This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0679
Proposal for a Council Decision on the signing of a voluntary partnership agreement between the European Union and the Republic of the Congo on forest law enforcement, governance and trade in timber and derived products to the European Union (FLEGT)
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT)
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT)
/* KUMM/2009/0679 finali - NLE 2009/0180 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) /* KUMM/2009/0679 finali - NLE 2009/0180 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.12.2009 KUMM(2009)679 finali 2009/0180 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta’ ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-Kummerċ (FLEGT)[1], li ġie approvat mill-Kunsill fl-2003[2], jipproponi sett ta’ miżuri li jinkludu sostenn għall-pajjiżi li jipproduċu l-injam, kollaborazzjoni multilaterali biex jiġi indirizzat il-kummerċ illegali tal-injam, sostenn għall-inizjattivi tas-settur privat kif ukoll miżuri biex jostakolaw l-investiment f’attivitajiet li jħeġġu l-qtugħ illegali tas-siġar. Is-sinsla tal-Pjan ta’ Azzjoni hija l-istabbiliment tal-isħubiji FLEGT bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li jipproduċu l-injam, immirati biex iwaqqfu l-qtugħ illegali tas-siġar Fl-2005 l-Kunsill adotta Regolament (KE) Nru 2173/2005[3] li jistabbilixxi skema ta’ liċensjar u mekkaniżmu li jivverifika l-legaliltà tal-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni. F’Diċembru tal-2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet dwar sħubija mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi fil-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT), u b’mod partikolari biex jitħeġġeġ il-kummerċ fl-importazzjonijiet legali tal-injam fl-Unjoni, minn tali sħab[4] Il-ftehim mal-Kongo huwa t-tieni ftehim ta’ dan it-tip li ġie nnegozjat bejn pajjiż produttur u l-Unjoni, wara l-ftehim li sar mal-Ghana. Il-Kummissjoni bdiet dawn in-negozjati mal-Kongo f’Ġunju tal-2008 In-negozjati saru matul għaxar (10) xhur u involvew erba’ sessjonijiet wiċċ imb wiċċ u 14-il laqgħa ta’ ħidma teknika permezz ta’ konferenza bil-vidjo. Tul in-negozjati l-Kummissjoni ġiet assistita f’din il-ħidma minn għadd ta’ Stati Membri. Il-Kummissjoni żammet lill-Kunsill aġġornat dwar il-progress li sar permezz ta’ rapporti regolari lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Foresti, lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Kongo. Wara kull sessjoni ta' negozjati l-partijiet ħadu sehem f’laqgħat pubbliċi biex iżommu l-partijiet interessati infurmati bil-progress. Barra minn hekk, il-Kongo adotta approċċ parteċipatorju billi involva s-soċjetà ċivili u s-settur privat fl-abbozzar tal-ftehim. Il-ftehim jindirizza l-elementi kollha tad-direttivi tal-Kunsill dwar in-negozjati. B’mod partikolari, il-ftehim jistabbilixxi l-qafas, l-istituzzjonijiet u s-sistemi tal-iskema għall-għoti ta’ liċenzji tal-FLEGT. Huwa jistipula l-kontolli fuq il-kumpaniji ta’ forniment, il-qafas tal-konformità legali u r-rekwiżiti tal-verifika indipendenti tas-sistema. Dawn huma stipulati f’annessi għall-ftehim u jipprovdu deskrizzjoni ddettaljata tal-istrutturi li se jirfdu l-iżgurar tal-legalità li tista’ tinkiseb bil-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT. Il-Kongo żviluppa l-leġiżlazzjoni applikabbli tiegħu permezz ta’ konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati. Din tinkludi l-liġijiet u r-regolamenti dwar l-għoti ta’ drittijiet biex jinqatgħu is-siġar u r-reġistrazzjoni tal-impriżi, il-ġestjoni tal-foresti, il-leġiżlazzjoni ambjentali u tal-impjiegi, it-tassazzjoni, l-obbligi soċjali bħall-involviment tal-komunitajiet lokali, il-popolazzjoni indiġena u s-soċjetà ċivili, obbligi oħra li ġew stipulati fil-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-injam, u rekwiżiti dwar l-esportazzjoni. Il-ftehim imur lil hinn mill-kopertura limitata tal-prodott proposta fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u jkopri l-prodotti