This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0203(03)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 26, 3.2.2009, p. 11–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/11 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2009/C 26/08)
Numru XA: XA 285/08
Stat Membru: Franza
Reġjun: Département de la Moselle
Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Promotion (assistance technique) dans le secteur agricole:
aide à la communication en faveur de l'agriculture mosellane,
valorisation de l'élevage mosellan par la présentation d'animaux en concours
Bażi legali: L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales
Délibération du Conseil général de la Moselle du 15.10.2007
Infiq annwali previst fl-ambitu tal-iskema ta' għajnuna: EUR 125 000, li minnhom massimu ta' EUR 80 000 għal dak li jirrigwarda l-valorizzazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem (kompetizzjonijiet tal-annimali) u massimu ta' EUR 45 000 għal dak li jirrigwarda l-komunikazzjoni u l-promozzjoni favur l-agrikoltura tal-Moselle
Intensità massima tal-għajnuna: Il-komunikazzjoni u l-promozzjoni favur l-agrikoltura tal-Moselle:
Rata ta' intervent: massimu ta' 60 % tal-ispejjeż imġarrba, fil-limitu ta' EUR 750 għall-operazzjonijiet lokali, EUR 2 000 għall-operazzjonijiet kantonali, EUR 5 000 għall-operazzjonijiet b'interess fuq il-livell tad-Dipartiment u EUR 20 000 għall-operazzjonijiet reġjonali u nazzjonali.
Il-valorizzazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem:
rata ta' intervent: 100 %, imma s-sussidji jkunu llimitati għal 20 bovin jew 20 ekwin jew 3 merħliet ta' 8 nagħġiet għal kull raħħal u kull sena (għajr għall-fiera ta' METZ), u:
— |
EUR 30 għal kull bovin jew għal kull merħla ta' 8 ovini, |
— |
EUR 50 għal kull ekwin għall-kompetizzjonijiet tat-trobbija u EUR 25 għall-kompetizzjonijiet tradizzjonali, |
— |
li magħhom jiżdiedu EUR 70 għall-ispejjeż tat-trasport għall-kompetizzjonijiet tat-trobbija li jsiru fil-Lorraine, fl-Alsace u fiż-żona tal-fruntiera, jew EUR 200 għall-ispejjeż tat-trasport għall-avvenimenti li jsiru lil hinn minn dawn ir-reġjuni |
Data tal-implimentazzjoni: B'bidu mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea, u b'riserva tal-krediti korrispondenti.
Tul ta' żmien tal-iskema: Tliet snin b'bidu mir-rikonoxximent tal-wasla għand il-Kummissjoni (b'riserva tal-krediti korrispondenti)
Għan u modalitajiet tal-għajnuna: L-għan huwa li, minn naħa waħda, jingħata appoġġ għall-organizzazzjoni ta' wirjiet agrikoli fid-dipartiment tal-Moselle, kif ukoll il-ħolqien u t-twettiq ta' assistenza għall-promozzjoni tal-agrikoltura tal-Moselle, u minn naħa oħra, li t-trobbija tal-bhejjem fil-Moselle tkun ivvalorizzata permezz tal-preżentazzjoni ta' animali f'kompetizzjonijiet.
L-għajnuniet sejrin ikunu jistgħu jingħataw b'sostenn għall-ispejjeż imġarrba mill-parteċipanti, l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni, il-kera ta' postijiet għal-wirjiet u l-premjijiet simboliċi mogħtija fil-kuntest ta' kompetizzjoni, sa limitu ta' EUR 250 għal kull premju u kull rebbieħ.
L-għajnuniet se jingħataw in natura fil-forma ta' servizzi ssussidjati u mhumiex se jimplikaw pagamenti diretti fi flus lill-produtturi.
