EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0314(03)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà stmata ta' riżorsi finanzjarji għall-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar għas-sena tas-suq 2009/2010, fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (titlu mhux uffiċjali)

ĠU C 60, 14.3.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/6


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà stmata ta' riżorsi finanzjarji għall-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar għas-sena tas-suq 2009/2010, fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (titlu mhux uffiċjali)

(2009/C 60/04)

F'konformità ma' l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (1), il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li r-riżorsi finanzjarji stmati disponibbli fil-fond ta' ristrutturar temporanju huma biżżejjed biex tingħata għajnuna għar-ristrutturar għall-applikazzjonijiet kollha mressqa sal-31 ta' Jannar 2009 fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010 u li aċċettati minnhom bħala eliġibbli.


(1)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.


Top