This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0581
Proposal for a Council Regulation on Community financial assistance with respect to the decommissioning of Units 1 to 4 of the Kozloduy Nuclear Power Plant in Bulgaria “Kozloduy Programme” SEC(2009)1431
Proposta għal regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Kommunitàdwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tàKozloduy fil-Bulgarija “Il-Programm Kozloduy” SEG(2009)1431
Proposta għal regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Kommunitàdwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tàKozloduy fil-Bulgarija “Il-Programm Kozloduy” SEG(2009)1431
/* KUMM/2009/0581 finali - CNS 2009/0172 */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL fuq assistenza finanzjarja tal-Kommunitàdwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tàKozloduy fil-Bulgarija “Il-Programm Kozloduy”
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.10.2009 KUMM(2009)581 finali 2009/0172 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL fuq assistenza finanzjarja tal-Kommunitàdwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tàKozloduy fil-Bulgarija “Il-Programm Kozloduy” SEG(2009)1431 MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Introduzzjoni L-għeluq ta’ reattur nukleari huwa l-aħħar pass fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' impjant nukleari li jirrikjedi ppjanar finanzjarju fit-tul. Fil-prattika, id-dekummissjonar jibda mal-aħħar għeluq ta’ impjant nukleari bil-għan li jeħles lill-impjant mill-kontroll regulatorju u jneħħi r-restrizzjonijiet għall-protezzjoni radjoloġika imposti waqt li kien qed jopera. Id-dekomissjonar ikompli sakemm is-sit jerġa jiġi għal li kien u kull skart radjuattiv u fjuwil użat ikunu ġew immaniġġjati b’mod sikur. Għalhekk, l-operazzjonijiet tal-għeluq jestendu fuq perjodu twil ħafna. F’każ ta’ għeluq finali ta’ impjant nukleari qabel it-tmiem inizjalment previst ta' ħajjet id-disinn tiegħu, ikun hemm il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kapaċità mitlufa tal-produzzjoni fis-settur tal-enerġija, bħaż-żamma tal-kapaċità tal-produzzjoni għall-ħarsien tas-sigurtà tal-provvista kif ukoll it-tisħiħ tal-effiċjenza tal-enerġija f’setturi varji. Assistenza finanzjarja Komunitarja tingħata lil-Litwanja, is-Slovakkja, u l-Bulgarija bħala miżura ta’ solidarjetà li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw l-impenn tagħhom li jagħlqu r-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni. L-għajnuna lill-Bulgarija tintemm fl-2009, filwaqt li fil-każ tal-Litwanja u s-Slovakkja l-għajnuna tibqa’ għaddejja sal-2013. Biex ikun hemm trattament indaqs l-estensjoni proposta għall-għajnuna lill-Bulgarija għandha tkopri l-perjodu 2010-2013. Il-Bulgarija talbet għal aktar fondi mill-2005 'il hawn (il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2005). Dokument strateġiku ta’ ġustifikazzjoni kien sottomess lill-Kummissjoni fl-2009. 2. Is-sitwazzjoni fil-Bulgarija Biex jiġi assigurat id-dekummissjonar tajjeb tal-impjanti nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart marbut magħhom, huwa importanti li jkun hemm riżorsi finanzjarji xierqa kkontrollati b’mod trasparenti u li jkunu disponibbli f'waqthom biex jintużaw. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jużaw l-enerġija nukleari biex jipproduċu l-elettriku implimentaw sistemi li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sabiex jassiguraw li jkun hemm il-fondi neċessarji lesti għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari. Il-Bulgarija implimentat sistema bħal din pjuttost reċentement għall-obbligi kurrenti tagħha u għal dawk miruta mill-imgħoddi. Stati Membri ġodda oħra li wirtu impjanti nukleari mill-imgħoddi qed ikomplu jħaddmu l-impjanti tagħhom u għandhom il-possibilità biex jibnu l-fondi meħtieġa. L-impjanti nukleari fil-Bulgarija madankollu kienu soġġetti għal għeluq kmieni (ara taħt). Għalhekk il-Bulgarija ma kellhiex żmien takkumula fondi nazzjonali suffiċjenti biex tkopri l-ispejjeż kollha tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari. Din is-sitwazzjoni waslet, bħala reazzjoni, għass-solidarjetà tal-Komunità: il-pajjiż kellu reatturi nukleari li għalihom ġie nnegozjat għeluq bikri fiż-żmien tad-dħul u dan l-għeluq kien inkluż fl-Att tal-Adeżjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007. 