Jistgħu jingħataw għajnuniet biex ikopru l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni (katalgi jew siti tal-internet) li jippreżentaw tagħrif fatwalli fuq il-prodotti tal-Moselle jew fuq il-prodotti ta' kwalità, bil-kundizzjoni li dan it-tagħrif u l-preżentazzjoni tiegħu ikunu newtrali u li l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunità indaqs li jkunu rrappreżentati fil-pubblikazzjoni.
F'kull każ, is-servizzi pprovduti minn gruppi ta' produtturi jew minn kwalunkwe organizzazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli għal kull operatur fiż-żona kkonċernata li jissodisfa l-istess kundizzjonijiet oġġettivi, bl-istess spiża, mingħajr obbligu li jissieħeb fil-grupp jew jidħol membru fl-organizzazzjoni
Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Il-produtturi agrikoli kollha tal-Moselle għall-ewwel parti.
Ir-raħħala tal-bovini, l-ovini u l-ekwini tal-Moselle għat-tieni parti.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle |
Direction de l'Environnement et de l'Aménagement du Territoire |
Division de l'Environnement et de l'Espace Rural (SAEN) |
Hôtel du Département |
1, rue du Pont Moreau |
BP 11096 |
F-57036 METZ Cedex 1 |
Sit tal-Internet: http://www.cg57.fr/front/go.do?sid=site/environnement_1076429797630/gestion_de_l_espace/agriculture
Numru XA: XA 358/08
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: L-Olanda
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Wijzing van de Regeling tijdelijke maatregelen dierziekten in verband met de vaccinatie tegen Q-koorts
Bażi ġuridika: Artikel 29, eerste lid, 30, vierde lid, en 45, eerste en derde lid, van de Diergeneesmiddelenwet, artikel 17 van de Gezondheids- en welzijnswet voor dieren en artikel 3 van het Besluit gebruik sera en entstoffen
In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 160 000
L-intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-20 ta' Ottubru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-1 ta' Jannar 2009
L-għan tal-għajnuna: Prevenzjoni u eradikazzjoni tad-deni Q
Is-settur(i) konċernat(i): Is-settur tan-nagħaġ u mogħoż
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministerie van LNV |
Postbus 20401 |
2500 EK Den Haag |
Nederland |
Indirizz tal-internet: http://www.minlnv.nl/portal/page?_pageid=116,1640321&_dad=portal&_schema=PORTAL&p_file_id=31164
Tagħrif ieħor: Din l-iskema ministerjali tipprovdi għall-possibbiltà ta' tilqim ta' nagħaġ u mogħoż kontra d-deni Q f'żona tal-Olanda. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi skansat (aktar) id-deni Q minħabba n-numru għoli ta' nies u bhejjem infettati f'dik iż-żona. It-tilqima li tintuża għat-tilqim kontra d-deni Q tingħata mingħajr ħlas. Din it-tip ta' għajnuna tikkonforma mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. F'konformità mal-Artikolu 10(4), dispożizzjonijiet oħra sabiex jiskansaw l-introduzzjoni tad-deni Q diġà japplikaw fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni nazzjonali. L-istrateġija ta' tilqim hija parti minn programm nazzjonali biex jiġi skansat u kkontrollat id-deni Q. Barra minnhekk, f'konformità mal-paragrafu 7, id-deni Q hija marda tal-bhejjem inkluża fil-lista tal-OIE. Inżammet il-konformità wkoll mal-paragrafi (3), (5), (6) u (8) tal-Artikolu 10
Numru XA: XA 361/08
Stat Membru: L-Italja
Ir-reġjun: Liguria
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Concessione di contributi per attività delle Associazioni Allevatori della Liguria
Bażi ġuridika: Delibera Giunta Regionale n. 1222 del 3 ottobre 2008«Criteri e modalità di concessione dei contributi previsti dall'art. 2 della legge regionale n. 36/2000 in adeguamento alle disposizioni di cui al Reg. CE n. 1857/2006 della Commissione»
In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema: EUR 800 000 huwa l-ammont ppjanat għall-2008
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima ta' għajnuna hija 100 % tan-nefqa eliġibbli għall-attivitajiet skond l-Artikolu 14(2)(a) u Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006; l-intensità massima ta' għajnuna hija 40 % tan-nefqa eliġibbli għall-attivitajiet skond l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
L-għan tal-għajnuna: L-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet li jrabbu l-bhejjem li huma eliġibbli għal fondi huma: il-ħolqien u d-disinn tal-prodotti tal-bhejjem, l-forniment tal-għajnuna teknika sabiex jiġu mħarrġa raħħala li jrabbu bhejjem, servizzi ta' konsulenza (iġifieri mhux l-ispejjeż kontinwi jew perjodiċi, jew spejjeż li għandhom x'jaqsmu man-nefqa normali tat-tħaddim tal-kumpanija), l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni dwar il-prodotti tal-bhejjem tar-reġjun.
