Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0477

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

/* KUMM/2009/0477 finali - CNS 2009/0129 */

52009PC0477

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) /* KUMM/2009/0477 finali - CNS 2009/0129 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.9.2009

KUMM(2009) 477 finali

2009/0129 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b'mod partikolari sabiex jiżguraw sfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jkun sostenibbli f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali filwaqt li japplikaw il-prinċipju prekawzjonali u l-approċċ ekosistemiku, jestendu wkoll għal ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet territorjali u Komunitarji. Il-Komunità Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja, huma Partijiet Kontraenti mal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ("GFCM") , Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd stabbilita skont l-Artikolu XIV tal-Kostituzzjoni tal-FAO. Il-GFCM tista', fuq il-bażi ta' parir xjentifiku, tadotta rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet imfassla sabiex jippromwovu l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx.

Peress li rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti tagħha u peress li l-Komunità hija parti kontraenti tali, ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Komunità u għalhekk għandhom ikunu trasposti fil-liġi Komunitarja, jekk il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert mill-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Sa dan l-aħħar, rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM ġew trasposti fil-Komunità fuq bażi temporanja, permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd[1]. Madankollu, il-karattru permanenti ta' rakkomandazzjonijiet bħal dawn jitolbu wkoll strument legali aktar permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi Komunitarja; għalhekk jidher li huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed fejn rakkomandazzjonijiet futuri jistgħu jiżdiedu permezz ta' emendi għal dak il-att. Dan se jtejjeb ukoll iċ-ċertezza legali u huwa pass importanti lejn is-simplifikazzjoni.

Il-kontenut u l-obbligi tar-rakkomandazzjonijet adottati mill-GFCM huma ħafna drabi kollha jew parzjalment koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE adottata qabel u għalhekk, għandhom jiġu trasposti biss dawk l-aspetti li ma jaqblux mal-leġiżlazzjoni tal-UE inkwistjoni, kif ukoll l-obbligi ta' rappurtar rilevanti, fejn xieraq.

Peress li r-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' ftehim tal-GFCM li tkopri l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998[2], għal raġunijiet ta' ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandhom jiġu trasposti f'regolament separat mir-Regolament 1967/2006 li jkopri biss il-Baħar Mediterran.

Għal raġunijiet ta' awtonomija, il-GFCM tuża t-terminu "Żoni ta' Sajd Ristretti" għal miżuri spazjali ta' ġestjoni. Din it-terminoloġija hija ekwivalenti għal "Żoni ta' Sajd Protetti" kif użata fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi r-regolament preżenti, li jittrasponi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) kif adottati fis-Sessjonijiet Annwali tagħha.

2009/0129 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran ("GFCM"), minn issa 'l quddiem “il-Ftehim tal-GFCM”, kien approvat mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 98/416/KE[3] tas-16 ta' Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran .

(2) Il-Ftehim tal-GFCM jipprovdi qafas xieraq għal kooperazzjoni multilaterali sabiex jippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx ta' kollass.

(3) Il-Komunità Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja, huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM.

(4) Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huwa vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-Komunità hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Komunità u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi Komunitarja, fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert mill-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(5) Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi Komunitarja fuq bażi temporanja permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd[4] jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament 1967/2006[5].

(6) Għal raġunijiet ta' ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi Komunitarja, huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed fejn rakkomandazzjonijiet futuri jistgħu jiżdiedu permezz ta' emendi għal dak l-att.

(7) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998[6] u għalhekk għal raġunijiet ta' ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta’ emendi għar-Regolament 1967/2006 li jkopri biss il-Baħar Mediterran.

(8) Ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandhom japplikaw mhux biss fil-Baħar Mediterran imma fiż-żona sħiħa tal-GFCM. Għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(9) Iż-‘Żoni tas-Sajd Ristretti’ stabbiliti mir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM għal miżuri spazjali ta' ġestjoni huma effettivament ekwivalenti għaż-‘Żoni tas-Sajd Protetti’ kif użati fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(10) Fis-Sessjoni Annwali tagħha mit-23 sas-27 ta' Marzu 2009, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta' Żona tas-Sajd Ristretta fil-Golf tal-Iljuni, fuq il-bażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitati Xjentifiku Konsultattiv (SAC), kif misjub fir-rapport tal-11-il sessjoni tiegħu (rapport tal-FAO nru 890). Huwa xieraq li din il-miżura tiġi implimentata permezz ta' sistema tal-ġestjoni tal-isforzi.