3. Impenji ta’ għeluq bikri u l-konsegwenzi finanzjarji tagħhom Matul in-negozjati tal-adeżjoni, il-Bulgarija kkommettiet ruħha biex tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u l-Unitajiet 3 u 4 sal-31 ta’ Diċembru 2006 l-aktar tard (kollha reatturi tat-tip VVER 440/230). Dan l-għeluq u l-impenji ta’ dekummissjonar sussegwenti kienu inklużi fl-Artikolu 30 tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-emedndi għat-trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea mibnija (“Att tal-Adeżjoni 2005”). L-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 jipprovdi, fost oħrajn, li jkun hemm għajnuna mill-Komunità taħt il-Programm Kozloduy ta’ €210 miljun għall-perjodu 2007-2009. Din l-għajnuna assigurat li tkompli għaddejja mingħajr intoppi l-għajnuna PHARE ta’ qabel id-dħul li permezz tagħha kien hemm €340 miljun maħsuba għall-Bulgarija sal-2006. L-għajnuna 2007-2009 hija implimentata bħala kontribuzzjoni tal-UE għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy (Kozloduy International Decommissioning Support Fund, KIDSF) ġestit mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (European Bank for Reconstruction and Development, EBRD), ll-Komunità hija l-kontributur ewlieni tiegħu.. Fil-preżent l-4 unitajiet kollha ngħalqu u l-erba’ reatturi kollha tneħħilhom il-fjuwil. Inizjalment “strateġija ta’ żarmar diferit” ntgħażlet fl-2001. Sadattant, wara valutazzjoni tal-istrateġija, il-gvern Bulgaru ddeċieda li jibdel għal “strateġija ta’ żarmar immedjat” fl-2006. Dan jimxi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u jippermetti proċess ta’ dekummissjonar mgħaġġel, biex jippeservaw is-sengħa tan-nies tal-impjant u jimpjegawhom fiż-żarmar, u hekk ukoll itaffu l-konsegwenzi soċjali tal-għeluq. Ir-riżultat tal-bidla tal-istrateġija tad-dekummissjonar huwa li l-fondi riedu jiġu qabel. Il-Bulgarija talbet dawn il-fond sa mill-2005. L-għajnuna Bulgara kienet s’issa kkontrollata mit-Trattat dwar l-Adeżjoni. Fi żmien ian-negozjati tal-perspettivi finanzjarji l-Bulgarija ma kinitx Stat Membru tal-UE. Id-deċiżjoni strateġika tal-Bulgarija biex timplimenta żarmar immedjat ittieħdet kemmxejn tard. Għalhekk ma saret ebda proviżjoni fil-perspettiva finanzjarja 2007-2013 għall-finanzjament estiż għall-Bulgarija. Fl-2005 il-Bulgarija talbet aktar fondi fil-Laqgħa tal-Kunsill. Din il-kwistjoni kellha titqajjem waqt ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji. Huwa, però, essenzjali, għal perjodu xieraq, li jkun hemm finanzi lesti sabiex ma jkunx hemm xi riskju li jintilef l-għarfien espert ta' fuq il-lant tax-xogħil u li tipperikola ż-żarmar sikur. fil-periklu. L-assistenza tal-Komunità tipprovdi għajnuna għad-dekummissjonar tal-impjant nukleari u tinkludi proġetti biex l-iskart taż-żarmar u l-fjuwil użat ikunu immaniġġjati sew u maħżuna bla periklu. L-assistenza tal-Komunità tkopri ukoll miżuri fis-settur tal-enerġija biex ittaffi l-konsegwenzi dovuti għall-għeluq kmieni tal-impjanti. Dawk il-miżuri huma, pereżempju, is-sostituzzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni, miżuri relatati mas-sigurtà tal-provvista jew iż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija f’diversi setturi pubbliċi u privati. 4. Il-qagħda kurrenti tal-assistenza għall-Komunità Sa tmiem l-2008, il-ftehimiet tal-kontribuzzjonijiet kollha għall-KIDSF koprew €525 miljun, li minnhom €490 miljun jiġu mill-UE. Għall-2009 kontribuzzjoni addizzjonali tal-UE għall-KIDSF se ssegwi fuq ammont ta’ €77.5 miljun. Mill-kontribuzzjonijiet kurrenti €513 miljun jintbagħtu mill-EBRD f’għamla ta’ għotjiet. Total ta’ €253 miljun ingħataw għall-proġetti ta’ dekummissjonar, li minnhom €76 miljun kienu għall-proġetti tal-immaniġġjar tal-iskart, u €259 miljun intefqu fuq proġetti tal-enerġija. Sal-aħħar tal-2009 ikun għad fadal €89.5 miljun għal allokazzjoni addizzjonali ta’ ftehim għall-għotjiet tal-KIDSF. Il-pagamenti effettivi li tirċievi l-KIDSF jilħqu €383 miljun. L-għajnuna implimentata sal-2009 kienet iddedikata l-aktar għall-ħidma ta’ preparazzjoni ta’ dekummissjonar. Sar progress tajjeb biex jintużaw il-fondi tal-komunità. Il-kisbiet fid-dekummissjonar jistgħu jitqassru permezz tal-lista ta’ proġetti globali ewlenin li bħalissa qegħdin jiġu implimentati: - ħażna ta’ fjuwil użat; - laboratorju u inventarju radjoloġiku sħiħ tal-unitajiet 1-4; - preparazzjonijiet infrastrutturali tad-dekummissjonar li jinkludu s-separazzjoni, is-sigurtà u l-kontroll ta’ aċċess radjoloġiku tas-sit; - trattament u kondizzjonar tal-iskart; - għodda taż-żarmar, workshops tal-frammentazzjoni u d-dekontaminazzjoni; - faċilitajiet ta’ ħażna fuq is-sit għall-iskart dekadenti, ta' livell baxx, u konvenzjonali ; - trasportazzjoni tal-iskart fuq il-post u apparat tal-ipproċessar; - valutazzjoni ambjentali ta’ proġetti għat-trattament tal-iskart; - kejl komplut tal-emissjonijiet ħielsa; - rapporti ta’ analiżi tas-sigurtà ta’ attivitajiet ta’ dekummissjonar; - ġestjoni ta’ proġetti. Il-miżuri ta’ taffija fis-settur tal-enerġija għall-perjodu sal-2009, iffokaw fuq prijoritajiet li jimmiraw l-aktar għal titjib fl-effiċjenza tal-enerġija residenzjali u industrijali u fl-assistenza u għat-tisħiħ tal-użu tas-sorsi tal-enerġija li jistgħu jiġġeddu. Il-proġetti korrispondenti bdew malajr, u dan irriżulta fi ffrankar kbir tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2). Sa Ġunju 2008 t-tnaqqis tal-emissjonijiet ammonta għal 1.2 miljun tunnellata CO2 fis-sena u l-iffrankar fl-elettriku kien bir-rata ta’ 1.5 miljun MWh fis-sena li huma ekwivalenti għal 242 MW kapaċità installata. 