Rigward l-għajnuniet li ġejjien huwa preċiżat dan li ġej:
l-għajnuna se tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u mhux se tinvolvi ħlasijiet diretti f'kontanti lir-raħħala,
ir-raħħala tal-bhejjem kollha fil-Ligurja huma eliġibbli għal din l-għajnuna, mingħajr ebda ħtieġa li jkunu membri ta' assoċjazzjoni sabiex ikollhom aċċess għas-servizz,
l-għajnuna mhijiex provduta għall-investiment,
l-għajnuna sa tingħata skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Settur(i) konċernat(i): L-għajnuna titħallas lill-impriżi li jrabbu l-bhejjem kollha fil-Ligurja permezz tal-assoċjazzjonijiet tar-raħħala tal-bhejjem
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Regione Liguria |
Dipartimento Agricoltura Protezione Civile e Turismo |
Via G. D'Annunzio 113 |
I-16121 Genoa |
Websajt: http://www.agriligurianet.it/Agrinet/DTS_GENERALE/20081006/delibera1222_1.pdf
IL Direttore del Dipartimento Agricoltura, Protezione civile e Turismo
(Dr. Luca FONTANA)
In-numru XA: XA 371/08
L-Istat Membru: Franza
Reġjuni: Allier
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja tal-għajnuna individwali: Aides en faveur de la maîtrise de la fièvre catarrhale ovine
Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Articles 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuniet: EUR 100 000
L-intensità massima tal-għajnuna: 50 % skond il-limiti stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jiġifieri massimu ta' 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: minn meta l-Kummissjoni tirreġistra l-eżenzjoni
Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna jew tal-għajnuna individwali: 2008-2009
L-għan tal-għajnuna: Sa mill-2007 id-Dipartiment ta' Allier ġie infettat bis-serotip 8 tal-vajrus tal-bluetongue fil-bhejjem. Din il-marda mhux biss għandha konsegwenzi dirett i(mard, mortalità, aborti, telf fil-produzzjoni) iżda wkoll dawk indiretti (sterilità temporanja fl-annimali maskili, irregolaritajiet fiċ-ċiklu mensturwali). Fir-rigward tat-trobbija tan-ngħaġ, l-isterilità tal-imtaten tista' ddum iktar minn 3 xhur qabel l-irkupru sħiħ tal-funzjoni ġenitali. Għaldaqstant, l-imtaten b'sinjali kliniċi mhumiex adattati għall-istaġun ta' tgħammir li jibda f'Settembru li ġej.
Bosta riskji huma involuti:
Jista' jagħti l-każ li l-imtaten ikollhom sinjali kliniċi moħbijin u li l-bdiewa ma jkunux osservawhom. Dawn għandhom ċans kbir li jkunu sterili.
L-użu tal-imtaten li jkollhom funzjoni ġenitali difettuża jista' jwassal għal rata għolja ta' ngħaġ li ma jinqabdux tqal. Jekk ma jittieħdux passi minn kmieni l-produzzjoni ta' ħrief għal dan l-istaġun tista' titqiegħed f'periklu totali.
