Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1016(04)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    ĠU C 248, 16.10.2009, p. 26–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 248/26


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    2009/C 248/08

    Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjoni jridu jilħqu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SOMMARJU

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “GYULAI KOLBÁSZ” JEW “GYULAI PÁROSKOLBÁSZ”

    Nru tal-KE: HU-PDO-0005-0394-21.10.2004

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

    Isem:

    Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium, Élelmiszerlánc-elemzési Főosztály (Dipartiment tal-Analiżi tal-Katina Alimentari tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali)

    Indirizz:

    Budapest

    Kossuth Lajos tér 11.

    1055

    MAGYARORSZÁG/HUNGARY

    Tel.

    +36 13014419

    Fax

    +36 13014808

    Emejl

    zobore@fvm.hu

    2.   Grupp:

    Assoċjazzjoni għall-użu tat-tismija ġeografika tal-prodott GYULAI

    Isem:

    Gyulai Húskombinát Zrt.

    Indirizz:

    Gyula

    Kétegyházi út 3.

    5700

    MAGYARORSZÁG/HUNGARY

    Tel.

    +36 66620220

    Fax

    +36 66620202

    Emejl

    info@gyulahus.hu

    Isem:

    Csabahús Kft.

    Indirizz:

    Békéscsaba

    Kétegyházi út 8.

    5600

    MAGYARORSZÁG/HUNGARY

    Tel.

    +36 66443211

    Fax

    +36 66441723

    Emejl

    csabahus@csabahus.hu

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/Proċessaturi ( X ) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Grupp 1.2:

    Prodotti tal-laħam

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sommarju ta' rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” huwa prodott mil-laħam u s-sonża imqatta' tar-razez imħallta tal-ħnieżer Hungarian Large White tat-tip għal-laħam, varjetajiet tal-ħnieżer “Mangalica” tal-pil twil u tal-artijiet baxxi Ungeriżi, u l-varjetajiet Hampshire, Duroc u Pietrain u l-ibridi tagħhom, imsemmna sa piż ta' mill-inqas 135 kg. Il-kwalità xierqa tal-laħam tal-majjal meħtieġ għall-produzzjoni ta' “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” tinkiseb bid-dissussar bl-idejn, li jippermetti li jitneħħew għal kollox l-għeruq tal-muskoli minn mal-għadam waqt l-ipproċessar ta' kważi kull parti tal-ħanżir li jkollha l-laħam.

    “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” huwa prodott tal-laħam b'minimu ta' 15 % (m/m) kontenut tal-proteina mingħajr tessut konnettiv, li jikkonsisti minn laħam tal-majjal u sonża kkappuljati f'biċċiet ta' 4-6 mm, imdeffsa fl-imsaren tal-ħnieżer (jew, meta prodotti għat-tiflil, f’imsaren artifiċjali li jista' jgħaddi minnhom il-fwar) f'pari, imħawra bil-melħ, paprika ħelwa u taħraq mitħuna, tewm, bżar u ħlewwa mitħuna, iffumigati l-aktar fuq l-injam tal-fagu, u mqadda u ppreżervati bit-tnixxif.

    “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” għandu dijametru ta' 26-40 mm, u jiġi f'pari ta' 18-26 ċm jew fi flieli. L-imsaren li jiffurmaw il-qoxra huma ndaf, mingħajr ħsarat jew moffa, b'wiċċ kemmxejn imqabbeż, lewn ħamrani-kannella, bil-biċċiet tas-sonża jidhru minn ġo fihom. Jiffurmaw sustanza kumpatta, u huma flessibbli, magħquda u faċli biex tqattagħhom. Il-wiċċ maqtugħ jikxef biċċiet tal-laħam u tas-sonża ta' 4-6 mm mifruxin regolarment u mdeffsa f'għaġna tal-laħam. Għandu riħa pjaċevoli mħawra u mdaħħna u t-taħlita tal-ħwawar użati tagħtih it-togħma u l-aroma armonjużi tiegħu.

    Jinbiegħ f'pari, b'tikketta madwar waħda miz-zalzettiet. “Gyulai kolbász” jew“ Gyulai pároskolbász” jiġi wkoll ippakkjat f'pari f'vakum jew atmosfera mmodifikata, f'pakketti stampati. “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” li huwa prodott speċifikament biex jinbiegħ fi flieli jkun itwal u ma jiġix f'pari; l-imsaren jitneħħew, u wara t-tiflil jinbiegħ f'unitajiet ta' daqsijiet varji ppakkjati f'vakum.

    Il-kompożizzjoni kimika tal-prodott:

    Attività tal-ilma

    Massimu 0,91

    Proporzjon ilma/proteina

    Massimu 1,5

    Proporzjoni xaħam/protejina

    Massimu 2,7

    Kontenut ta' xaħam/proteina mingħajr tessut konnettiv

    minimu 15 %

    Kontenut ta' klorur tas-sodju

    Massimu 5 %

    4.3.   Żona ġeografika:

    “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” jiġi prodott fi ħdan il-konfini amministrattivi tal-ibliet ta' Gyula u Békéscsaba.