5. Estensjoni ta’ assistenza finanzjarja L-għan ewlieni ta’ din il-proposta huwa li testendi l-assistenza għall-Bulgarija biex takkumpanja u taċċerta l-manutenzjoni u d-dekummissjonar ħieles tal-unitajiet 1 – 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy. B’hekk l-għan speċifiku huwa l-avvanz fil-pjan approvat ta’ dekummissjonar. Dan jinkludi l-manutenzjoni sikura, id-dekummissjonar fiżiku u ż-żarmar tal-impjant nuklear – l-unitajiet 1 sa 4 – kif ukoll it-trattament tal-iskart. Fl-istess ħin jikkontribwixxi sabiex itaffi l-impatt soċjali/ekonomiku ta’ għeluq bikri billi jibqa’ kontinwament jimpjega l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. Dan huwa importanti biex jinżamm standard għoli biżżejjed ta’ sigurtà wara l-għeluq. Fit-tieqa non-nukleari, is-sigurtà tal-provvista jeħtieġ tkun assigurata wara l-għeluq kif ukoll il-kapaċità ta’ sostituzzjoni suffiċjenti għall-kapaċità tal-għeluq. Kif issemma qabel, ma kien hemm ebda fondi riservati għal dekummissjonar ulterjuri qabel ma l-Bulgarija wirtet l-impjant nukleari. Għeluq kmieni fit-Trattat ta' Adeżjoni żamm lill-Bulgarija milli takkumula l-fondi neċessarji. Il-bidla fl-istrateġija biex ittejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-programm ta’ dekummissjonar titlob fondi li jkunu disponibbli kontinwament wara l-2009. Il-kontinwazzjoni tal-assistenza finanzjarja hija essenzjali sabiex iżżomm is-sigurtà sal-istandards mixtieqa. Is-skurezza tista’ tkun ipperikolata jekk jintilef l-għarfien espert meħtieġ, l-aħjar prattika internazzjonali hija li jintuża ħafna l-istaff li kien hemm, riskju ċar jekk ma jkunx hemm fondi xierqa fis-snin li ġejjin biex tinżamm din il-kompetenza u jkun hemm progress fiż-żarmar. Il-Bulgarija għandha rekord imgħoddi eċċellenti fl-użu tal-fondi għad-dekummissjonar sal-2009. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ hawn fuq u filwaqt li titqies il-kapaċità tal-assorbiment evalwata fid-dawl tal-assistenza mogħtija matul il-perjodu kurrenti, kontribuzzjoni total mill-Komunità ta’ €300 miljun addizzjonali tippermetti lill-Bulgarija timxi 'l quddiem fid-dekummissjonar u ttaffi l-konsegwenzi tal-għeluq bikri. L-estensjoni tal-appoġġ finanzjarju huwa relatat maiż-żarmar immedjat tal-erba’ unitajiet. L-iskop ta’ din il-proposta għal regolament huwa li tistabbilixxi l-qafas legali li jippermetti li tingħata l-assistenza tal-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013. 5.1. L-iskop tal-assistenza finanzjarja Dokument strateġiku ta’ ġustifikazzjoni kien sottomess lill-Kummissjoni fl-2009. Kien analizzat bir-reqqa mis-servizzi tal-Kummissjoni. 5.1.1. Dekummissjonar: Id-dekummissjonar irid ikun il-prijorità tal-estensjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Komunità lill-Bulgarija. Il-ħidma ta’ tħejjija għad-dekummissjonar qed tagħmel progress tajjeb fl-użu l-fondi pprovduti mill-Komunità sal-2009. Biex l-istadju preparatorju jkun iffinalizzat u jinbeda x-xogħol ta’ żarmar hemm bżonn ta’ aktar assistenza finanzjarja għall-perjodu 2010-2013, minħabba l-kobor ta’ dawn l-attivitajiet. Il-kontinwazzjoni bla intoppi tad-dekummissjonar hija importanti sabiex tiggarantixxi livelli approvati ta’ sigurtà, iżżomm l-għarfien espert li hemm bħalissa fl-impjant u tevita li toħloq problema soċjoekonomika minħabba żieda fil-qgħad (bħalissa 715-il ruħ huma involuti f’ħidma ta’ dekummissjonar). L-estensjoni tal-assistenza finanzjarja tassigura l-kontinwazzjoni ta’ dekummissjonar sikur. L-assistenza se tkun iddedikata għal dawn l-affarijiet: 1. Ġestjoni tal-proġetti, assistenza teknika u tal-inġinerija bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programm tad-dekommisjonar. 2. Il-ħlas ta’ salarji għal 715 espert tal-KNPP (operazzjoni, manutenzjoni, appoġġ tekniku, ġestjoni ta’ proġetti) fuq is-sit ta’ Kozloduy, li jaħdmu għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1-4. L-involviment attiv tal-istaff tal-impjant inaqqas il-ħtieġa ta’ organizzazzjonijiet esterni u jikkontribwixxi ħafna għat-tnaqqis fl-ispejjeż tad-dekummissjonar. 3. Kontribuzzjoni għall-kostruzzjoni tal-Faċilità Nazzjonali għall-Iżmaltiment tal-Iskart Radjoattiv, kruċjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ dekummissjonar. 4. Infrastruttura tas-sit u trattament tal-iskart taiż-żarmar, inkluż allokazzjoni addizzjonali għal proġetti li diġà qegħdin fi proċess ta’ offerti. 5.1.2. Miżuri ta’ taffija fis-settur ta’ enerġija Meta jitqiesu l-iżviluppi u l-bżonnijiet veri, il-prijoritajiet fis-settur non-nukleari jerġgħu jjiġu ffukati biex jindirizzaw il-kwistjionijiet ewlenin tat-titjib tas-sikurezz u l-affidabbiltà tal-provvista tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Il-kisba ta’ dawn il-prijoritajiet, bħala miżuri futuri biex jittaffew il-konsegwenzi tal-għeluq kmieni, teħtieġ sforzi qawwijin biex tipprovdi r-rikostruzzjonijiet meħtieġa, il-miżuri tal-effiċjenza fl-użu enerġija, il-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tas-settur tal-enerġija. Dawn il-prijoritajiet huma riflessi fl-Istrateġija Bulgara tal-Enerġija, iddraftjata f’Novembru 2008, wara l-iżvilupp tal-politika l-ġdida Ewropea dwar l-enerġija. 