Barra mill-kampanja ta' tilqim (tilqim iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea), il-Kunsill ġenerali jixtieq jimplilmenta żewġ miżuri sabiex din il-marda tiġi kkontrollata aħjar:
Il-kontroll tal-isperma tal-imtaten
L-eżaminazzjoni mikroskopika tagħti lok għal dijanjożi rapida u b'hekk jiġu eliminati kwalunkwe annimali maskili li setgħu kienu f'kuntatt mal-marda bluetongue.
L-ekografija tan-ngħaġ
It-twettiq tal-ekografija minn xahar sa xahar u nofs wara li jkunu tgħammru mal-imtaten, jagħti lok għal osservazzjoni bikrija tan-ngħaġ li ma jinqabdux tqal sabiex jerġa' jsir il-proċess ta' tgħammir u jitneħħa n-ngħaġ li seta' kien f'kuntatt mal-marda bluetongue
L-għajnuna li tammonta għal 50 % tal-ispejjeż se tkun fl-għamla ta' servizzi ssussidjati u mhux ta' ħlas dirett lill-produtturi
Settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi tat-trobbija tan-ngħaġ u tal-mogħoż.
L-isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Conseil général de l'Allier |
1, avenue Victor Hugo |
BP 1669 |
F-03016 MOULINS Cedex |
Indirizz tas-sit elettroniku: http://actes-administratifs.allier.fr/actes/55954.pdf
Tagħrif ieħor: —
In-numru tal-XA: XA 372/08
L-Istat Membru: L-Italja
Reġjun: Emilia-Romagna (Camera di Commercio di Bologna)
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento camerale per l'assegnazione alle imprese della provincia di Bologna di contributi in conto abbattimento interessi
Il-bażi ġuridika: Regolamento della Camera di Commercio di Bologna approvato con deliberazione della Giunta camerale n. 185 del 16 settembre 2008
Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lis-soċjetà: Ammont massimu annwali għal kull settur agrikolu primarju EUR 150 000
Intensità massima tal-għajnuna: 10 % tal-ispejjeż permessi. Il-miżura tal-għajnuna, li tinkludi dik li tiffavorixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-farm, ma tistax fl-ebda każ tkun aktar mil-limiti stabbiliti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna medja għandha tkun ta' 5 % tal-ispejjeż permessi
Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali:
L-għan tal-għajnuna: Il-konxja mid-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-impriżi żgħar u ta' daqs medju għal aċċess tal-kreditu, taħseb għal għotjiet diretti fil-forma ta' pagament wieħed, kalkulat bħala proporzjon tal-interess totali imnaqqas dovut fuq self bankarju fuq terminu medju u twil, bil-għan biex jittawwal iż-żmien medju tad-dejn u għal konsolidazzjoni tal-istruttura finanzjarja tal-azjendi.
L-investiment għandu partikolarment isegwi l-għanijiet li ġejjien:
L-iskema tirrapreżenta forma ta' appoġġ għal investimenti fil-farms skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Għal impriżi attivi fil-produzzjoni primarja fl-agrikoltura, l-ispejjeż li ġejjien huma eliġibbli:
L-ispejjeż marbuta mal-kuntratti tal-kiri minbarra għal dawk mniżżla f'(b), bħal taxxi, marġini ta' sid il-kera, interessi, spejjeż ta' rifinanzjament, spejjeż ġenerali, ħlas tal-assigurazzjoni mhumiex eliġibbli.
Investimenti sempliċi ta' sostizzjoni mhumiex eliġibbli. Ma jistgħux jingħataw għajnuniet għall-manifattura ta' prodotti jew ta' sostituzzjoni tal-ħalib jew tal-prodotti mill-ħalib.
