EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AE0638

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)” COM(2010)12 – 2010/0004 (COD)

ĠU C 18, 19.1.2011, p. 114–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/114


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)”

COM(2010)12 – 2010/0004 (COD)

2011/C 18/21

Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH

Nhar id-19 ta’ Frar 2010 u nhar it-18 ta’ Frar 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, iddeċiedew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)

COM(2010)12 – 2010/0004 (COD)

Nhar is-16 ta’ Frar 2010, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad-29 ta’ April) li jaħtar lis-Sur Symth bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’103 voti favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-KESE jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jirregola l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007–2010) issa ġiet ibbażata fuq l-Artikoli 175 u 352(1) tat-TFUE u għaldaqstant hija konformi mad-deċiżjoni tal-Kawża C-166/07 tat-3 ta’ Settembru 2009 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

1.2   Il-KESE japprova din il-proposta.

2.   Raġunijiet u rakkomandazzjonijiet

2.1   Fl-1986 il-gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Irlanda ħolqu l-Fond Internazzjonali għall-Irlanda bil-għan li jippromovu l-avvanz soċjali u ekonomiku u jħeġġu r-rikonċiljazzjoni bejn in-Nazzjonalisti u l-Unjonisti fil-gżira tal-Irlanda. L-Unjoni Ewropea hi waħda mill-ikbar donaturi, flimkien mal-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand, tal-EUR 849 miljun li appoġġjaw aktar minn 5 700 proġett fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej konfinali tal-Irlanda għal aktar minn 20 sena.

2.2   Fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar “Ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq (1) il-KESE jenfasizza l-importanza tal-Fond Internazzjonali għall-Irlanda u jappoġġja l-idea li tiġi emendata mill-aktar fis possibbli l-bażi legali li fuqha huma rregolati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-Fond Internazzjonali għall-Irlanda għall-perijodu 2007–2010, fid-dawl tal-Kawża C-166/07 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Brussell, 29 ta’ April 2010.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 100, punt 6.4.8.


Top