(11) Is-selettività ta' ċerti tipi ta’ rkaptu tas-sajd ma tistax tilħaq aktar minn ċertu livell fis-sajd imħallat tal-Mediterran u dak, flimkien mal-kontroll u l-limitazzjoni tal-isforz tas-sajd, huwa fundamentali biex ikun limitat l-isforz tas-sajd f'żoni fejn l-adulti ta' stokkijiet importanti jiltaqgħu sabiex ikollhom riskju baxx ta' tfixkil fir-riproduzzjoni, u għalhekk jippermetti l-isfruttament sostenibbli tagħhom. Għalhekk ta' min wieħed jirrikkmanda li l-ewwel ikun limitat l-isforz tas-sajd magħmul fiż-żona eżaminata mis-SAC għal livelli preċedenti u ma tkun permessa l-ebda żieda għal dak il-livell.

(12) Il-parir li fuqu huma bbażati l-miżuri ta' ġestjoni għandu jiddependi fuq l-użu xjentifiku ta' dejta rilevanti dwar il-kapaċità u l-attività tal-flotta, dwar l-istatus bijoloġiku ta' riżorsi sfruttati u dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tas-sajd; din id-dejta għandha tinġabar u tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex il-korpi sussidjarji tal-GFCM jippreparaw il-parir tagħhom.

(13) Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta' miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-GFCM. Filwaqt li r-regolament tal-Komunità dwar is-sajd IUU[7] jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta' din ir-rakkomandazzjoni u se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-GFCM.

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[8]. Sabiex ikun żgurat li miżuri addizzjonali adottati mill-GFCM li jsiru obbligatorji għall-Komunità jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-qafas ta' żmien stipulat mill-Ftehim tal-GFCM, jistgħu jiġu adottati emendi biex jittrasponu rakkomandazzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-kontroll jew l-infurzar permezz tal-istess proċedura.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (minn issa 'l quddiem GFCM).

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-Żona ta' Ftehim tal-GFCM.

Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu infurmati bil-quddiem li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka. L-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd għall-finijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka, u l-STECF dwar il-qabdiet kollha minn operazzjonijiet tas-sajd bħal dawn.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002[9] u mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006:

1. "Żona ta' Ftehim tal-GFCM" tfisser il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran.

2. "Sforz tas-sajd" tfisser il-prodott tal-kapaċità tal-bastiment tas-sajd, kemm f'kW kif ukoll f'TG, u l-jiem fuq il-baħar

3. "jum fuq il-baħar" tfisser kwalunkwe jum tal-kalendarju li l-bastiment huwa assenti mill-port, irrispettivament mill-ammont ta' ħin fil-jum li l-bastiment huwa prezenti f'żona;"

TITOLU II MIŻURI TEKNIĊI

Kapitolu IŻoni ta' Sajd Ristretti

TAQSIMA IŻONA TA' SAJD RISTRETTA FIL-GOLF TAL-ILJUNI

Artikolu 4 Stabbiliment ta' żona ta' sajd ristretta

Żona ta' sajd ristretta hija stabbilita fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta' linji li jgħaqdu l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

- 42°40'N, 4°20' E;

- 42°40'N, 5°00' E;

- 43°00'N, 4°20' E;

- 43°00'N, 5°00' E;

Artikolu 5 Sforz tas-sajd

L-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u ta' nofs il-baħar u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ta' sajd ristretta msemmija fl-Artikolu 4 ma għandux ikun aktar mil-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f'dik iż-żona.

Artikolu 6 Sajd passat

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009, lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I . Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità[10], il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta' jiem li kull bastiment għamel fis-subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7 Bastimenti awtorizzati

1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw Permess Speċjali tas-Sajd mill-Istat Membru tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94[11].

2. Il-bastimenti tas-sajd li fil-passat ma stadux fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 qabel il-31 ta' Diċembru 2008 ma għandhomx ikunu awtorizzati biex jistadu hemmhekk.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008 dwar

(a) il-ħin massimu ta' attività ta' sajd kuljum permess lil kull bastiment,

(b) l-għadd massimu ta' jiem fil-ġimgħa li bastiment jista' joqgħod fuq il-baħar u jkun assenti mill-port u

(c) l-iskedar obbligatorju ta' ħruġ u ritorn lejn il-port reġistrat tal-bastimenti tas-sajd tagħhom.

Artikolu 8 Ħarsien ta' ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona msemmija fl-Artikolu 4 hija protetta mill-impatti ta' kwalunkwe attività tal-bniedem oħra li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dik iż-żona bħala żona fejn jinġabar il-ħut li jista’ jirriproduċi.