6. L-implimentazzjoni Il-linja speċifika tal-baġit, 060505, inħolqot u qed tintuża biex tiffinanzja l-programmi internazzjonali ta’ għajnuna għad-dekummissjonar taħt il-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013, speċifikament sal-2009 għall-Bulgarija. L-assistenza finanzjarja għall-perjodu 2010-2013 għall-Bulgarija għandha tiġi wkoll akkomodata permezz ta’ din il-linja tal-baġit. Għaldaqstant it-€300 miljun addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għal-linja tal-baġit 060505. Il-kontinwazzjoni tar-rotta kurrenti tal-implimentazzjoni għall-assistenza finanzjarja tal-Komunità twassal għal kontribuzzjoni addizzjonali tal-Komunità lill-KIDSF amministrata mill-EBRD. Il-proċeduri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ appoġġ addizzjonali għall-Bulgarija għall-perjodu 2010-2013 se jinġiebu konformi mal-proċeduri ta’ appoġġ għall-Litwanja u s-Slovakkja. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq il-Proċeduri (C(2007)5538) se tiġi emendata skont il-ħtieġa. Bħalma hemm fl-għajnuna ta’ bħalissa, l-assistenza addizzjonali tkun impenjata permezz ta’ Deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament u tiffissa l-ammont tal-kontribuzzjoni annwali kif ukoll l-għanijiet tal-użu tal-fondi mfissra fid-Dokument tal-Ipprogrammar Konġunt aġġornat kull sena miżjud mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-Iffinanzjar. 7. Il-bażi legali Fil-każ tal-Bulgarija, l-Artikolu 30 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 jirreferi biss għall-perjodu 2007-2009. L-Att ma jipprovdix bażi legali speċifika għall-Bulgarija biex ikollha aktar appoġġ wara l-2009 bħalma għamel fil-każ tal-Litwanja. It-Trattat ta' Adeżjoni u l-Artikolu 30 tal-Att tal-Adeżjoni ma jistgħux għalhekk jikkostitwixxu bażi legali xierqa biex jitpoġġa aktar finanzjar wara l-2009.Il-bażi legali xierqa għalhekk hija l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom. L-istess bażi ntużat għall-assistenza addizzjonali tal-Komunità pprovduta lir-Repubblika tas-Slovakkja taħt il-Perspettiva Finanzjarja kurrenti. Dak l-Artikolu jipprovdi li jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa ta' azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b'vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa. 8. Konklużjoni Il-finanzjar tad-dekummissjonar tal-impjant nukleari kopert mill-impenji tal-għeluq kmieni kien suġġett importanti ħafna matul in-negozjar tal-Adeżjoni mal-Bulgarija. Il-Bulgarija qablet li tagħlaq erba’ unitajiet tal-impjant ta’ Kozloduy. Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea esprimiet is-solidarjetà tagħha billi tat assistenza finanzjarja biex tissapportja d-dekummissjonar. L-Unjoni diġà wetqtet l-impenji tagħha għall-perjodu 2007-2009. Madnkollha, il-ħtiġijiet veri u l-konsegwenzi tal-għeluq kmieni tal-unitajiet ta’ Kozloduy kixfu dan l-aħħar li issa hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-istrumenti biex il-Bulgarija jkollha l-għajnuna għall-bqija tal-Perspettivi Finanzjarji preżenti għall-perjodu 2010-2013. Il-Bulgarija ilha talbet din l-għajnuna ulterjuri mill-2005. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kunsill qed jintalab jadotta din il-proposta mehmuża għar-regolament. 2009/0172 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL fuq assistenza finanzjarja tal-Kommunitàdwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tàKozloduy fil-Bulgarija “Il-Programm Kozloduy” IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA Fir-rigward tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Atomika Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 203 tiegħu, Fir-rigward tat-talba Bulgara għal finanzjament ulterjuri, Fir-rigward tal-proposta mill-Kummissjoni, Fir-rigward tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Peress li: (1) Il-Bulgarija kkommettiet ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u 31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament u tagħmel tiddekummissjona dawn l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’sapport għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija. (2) It-Trattat tal-2005 li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 30 tal-Att li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Romanija u l-emendi tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa, stabbilixxa fid-dawl tal-impenn tal-Bulgarija biex tagħlaq Unità 3 u Unità 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy programm ta’ assistenza (minn issa ‘l hemm imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”) b’baġit ta’ EUR 210 miljun għall-perjodu 2007 sa 2009. (3) Il-fondi internazzjonali għad-dekummissjonar amministrato mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) ilhom f’posthom għal għadd ta’ snin. Il-Komunità hija l-kontributur ewlieni ta’ dawn il-fondi. (4) L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi magħmula u l-progress tajjeb miksub mill-Bulgarija fl-istadju ta’ preparazzjoni għad-dekummissjonar tal-Programm Kozloduy u utilizzat il-fondi tal-Komunità sal-2009, u l-ħtieġa għal aktar