    4.4.   Prova tal-oriġini:

    Jitwaħħal numru tal-identifikazzjoni ma' kull unità ta' materjal nej u sekondarju li jasal fl-impjant, u dan jintwera sew fuq id-dokumenti tal-produzzjoni kif ukoll fuq il-materjali nfushom.

    Il-prodott li jkun se jiġi mmanifatturat jingħata numru ta' kodiċi permanenti li jidentifikah f'kull fażi tal-proċess. Numru tal-unità, li jkun fih in-numru tal-kodiċi tal-prodott u d-data tal-produzzjoni, jintuża biex jiġi identifikat il-prodott lest. Fid-dokumenti tal-produzzjoni, tiġi inkluża informazzjoni dwar il-materjali nejjin u sekondarji.

    In-numru tal-unità – u konsegwentament l-identifikazzjoni tal-unità – japplika għall-kwantitajiet tal-produzzjoni ta' kuljum.

    It-tikketta fuq il-prodott ippakkjat ikollha d-data tal-pakkett jew id-data tal-iskadenza. B'dan it-tagħrif, in-numru tal-unità jista' jiġi identifikat mid-dokumenti tal-ippakkjar ta' kuljum.

    Id-dokumenti irreġistrati jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha dwar il-produzzjoni ta' kwalunkwe prodott lest tkun tista' terġa' tinkiseb retrospettivament.

    4.5.   Il-metodu ta' produzzjoni:

    “Gyulai kolbász” or “Gyulai pároskolbász” huwa prodott mill-koxxa, l-għaksa tad-driegħ, l-għaksa tal-irkoppa, iż-żaqq, l-ispalla, u l-għenuq (bid-dissussar bl-idejn) tan-nofs karkassi (bla ras u bla saqajn) u s-sonża (mingħajr glandoli) ta' razez imħallta speċifiċi ta' ħnieżer.

    Il-partijiet tal-laħam (friżati minn - 2 sa - 4 °C jew imberrda minn qabel minn 0 sa 7 °C) jiġu kkappuljati bil-magna f'biċċiet ta' 4-6 mm, imbagħad jiżdiedu l-ħwawar u l-melħ tan-nitriti. L-għaġna li toħroġ minn dan il-proċess (li għandha temperatura ta' 0 sa - 4°C) tiddeffes bil-magna fl-imsaren tal-ħnieżer jew imsaren artifiċjali li jgħaddi minnhom il-fwar f'pari, u z-zalzettiet imbagħad jinqatgħu minn mat-tarf.

    Iz-zalzettiet mimlija jiġu mbagħad iffumigati fuq injam jinħaraq bil-mod (l-aktar il-fagu) għal jumejn sa tlett ijiem f'temperatura ta' 20 °C fi spazju b'umdità relattiva ta' 90 sa 70 %.

    Wara l-iffumigar, iz-zalzett jitqadded u jitnixxef. Sabiex jiġu evitati difetti tal-kwalità (il-formazzjoni ta' qoxra), il-parametri tat-tqaddid bit-tnixxif huma stipulati b'tali mod li d-differenza bejn l-umdità relattiva tal-ekwilibriju (ERH) taz-zalzett u l-umdità relattiva ambjentali (RH) tal-kamra ma jaqbżux 4 sa 5 %. It-temperatura ambjentali tipika hija ta' 16 sa 18 °C; l-umdità relattiva ta' 90 sa 92 % titnaqqas gradwalment għal 65 % sa 70 %. It-tnixxif jitkompla sakemm l-attività tal-ilma fiz-zalzett tilħaq 0,91, proċess li jieħu bejn 14 u 16-il jum. Dan jiġi segwit mill-post maturazzjoni, li tulha l-kontenut tal-umdità tal-prodtt ippakkjat jitwitta, il-wiċċ maqtugħ isir konsistenti u s-sustanza aktar imrammla, u l-kukur jistabbilizza bħala riżultat tal-effett antiossidanti tal-ħwawar. Dawn il-proprjetajiet, magħquda ma' togħma matura, jagħżlu għal kollox il-“Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” mit-togħma u l-konsistenza ta' prodotti oħra mqiegħda fis-suq.

