EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0912(01)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ fid- 19 ta’ Mejju 2009 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 219, 12.9.2009, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2009 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

2009/C 219/01

Skont l-Artikolu 16 tiegħu, it-Tieni Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jidħol fis-seħħ, disgħin jum wara li tkun saret in-notifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-finalizzazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni ta’ dak il-Protokoll, mill-Istat li jkun membru tal-Unjoni Ewropea, fil-jum tal-adozzjoni mill-Kunsill tal-att imfassal minn dak il-Protokoll, li jkun l-aħħar stat li jtemm dik il-formalità.

Minħabba li l-aħħar ta’ dawn in-notifiki seħħew fit-18 ta’ Frar 2009, it-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interssi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2009.

Il-Kummissjoni terġa’ tisħaq fuq l-impenji tagħha li taċċetta l-inkarigi fdati lilha taħt l-Artikolu 7 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, kif inhuma minquxa fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 mehmuż ma’ dak il-Protokoll.

Il-Kummissjoni tinnota li:

l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta personali magħmula mill-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprovdi wkoll li l-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew kwalunkwe att Komunitarju konness mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali minn istituzzjoni tal-Komunità jew minn entità issir minn awtorità indipendenti ta’ superviżjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

fil-kuntest tal-iskambju tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 7 (2) tat-Tieni Protokoll, u skont l-Artikolu 8 tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta, livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal-livell ta’ protezzjoni stabbilita fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u tal-moviment ħieles ta’ dejta bħal din (1) hi żgurata mill-Kummissjoni (OLAF) permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (2),

l-awtorità ta’ Superviżjoni għall-iskop tal-eżerċizzju tal-funżjoni ta’ superviżjoni għal protezzjoni ta’ dejta personali miżmuma mill-Kummissjoni (OLAF) rikjesta skont l-Artikolu 11 tat-Tieni Protokoll hi l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li hu l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 45/2001,

il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha l-ġurisdizzjoni biex tisma’ t-tilwimiet kollha li huma konnessi mad-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif rikjesti mill-Artikolu 15 tat-Tieni Protokoll.

Konsegwentement, wara li ssodisfat l-obbligi tagħha biex tippubblika r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 9 tat-Tieni Protokoll u t-termini tal-Artikolu 11 tat-Tieni Protokoll dwar l-awtorità ta’ superviżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li tkun implimentat l-obbligazzjonijiet tagħha bir-riżultat li l-Artikolu 7 (2) tat-Tieni Protokoll jsir applikabbli kollu kemm hu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkunu rratifikaw dak il-protokoll.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Top