għajnuna finanzjarja wara l-2009 sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjoni taiż-żarmar. (5) Huwa daqstant importanti li jintużaw ir-riżorsi stess tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, għax dan jikkontribwixxi biex ikun hemm l-expertise neċessarju u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq kmieni billi jitħaddem kontinwament l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. L-għajnuna finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandard meħtieġ għas-sikurezza. (6) L-Unjoni tagħraf ukoll il-bżonn għall-għajnuna finanzjarja biex timxi ‘l quddiem b’miżuri ta' taffija fis-settur tal-enerġija wara t-telf minħabba l-għeluq tal-unitajiet nukleari u l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun. (7) Għaldaqstant, għandu jkun jiġi pprovdut għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja d-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy matul il-perjodu mill-2010 sal-2013. (8) L-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal tfixkil fil-kompetizzjoni tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri li jikkompensaw it-telfien tal-kapaċità tal-produzzjoni skont l- acquis . (9) L-assistenza finanzjarja għandha titkompla bħala kontribuzzjoni tal-Komunità lil Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy amministrat mill-EBRD. (10) Il-kompiti tal-EBRD jinkludu l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi allokati għall-programmi tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari u tal-monitoraġġmonitoraġġ tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-programmi sabiex jottimizzaw l-użu tal-flus pubbliċi. Barra minn hekk, l-EBRD tmexxi l-kompiti tal-baġit fdat lilha mill-Kummissjoni mal-bżonnijiet tal-Artikolu 53quinquies tar-Regolament Finanzjarju. (11) Sabiex tkun assiguratab l-ogħla effiċjenza possibbli, id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq permezz tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu. (12) Id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy jitmexxa skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, b’mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/EEC tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima taleffetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[1]. (13) Ammont finanzjarju ta’ referenza, skont it-tifsira tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[2], għandu jkun inkluż f’dan ir-Regolament tul iż-żmien kollu tal-Programm ta’ Kozloduy, mingħajr ma jaffettwa l-poteri tal-awtorità baġitarja kif definita mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. (14) Għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat, stabbilit mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 549/2007[3], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm u jagħti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jindirizza d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-konsegwenzi tal-għeluq tagħhom fil-Bulgarija (hawn taħt imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”). Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-programm Kozloduy tingħata biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, miżuri għal titjib ambjentali skont l- acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità konvenzjonali tall-produzzjoni biex tissostitwixxi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u miżuri oħra li jinbtu minn din id-deċiżjoni biex jingħalaq u jkun iddekommissjonat l-impjant u li jikkontribwixxu għal ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni neċessarji tas-setturi tal-produzzjoni , it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll biex titkabbar is-sikurezza tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija fil-Bulgarija. . Artikolu 3 1. L-ammont neċessarju tar-referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-programm Kozloduy għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 300 miljun. 2. L-approprijazzjonijiet annwali jkunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji. 3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati għall-Programm Kozloduy jista’ jkun revedut matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex jeżamina l-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-programm u jassigura li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment. Artikolu 4 Fil-prolongazzjoni ta’ dak li kien speċifikat fl-Atti tal-Adeżjoni, il-kontribuzzjoni għal ċerti miżuri tista' tasal sa 100% tal-infiq totali. Se jsir kull sforz biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita taħt l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u l-assistenza mogħtija matul il-perjodu 2007-2009 għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija kif ukoll biex jiġu attirati kofinanzjamenti minn sorsi oħra, kif ikun xieraq. Artikolu 5 1. L-assistenza finanzjarja għall-miżuri taħt il-Programm Kozloduy tkun mogħtija bħala kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy, immaniġġjat mill-EBRD, skont l-Art.53 quinquies tar-Regolament Finanzjarju. 