Artikolu 9 Informazzjoni

Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport f'format elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

TAQSIMA IIŻONI TA' SAJD RISTRETTI SABIEXJIġU MħARSA ħABITATS SENSITTIVI TAL-BAħAR FOND

Artikolu 10 Stabbiliment ta' żoni ta' sajd ristretti

Is-sajd bil-gangmu rmunkat u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:

(a) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd "Lophelia reef off Capo Santa Maria di Leuca" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

- 39° 27.72' N, 18° 10.74' E

- 39° 27.80' N, 18° 26.68' E

- 39° 11.16' N, 18° 32.58' E

- 39° 11.16' N, 18° 04.28' E;

(b) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd "The Nile delta area cold hydrocarbon seeps" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

- 31° 30.00' N, 33° 10.00' E

- 31° 30.00' N, 34° 00.00' E

- 32° 00.00' N, 34° 00.00' E

- 32° 00.00' N, 33° 10.00' E;

(c) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd "The Eratosthemes Seamount" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

- 33° 00.00' N, 32° 00.00' E

- 33° 00.00' N, 33° 00.00' E

- 34° 00.00' N, 33° 00.00' E

- 34° 00.00' N, 32° 00.00' E.

Artikolu 11 Ħarsien ta' ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari għandhom jiżguraw li dawk iż-żoni huma mħarsa mill-impatti ta' kwalunkwe attività oħra ta' sajd li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dawk il-ħabitats speċifiċi.

KAPITOLU IIL-ISTABBILIMENT TA' STAġUN MAGħLUQ GħAS-SAJD TAL-LAMPUKIPERMEZZ TA’ TAGħMIR BIEX JINġEMA’ L-ħUT (FADS)

Artikolu 12 Staġun magħluq

1. Is-sajd għal-lampuki ( Coryphaena hippurus ) permezz ta' tagħmir biex jinġema’ l-ħut (FADs) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Awwissu ta' kull sena.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista' juri li minħabba kundizzjonijiet ta' maltemp, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu ma setgħux jutilizzaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom dak l-Istat Membru jista' jgħaddi jiem mitlufa mill-bastimenti tiegħu fis-sajd bil-FAD sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara. F'dak il-każ, qabel għeluq is-sena l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għadd ta' jiem li jixtieq jgħaddi għas-sena ta' wara.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fiż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006[12].

4. L-applikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

4. rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd rilevanti, inkluża informazzjoni meterjoloġika xierqa bħala evidenza;

5. l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità.

5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 6 ġimgħat mid-data li fiha tirċievi l-applikazzjoni u tinforma l-Istat Membru bil-miktub.

6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 5. Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-jiem mitlufa fis-sena ta' qabel, li jixtiequ jgħaddu għas-sena ta' wara skont il-paragrafu 2.

Artikolu 13 Permess speċjali tas-sajd

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità, li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd.

Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għaż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu (26)1 tar-Regolament 1967/2006.

Artikolu 14 Ġbir tad-dejta

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008[13] l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema xierqa ta' ġbir u trattament ta' dejta tal-qbid u l-isforz tas-sajd.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Jannar ta' kull sena, l-għadd ta' bastimenti involuti fis-sajd, it-total tal-qabdiet li jinħattu l-art u ta' trażbordi ta' lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f'kull subżona ġeoġrafika taż-żona ta' Ftehim GFCM kif determinat fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM."

KAPITOLU III IRKAPTU TAS-SAJD

Artikolu 15 Daqs minimu tal-malji fil-Baħar Mediterran

1. Ix-xbieki bil-malji djamant użati fil-baħar Mediterran skont il-punt 2 tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għal attivitajiet ta' tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali għandu jkollhom selettività ta' daqs rikonoxxut ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki bil-malji kwadri ta' 40 mm fil-manka.

2. B'deroga mill-Artikolu 8(1)(h) u mill-punt (2) tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, sal-31 ta' Mejju 2010 l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom biex jużaw malji tal-manka li jkunu iżgħar minn 40 mm djamant f'ċertu sajd lokali u demersali staġjonali li jisfrutta stokkijiet li ma jkunux maqsumin b’mod komuni ma' pajjiżi terzi.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika biss għal attivitajiet tas-sajd li huma formalment awtorizzati mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u ma għandhom jinvolvu l-ebda żieda fl-isforz tas-sajd fir-rigward tas-sena 2006.

4. L-Istati Membri, qabel il-15 ta' Jannar 2010, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, u permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, il-lista tal-bastimenti awtorizzati skont il-paragrafu 2, bl-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità;

(b) is-sajd awtorizzat li jsir minn kull wieħed mill-bastimenti definit f'termini ta' stokk(ijiet) fil-mira, iż-żona tas-sajd kif determinata fl-Anness I u l-karatteristiċi tekniċi tad-daqs tal-malja tal-irkaptu tas-sajd kalat;

(c) il-perjodu tas-sajd awtorizzat.

