European Parliament legislative resolution of 18 May 2010 on the proposal for a Council regulation amending Decision 2008/839/JHA on migration from the Schengen Information System (SIS 1+) to the second generation Schengen Information System (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE))
Il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)
Il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)
ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 172–177
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 161/172 |
It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
Il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) *
P7_TA(2010)0162
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)
2011/C 161 E/28
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2010)0015),
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0040/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0127/2010),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS 1+RE bħala pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ falliment tas-SIS II, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur dwar l-istabbiliment tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006 (1) u bħala awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li jsiru skrutinju parlamentari sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE; |
4. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
5. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
Emenda 1 |
|||||
Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 |
|||||
|
|
||||
Emenda 2 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 4 |
|||||
|
|
||||
Emenda 3 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 6 |
|||||
|
|
||||
Emenda 4 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 16 a (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 5 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 (ġdid) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 1 – paragrafu 1 |
|||||
|
|
||||
Emenda 6 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 1 - paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||
|
|
||||
Emenda 7 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 11 – paragrafu 2 |
|||||
2. L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanju għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni. |
2. L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni , mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Jekk tiġi implimentata soluzzjoni teknika alternattiva kif imsemmi fl-Artikolu 11(5a), dik id-data tista' titbiddel skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17(2). |
||||
Emenda 8 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 11 - paragrafu 5 |
|||||
|
|
||||
Emenda 9 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid) |
|||||
|
|
||||
Emenda 10 |
|||||
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3c (ġdid) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 14 – paragrafu 5 a (ġdid) |
|||||
|
|
||||
Emenda 11 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 17a – paragrafu 1 |
|||||
1. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta’ esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn 'il quddiem il-“GPMB”), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II. |
1. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta’ esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn 'il quddiem il-“GPMB”), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Dan għandu jiffaċilita l-konsistenza u jipprovdi koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II. |
||||
Emenda 12 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 17a – paragrafu 2 |
|||||
2. Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta’ 10 esperti . Massimu ta’ tmien esperti u numru ugwali ta’ sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Żewġ esperti u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. L-uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB. |
2. Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta’ 10 membri, li għandhom ikunu kkwalifikati biex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp tal-SIS II u li għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari . Massimu ta’ tmien membri u numru ugwali ta’ sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Massimu ta’ żewġ membri u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Membri interessati jew persunal rilevanti tal-Parlament Ewropew, esperti mill-Istati Membri u uffiċjali tal-Kummissjoni involuti direttament fl-iżvilupp tal-proġetti tal-SIS II jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni jew l-istituzzjoni rispettiva tagħhom. Il-GPMB jista' jistieden esperti oħrajn biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-GPMB kif definit fit-termini ta’ referenza, bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni, l-istituzzjoni jew il-kumpanija rispettiva tagħhom. |
||||
Emenda 13 |
|||||
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 17 a – paragrafu 5 |
|||||
5. Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta’ referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni. |
5. Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta’ referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni. It-termini ta’ referenza tal-GPMB għandhom jinkludu rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti regolari u li dawn ir-rapporti jkunu disponibbli għall-Parlament Ewropew sabiex ikun żgurat li jkun hemm skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ. |
||||
Emenda 14 |
|||||
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 17 a – paragrafu 6 |
|||||
6. Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta’ esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw. |
6. Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta’ esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw. L-approprjazzjonijiet neċessarji sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mil-laqgħat tal-GPMB se jiġu mill-approprjazzjonijiet li bħalissa huma previsti fl-Ipprogrammar Finanzjarju 2010-2013 għas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II). |
||||
Emenda 15 |
|||||
Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI Artikolu 19 |
|||||
Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 533/2007/ĠAI. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 2007/533/ĠAI, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 . |
(1) Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).