2. Il-miżuri taħt il-Programm Kozloduy ikunu adottati skont l-Artikolu 8(2). Artikolu 6 1. Il-Kommissjoni jista’ jkollha verifika tal-użu tal-assistenza mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha stess jew minn xi awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD fuq il-fondi tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni. 2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandhom ikollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċiji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet. Il-Qorti tal-Awdituri jkollha l-istess drittijiet, speċjalment tal-aċċess, bħall-Kummissjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra frodi u irregolaritajiet oħra, l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel iċċekkjar u ispezzjonijiet fuq il-post taħt il-Programm Kożloduy skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, EC) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[4] 3. Għall-azzjoni tal-Komunità ffinanzjata taħt dan ir-Regolament, it-terminu ‘irregolarità’ f’Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (EC, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[5] ifisser kull ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta' operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta' nefqa mhux ġustifikata. 4. Il-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD dwar l-għoti tal-fondi għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy jipprovdi miżuri xierqa biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi, il-korruzzjoni, u irregolaritajiet oħra u jawtorizza lill-Kummissjoni, OLAF u l-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu kontrollifuq il-post. Artikolu 7 Il-Kommissjoni tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta f’intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandha twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu, kif ipprovdut f’Artikolu 3 (3). Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007. 2. Fejn issirreferenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura provduta f’Artikolu 8(2) tar-Regolament (Euratom) Nru 549/2007 tkun applikata. Artikolu 9 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Andris PIEBALGS Membru tal-Kummissjoni RENDIKONT FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV 1. TITLU TAL-PROPOSTA: “Il-Programm Kozloduy” għad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy (Il-Bulgarija) 2. QAFAS ABM/ABB Oqsma tal-politika kkonċernati u attività/attivitajiet assoċjati: It-trasport u l-enerġija 0605 L-enerġija nukleari 3. LINJA TAL-BAĠIT 3.1 Il-linji tal-baġit (linji operazzjonali u linji relatati ta’ assistenza amministrattiva u teknika (linji eks-BA)), jinkludu: 060505 Sigurtà nukleari – Miżuri tranżitorji (Dekummissjonar) 3.2 Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: 2010-2013 3.3 Karatteristiċi baġitarji (żid il-fillieri jekk ikun hemm bżonn): Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Partiċipazzjoni EFTA | Partiċipazzjoni mill-pajjiżi applikanti | Titlu fil-perspettiv finanzjarju | 060505 | NCE | AD[6] | Xejn | Xejn | Xejn | Nru 1a | 4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI 4.1 Riżorsi finanzjarji 4.1.1. Taqsira ta’ approprijazzjonijiet għall-impenji u approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Numru totali ta’ riżorsi umani | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 0 | 0 | 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma rikjesti fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Din it-taqsima tar-Rendikont Finanzjarju Leġiżlattiv għandha tinkludi din l-informazzjoni speċifika u kumplimentari: 5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul Matul in-negozjar tal-adeżjoni, il-Bulgarija kkommettiet ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fl-2002 u l-Unitajiet 3 u 4 sal-31 ta' Diċembru 2006 l-aktar tard. Dawn l-impenji għall-għeluq kienu inklużi fil-Protokol għall-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Romanija għall-Unjoni Ewropea. Ta’ min jisħaq li l-għajnuna tkopri l-proċess ta’ dekummissjonar u l-konsegwenzi non-nukleari tiegħu. L-istudju ffinanzjat taħt Phare (magħmul mill-EDF/konsorzju Framatome u kkonfermat minn studji internazzjonali oħra) jikkalkula l-ispejjeż għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy (tip VVER 440/230) sa madwar EUR 710 miljun (bi prezzijiet tal-2000) għall-operazzjonijiet kollha, inkluż it-trattament tal-iskart, imma jeskludi l-iżmaltiment finali tal-fjuwil użat. Iċ-ċifri ppreżentati mill-awtoritajiet Bulgari dejjem kienu ogħla. L-ispejjeż non-nukleari ġejjin mid-dekummissjonar iridu jiżdiedu (pereżempju, għas-sostituzzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-miżuri relatati mas-sigurtà tal-provvista). Fir-rigward tal-finanzjar konsiderevoli meħtieġ għas-dekummissjonar ta’ dawn l-istallazzjonijiet, l-Unjoni Ewropea aċċettat ukoll li, għall-perjodu kopert mill-Perspettiva Finanzjarja li jmiss, l-approprijazzjonijiet ġenerali jkunu xierqa u l-ipprogrammar ta’ dawn ir-riżorsi għandhom ikunu bbażati fuq bżonnijiet ta’ ħlas attwali u kapaċità ta’ assorbiment attwali. 