Ix-xiri ma jistax isir qabel ma tiġi approvata r-rikjesta għall-assistanza mill-istituzzjonijiet tal-garanzija u għandhom jitnaqqsu mill-għola limitu li kien diġà mogħti lilhom mill-Kamra tal-Kummerċ bħala parti mir-riżorsi disponibbli fil-baġits. Għall-approvazzjoni tar-rikjesta hija mifhuma d-data fejn l-entità ta' garanzija, wara li tiġi eżaminata t-talba ta' kontribuzzjoni,tkun aċċertat l-applikazzjonijiet kollha ta' għajnuna kif stabbilit mir-Regolament tal-Kamra, u tkun ikkalkulat l-għajnuna mħallsa fuq il-bażi tal-għola limitu stabbilit mill-Kamra tal-Kummerċ għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni tal-għajnuna
Is-settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi kollha li jikkonċernaw lill-produzzjoni agrikola primarja (biedja u trobbija tal-bhejjem).
L-iskema taħseb ukoll għal appoġġ ta' setturi oħrajn li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 1998/2006 dwar għajnuniet ta' importanza minuri (de minimis)
L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
Camera di Commercio I.A.A. di Bologna |
Piazza Mercanzia 4 |
I-40125 Bologna |
Websajt: http://www.bo.camcom.it/intranet/ALTRI-SERV/DIRITTO-AN/Consorzi-F/index.htm
Tagħrif ieħor: L-iskema preżenti tibdel mill-2008 l-għajnuna tal-iskema ta' eżenzjoni Nru XA 306/07, fejn għandha tibqa biss għal-likwidazzjonijiet rappurtati fin-notifika 2007.
Il Presidente della Camera di Commercio di Bologna
(Bruno Filetti)
Numru XA: XA 376/08
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Ir-reġjun: Območje občine Podlehnik
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Finančne intervencije v kmetijstvo v občini Podlehnik
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Podlehnik za programsko obdobje 2008–2013
In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2008: EUR 10 000 |
|
2009: EUR 10 000 |
|
2010: EUR 10 000 |
|
2011: EUR 10 000 |
|
2012: EUR 10 000 |
|
2013: EUR 10 000 |
Intensità massima tal-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż għall-investiment fiż-żoni żvantaġġati (LFA), |
— |
sa 40 % tal-ispejjeż għal investiment f'żoni oħrajn, |
— |
sa 60 % tal-ispejjeż għal investiment fiż-żoni żvantaġġati, jekk l-investiment huwa magħmul minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom, |
— |
l-għajnuna hija pprovduta fil-forma ta' għotjiet u l-kofinanzjament tal-interess fuq is-self. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:
— |
sa 75 % f'żoni żvantaġġati jew sa 60 % f'żoni oħrajn, għall-investiment għall-produzzjoni, sakemm ma jkunx hemm żieda fil-potenzjal produttiv tal-farm, |
— |
sa 100 % tal-ispejjeż ta' investiment għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttivi li jinsabu f'azjendi agrikoli, |
— |
sa 100 % tal-ispejjeż imġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali. |
3. Għajnuna għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż għall-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ, frott u każijiet ta' mard fost il-bhejjem. |
4. Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
5. Il-provvista ta' appoġġ tekniku:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bidwi, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, it-tixrid tal-għarfien xjentifiku u l-bdil tal-bidwi u ta' sieħeb il-bidwi matul il-mard u l-liv, |
— |
l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data tal-implimentazzjoni: L-10 ta' Novembru 2008 (l-għajnuna ma tingħatax qabel mas-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti tal-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Podlehnik għall-perjodu ta' programmazzjoni 2008-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni,
l-Artikolu 14: Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Podlehnik |
Podlehnik 21 |
SLO-2286 Podlehnik |
Websajt: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=daf9302d-9567-40d2-8c1f-a3744dce0ec6
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-għajnuna)
Podpis odgovorne osebe
Miran KRAJNC
Občina Podlehnik