tal-injam kollha li ġew esportati. Għalhekk, il-Kongo huwa impenjat li jistabbilixxi sistema li se tiżgura lill-Unjoni li l-prodotti kollha ġejjin mill-foresti tal-Kongo huma prodotti legalment u b’hekk tikkontribwixxi b’mod pożittiv u sostenibbli għat-tkattir tal-Kongo. Il-ftehim jagħmel dispożizzjoni għall-kontrolli tal-importazzjoni fuq il-fruntieri tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u r-Regolament (KE) Nru 1024/2008 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-ftehim jinkludi deskrizzjoni tal-liċenzja FLEGT tal-Kongo, li tuża l-format preskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-ftehim jistabbilixxi mekkaniżmu għal djalogu u kooperazzjoni mal-Unjoni fejn tidħol l-iskema FLEGT, il-Kumitat Konġunt għall-Impimentazzjoni tal-Ftehim. Jistabbilixxi wkoll prinċipji dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, is-salvagwardji soċjali u t-trasparenza, kif ukoll il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim. Il-ftehim jistipula skeda u l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-implimentazzjoni tal-iskema għall-għoti ta’ liċenzji. Peress li l-Kongo se jaġġorna u jfassal mill-ġdid is-sistema regolatorja u tal-ġestjoni tal-informazzjoni tiegħu, jintroduċi kontrolli aktar komprensivi fuq il-kumpaniji ta’ formiment, u jistabbilixxi verifika indipendenti tal-konformità legali, se jkollu bżonn minn sentejn sa tliet snin biex jiżviluppa u jeżamina s-sistemi l-ġodda u biex jibni l-kapaċità fis-settur pubbliku , tass-soċjetà ċivili u dak privat, għall-ħidmiet previsti. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji FLEGT mistennija li tkun operattiva bis-sħiħ sa nofs l-2011. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji se tiġi evalwata kontra l-kriterji stipulati fil-ftehim qabel ma l-UE se tibda’ taċċetta l-liċenzji FLEGT. 2009/0180 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TALKUNSILL dwar l-iffirmar tal-ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218, paragrafu 5, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) F’Mejju tal-2003 l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-Kummerċ (FLEGT)[5] li jirrikjedi miżuri biex jindirizzaw il-qtugħ illegali tas-siġar permezz tal-iżvilupp ta’ ftehimiet volontarji dwar sħubija mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta' Azzjoni ġew adottati f’Ottubru tal-2003[6]u l-Parlament għadda mozzjoni f’Jannar tal-2004[7]. (2) Fil-ħamsa ta’ Diċembru tal-2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati dwar il-ftehimiet ta’ sħubija biex ikun implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti u l-Kummerċ (FLEGT). (3) Fl-għoxrin ta’ Diċembru 2005 il-Kunsill adotta Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 li jistabilixxi skema għall-għoti tal-liċenzji FLEGT fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-injam fl-UE minn pajjiżi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet volontarji dwar sħubija[8] (4) In-negozjati mal-Kongo ġew konklużi, u l-ftehim volontarju ta’ sħubija bejn il-Kongo u l-Komunità Ewropea għall-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fl-injam u prodotti magħmulin minnu mal-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat fid-disgħa ta’ Mejju 2009. (5) Il-ftehim għandu jiġi ffirmat min-negozjatur f'isem l-Unjoni Ewropea bla ħsara għal dan il-ftehim għal data aktar tard. IDDEĊIDIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tiffirma, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Fthehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fl-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea, u taħtar il-persuna awtorizzata li tiffirma l-ftehim. It-test tal-ftehim hu mehmuż ma' din id-decizjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni se tidhol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] COM (2003) 251. [2] ĠU C 268, 7.11.2003. [3] ĠU L 347, 30.12.2005. [4] Dokument Ristrett tal-Kunsill nru 15102/05 [5] COM (2003) 251 [6] ĠU C 268, tas-7.11.2003 [7] Document tal-Parlament 7014/04. [8] ĠU L 347, 30.12.2005.