5.2. Valur addizzjonali tal-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli Il-finanzjament tad-dekummissjonar tal-istallazzjonijiet nukleari kopert mill-impenji għall-għeluq kmieni kien suġġett importanti ħafna matul id-diskussjonijiet għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea. L-Istati kkonċernati qablu li jagħlqu ċerti reatturi. Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea esprimiet is-solidarjetà tagħha billi tat assistenza finanzjarja biex tissapportja d-dekummissjonar. L-UE diġà wetqet l-impenji tagħha għall-perjodu 2007-09. Issa hemm bżonn li jiġu implimentati l-istrumenti neċessarji biex ikollha s-saħħa twettaq l-obbligi fi ħdan il-qafas tal-Perspettiva Finanzjarja għall-perjodu 2010-13. 5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM GĦAN: Biex tiffinanzja d-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy – l-Unitajiet 1 sa 4 – u l-miżuri tal-enerġija bħala konsegwenza tal-għeluq Il-krediti allokati għall-Programm Kozloduy jintużaw biex jiffinanzjaw diversi miżuri li referenza tagħhom tinsab fl-Artikolu 30(2) tal-Protokol tat-Trattat dwar l-Adeżjoni. Il-prijorità tingħata lix-xogħol propju ta’ dekummissjonar, sabiex ikun iggarantit livell għoli ta’ sigurtà nukleari, lill-miżuri li jimmodernizzaw il-kapaċitajiet konvenzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija, lit-titjib fis-sigurtà tal-enerġija bl-ikkonnettjar ma’ netwerks trans-Ewropej, u lill-miżuri li jgħinu lill-istaff fl-impjant tal-enerġija biex iżommu livell għoli ta’ sigurtà operazzjonali fl-impjant qabel l-għeluq u matul id-dekummissjonar tar-reatturi. Riżultat: L-għeluq tar-reatturi 1 sa 4 u l-bidu tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija Indikatur: L-indikaturi monitorjali jinvolvu, b’mod partikulari: - L-għeluq propju saż-żmien ippjanat tar-reatturi kkonċernati, i.e. Kozloduy 1 u 2 sal-31 ta’ Diċembru 2002, Kozloduy 3 u 4 sal-31 ta’ Diċembru 2006 - Disponibilità tal-pjanijiet finanzjarji annwali bbażati fuq rapporti tal-progress - Tfassil ta’ ftehim għall-grants mal-EBRD - Tfassil ta’ ftehim iddettaljat li jinkludi stimi ta’ spejjeż - Rappurtar regolari - Bidu tad-dekummissjonar skont l-istrateġija nazzjonali tad-dekommissjoar 5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv) Uri hawn taħt il-metodu(i)[12] użat/i għall-implimentazzjoni tal-azzjoni. ( Ġestjoni ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni: ( indirettament minn delegazzjoni għal, ( aġenziji eżekuttivi, ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet, kif imsemmiuja fl-Art.185 tar-Regolament Finanzjarju, ( korpi pubbliċi nazzjonali / korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata ( ma’ Stati Membri ( ma’ pajjiżi oħra ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti relevanti: Il-krediti jistgħu jkunu disponibbli bħala kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar amministrat mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD). 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema monitoraġġta' monitoraġġ Monitoraġġ darbtejn f’sena. 6.2 Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex ante Twettqet evalwazzjoni ex ante bl-użu ta' riżorsi proprji.. 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedja/li saret wara (lezzjonijiet li ħarġu minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) Wara l-evalwazzjoni intermedja tal-programmi Ignalina u Bohunice, tfasslet strateġija biex timplimenta il-programmi tad-dekummissjonar. 6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet futuri Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni ta’ wara. 7. MIŻURI KONTRA L-FRODI Il-Kummissjoni tista’ tagħmel verifika tal-użu li jkun qed isir mill-għotja li ssir jew direttament mill-istaff tagħha jew minn xi korp ikkwalifikat ieħor barrani li tagħżel hi. Dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jsiru matul iż-żmien tal-kuntratt u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ tal-għotja. Fejn jixraq, ir-riżultati tal-verifikajistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni. L-istaff tal-Kummissjoni u persuni barranin awtorizzati mill-Kummissjoni iridu jingħataw aċċess għall-uffċiji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet. Il-Qorti tal-Awdituri jkollha l-istess drittijiet, inklużi d-drittijiet tal-aċċess, bħall-Kummissjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra frodi u irregolaritajiet oħra, l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel kontrolli u sspezzjonijiet fuq il-post taħt dan il-programm skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, EC) Nru 2185/96[13]. Għall-azzjoni tal-Komunità ffinanzjata taħt dan ir-Regolament, it-terminu ‘irregolarità’ f’Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (EC, Euratom) Nru 2988/95 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ifisser kull ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta' operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta' nefqa mhux ġustifikata.. Il-ftehim bejn il-Komunità u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp dwar li l-fondi tal-Komunità jkunu disponibbli għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar jipprovdi miżuri xierqa biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi, il-korruzzjoni, u irregolaritajiet oħra, u jawtorizza lill-Kummissjoni, OLAF u l-Qorti tal-Awdituri biex jagħmlu ċekkjar fuq il-post. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ spejjeż finanzjarji Approprijazzjonijiet f’EUR miljun (sa 3postijiet deċimali) Sena n | Senan+1 | Senan+2 | Senan+3 | Senan+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew staff temporanju[15] (XX 01 01) | A*/AD | 2 | 2 | 2 | 2 | 0 | 0 | B*, C*/AST | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0 | 0 | Staff iffinanzjat[16] minn Art. XX 01 02 | Staff ieħor iffinanzjat[17] minn Art. XX 01 04/05 | TOTAL | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 0 | 0 | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti ġejjin mill-azzjoni Programmar annwali Monitoraġġ regulari 8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) (Fejn ikun hemm aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors.) ( Il-karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jkunu sostitwiti jew imġedda ( Il-karigi preallokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Il-karigi li jridu jintalbu fil-proċedura li jmiss tal-APS/PDB ( Il-karigi li jridu jerġgħu jkunu organizzat billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz maniġerjali (użu mill-ġdid intern tar-riżorsi ) ( Il-karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm ma dehrux minn qabel fit-taħriġ APS/PDB tas-sena in kwestjoni 8.2.4. Spejjeż oħra amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż fuq maniġġjar amministrattiv) miljun ta' EUR (sa 3 postijiet deċimali) Linja tal-baġit (Nru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | 1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi spejjeż tal-istaff relatati) | Aġenziji eżekuttivi[18] | Assistenza teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Assistenza teknika u amministrattiva totali | 8.2.5. Spejjeż finanzjarji tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | Uffiċjali jew staff temporanju (XX 01 01) | 0.305 | 0.305 | 0.305 | 0.305 | 0 | 0 | Staff iffinanzjat minn Art. XX 01 02 (awżiljarju, SNE, staff b’kuntratt, eċċ.) (ispeċifika l-linja tal-baġit) | Total ta’ spejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.305 | 0.305 | 0.305 | 0.305 | 0 | 0 | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk tkun tapplika 2.5 fte * 122 000 = 305 000 Kalkolu– Staff iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk tkun tapplika 8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa tliet postijiet deċimali) Sena n | Year n+1 | Year n+2 | Year n+3 | Year n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.0144 | 0.0144 | 0.0144 | 0.0144 | 0 | 0 | 0.058 | XX 01 02L11 02 – Laqgħat u konferenzi | XX 01 02 11 03 - Kumitati[19] | XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2. Total ta’ spejjeż oħra ta’ maniġment (XX 01 02 11) | 3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (ispeċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) | Total ta’ spejjeż amministrattivi, minbarra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u dawk assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.0144 | 0.0144 | 0.0144 | 0.0144 | 0 | 0 | 0.058 | Kalkolu – Spejjeż oħra amministrattivi li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza 4 missjonijiet fis-sena għal tnejn min-nies (EUR 1 000 kull missjoni) 2 missjonijiet fis-sena għall-EBRD għal erbgħa min-nies (EUR 800 kull missjoni) Total EUR 14 400[pic][pic][pic] [1] OJ L 175, 5.7.1985, p.40. [2] OJ C 139, 14.6.2006, p.1. [3] OJ L 131, 23.5.2007, p.1. [4] OJ L 292, 15.11.1996, p.2. [5] OJ L 312, 23.12.1995, p.1. [6] Approprijazzjonijiet differenzjati. [7] Spejjeż li ma jaqgħux taħt Kapitolu xx 01 tat-Titlu xx ikkonċernat. [8] Spejjeż skont Artikolu xx 01 04 tat-Titlu xx. [9] Spejjeż skont Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [10] Ara punti 19 and 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [11] Kolonni addizzjonali jistgħu jiżdiedu jekk ikun hemm bżonn, i.e. jekk it-tul tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin. [12] Jekk aktar minn metodu wieħed ikun indikat jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fit-taqsima “Kummenti Relevanti” ta’ dan il-punt. [13] OJ L 292, 15.11.1996, p.2. [14] Kif deskritt f’Taqsima 5.3. [15] L-ispejjeż tagħhom MHUMIEXkoperti bl-ammont ta’ referenza. [16] L-ispejjeż tagħhom MHUMIEX koperti bl-ammont ta’ referenza. [17] L-ispejjeż tagħhom huwa inkluż fl-ammont ta’ referenza. [18] Għandha ssir referenza għar-rendikont finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzija/I Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [19] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li qiegħed fih.