    4.6.   Rabta:

     

    Preżentazzjoni taż-żona ġeografika:

    L-ibliet ta' Gyula and Békéscsaba jinsabu f'waħda mill-aktar partijiet baxxi tal-Ungerija, fir-rokna tax-Xlokk tal-Pjanura l-Kbira, f'altitudni ta' 87 u 88 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar rispettivament. Iż-żona għandha klima kontinentali moderata li hija karatteristika tal-Pjanura l-Kbira kollha kemm hi, fejn l-effetti kontinentali huma dominanti iżda jfeġġu effetti Mediteranji u oċeaniċi minn żmien għall-ieħor. Il-pajżaġġ u l-klima fir-reġjun ta' Gyula u Békéscsaba huma ddeterminati mix-xmajjar. Daqstant importanti huma l-foresti, speċjalment il-foresta Mályvád fejn Gyula li għandha għadd ta' varjetajiet ta' siġar primordjali. Ir-reġjun għandu tradizzjonijiet antiki ta' produzzjoni ta' ċereali u trobbija tal-annimali dovuti għal kundizzjonijiet agroekoloġiċi favorevoli. Il-kumbinazzjoni xxurtjata ta' dawn il-kundizzjonijiet għamlet l-inħawi immedjati ta' Gyula u Békéscsaba waqfa importanti għall-karovani tas-swieq li kieku jkunu qed jivjaġġaw mill-Balkani għall-fieri ta' Vjenna, mill-1880 'il quddiem. Fost l-oħrjan, kienu jieqfu hawn għal ftit mistrieħ il-kummerċjanti ġejjin u sejrin mill-fieri tal-bhejjem; il-foresti u x-xmajjar kienu post ideali biex l-annimali jistrieħu, jintemgħu, jinsqew u jinħaslu. L-annimali midruba kienu jinqatlu u jiġu pproċessati f'dawn l-ibliet. Dawk fost il-biċċiera u tal-laħam li l-aktar li kien jilħqilhom ħejjew irwieħhom biex jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet u jaqdu l-għadd kbir ta' barranin. B'hekk, wittew it-triq għall-industriji tal-ġejjieni fil-qasam tal-ipproċessar tal-laħam f'dawn l-ibliet. Sa kmieni fis-seklu 20, tal-laħam kienu kisbu esperjenza konsiderevoli, u xi wħud minnhom ħadu l-prodotti tagħhom fl-akbar fieri domestiċi u internazzjonali.

     

    L-istorja u r-reputazzjoni ta' “Gyulai kolbász” jew“Gyulai pároskolbász”:

    Fama internazzjonali tassew għaz-zalzett kisibha József Balogh Jr. li rebaħ medalja tad-deheb fil-Fiera Dinjija tal-1910 fi Brussell. L-impriża stabbilita minn József Balogh żvilupat f'negozju tal-familja kbir. Il-produzzjoni mekkanizzata fuq skala kbira ta' “Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” hija marbuta ma' András Stéberl li fl-1912 kien apprentist ta' József Balogh fejn tgħallem u tkisser fis-sengħa. Fl-1953, András Stéberl, imgħallem fil-manifattura taz-zalzett, ħa l-prodotti tiegħu fil-Fiera Dinjija ta' Brussell. Il-“Gyulai kolbász żgħir f'par” li ppreżenta rebaħ ċertifikat tad-deheb. András Stéberl xtara impjant f'nofs il-belt fejn nieda l-manifattura “industrijali” tal-“Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” u prodotti oħra taz-zalzett imnixxef. L-impjant żviluppa f'waħda mill-akbar fabbriki tal-ipproċessar tal-laħam, u li kien jimpjega ħaddiema tas-sengħa mill-inħawi tal-madwar.

    Il-produzzjoni tal-“Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász” kompliet wara t-Tieni Gwerra Dinjija u n-nazzjonalizzazzjoni u l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji kmieni fl-era Komunista. Kif jixhdu l-bosta premji ta' kwalità mirbuħa, irnexxielhom jingħaqdu tradizzjonijiet qodma s-sekli ma' teknoloġija u teknika moderni.

    Fiera Dinjija ta' Brussell 1910, medalja tad-deheb, ċertifikat onorarju;

    Fiera Dinjija ta' Brussell 1935, medalja tad-deheb, ċertifikat onorarju;

    Id-dritt li tintuża l-emblema Kiváló Áruk Fóruma (Prodott Ungeriż eċċellenti);

    Foodapest Success Award, 2000;

    Magyar Termék Nagydíj (Gran Premju tal-Prodott Ungeriż), 2001;

    Magyar Minőség Háza (Dar il-Kwalità Ungeriża) 2001; u

    Premju speċjali għall-iżvilupp tal-esportazzjoni, 2001.

    Artikli fl-istampa nazzjonali u reġjonali kkonfermaw ir-reputazzjoni tal-“Gyulai kolbász” jew “Gyulai pároskolbász”.

    4.7.   Organu ta' spezzjoni:

    Isem:

    Békés Megyei Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Élelmiszerlánc-biztonsági és Állategészségügyi Igazgatóság (Direttorat tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni Agrikola tal-Kontea ta' Békés)

    Indirizz:

    Békéscsaba

    Szerdahelyi út 2.

    5700

    MAGYARORSZÁG/HUNGARY

    Tel.

    +36 66540240

    Fax

    +36 66547440

    Emejl:

    karpatia@oai.hu

    4.8.   Tikkettar


    Top