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

Artikolu 16 Daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed

1. Id-daqs minimu tal-malja għax-xbieki użati għal attivitajiet tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandu jkun ta' 40 mm; pannelli ta' xbieki b'malji iżgħar minn 40 mm ma għandhomx ikunu użati jew miżmuma abbord.

2. Sal-31 ta' Jannar 2012, ix-xibka msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinbidel minn xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew, fuq talba ġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, għal xibka b'malja djamant ta' 50 mm li għandu jkollha selettività ta' daqs rikonoxxut ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm.

3. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta' Ottubru 2009 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta' bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta' mill-anqas 50 mm.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

Artikolu 17 Użu ta' gangmu rmunkat u sajd bix-xbieki tat-tkarkir

L-użu ta’ gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f’fond ta’ aktar minn 1000m għandu jkun ipprojbit.

TITOLU III MIŻURI TA’ KONTROLL

KAPITOLU IREĠISTRU TAL-BASTIMENTI

Artikolu 18 Reġistru ta’ bastimenti awtorizzati

1. Qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-GFCM bil-ħruġ ta’ permess tas-sajd.

2. Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità (CFR), u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 26/2004 [14];

(b) il-perjodu li għalih huwa awtorizzat għas-sajd u/jew trażbord,

(c) l-irkaptu tas-sajd użat.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta’ Jannar 2010 biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (minn issa ’l quddiem 'Reġistru tal-GFCM').

4. Kull bidla li tkun se ssir fil-lista indikata fil-paragrafu 1. għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għat-trażmissjoni lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-GFCM, u l-istess proċedura tapplika, minn tal-anqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma l-bastiment jibda l-attività tas-sajd fiż-żona tal-GFCM.

5. Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità b'tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta’ ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-GFCM.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) jkunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord permess tas-sajd maħruġ minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-permess, li jwettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-GFCM;

(b) l-ebda permess tas-sajd ma għandu jinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat (sajd IUU) fiż-żona tal-GFCM jew band’oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma’ sajd IUU;

(c) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem jew ikunu assoċjati ma’ attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-Ftehim GFCM minn bastimenti li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM;

(d) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ikunu ta’ nazzjonalità jew entitajiet legali tal-Istat Membru tal-bandiera;

(e) il-bastimenti tagħhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti tal-GFCM dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut u frott tal-baħar maqbuda fiż-żona tal-GFCM minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-Reġistru tal-GFCM.

8. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet sodi ta’ suspett li xi bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM ikunu qed jistadu jew jittrażbordaw ħut u frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

KAPITOLU IIMIŻURI TAL-ISTAT TAL-PORT

Artikolu 19 Ambitu

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 20 Notifika minn qabel

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 [u l-Artikolu 1 tar-Regolament KE Nru XX/XXXX [ir-Regolament ta' implimentazzjoni rigward l-IUU]] il-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta' mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

Artikolu 21 Spezzjonijiet fil-Port

1. Irrispettivament mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet deżinjati tagħhom ta' mill-anqas 15 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord kull sena.

2. Irrispettivament mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti tas-sajd li jidħlu f'port ta' Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu spezzjonati fil-każijiet kollha.

Artikolu 22 Proċedura ta' spezzjoni

Flimkien mar-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-ispezzjonijiet fil-port għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 23 Ċħid mill-użu tal-port

1. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li bastiment ta' pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trażbord jew l-ipproċessar ta' prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inkluż, inter alia , servizzi ta' forniment ta' karburant jew ta' provvisti, bl-eċċezzjoni ta' każijiet ta' force majeure jew ta' periklu skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tal-UNCLOS għas-servizzi strettament meħtieġa biex jirrimedjaw dawk is-sitwazzjonjiet, jekk:

(a) il-bastiment ma jtajjarx il-bandiera ta’ Parti Kontraenti tal-GFCM; jew

(b) il-bastiment ikun inkluż minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd f’lista ta’ bastimenti li kienu involuti fi, inkella li appoġġaw, sajd IUU; jew

(c) il-bastiment ma jkollux awtorizzazzjoni valida sabiex jinvolvi ruħu fis-sajd jew f'attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żona tal-GFCM.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċħid tal-użu tal-port pprovduti mill-Artikoli 4(2) u 37(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

3. Fejn Stat Membru iċaħħad l-użu tal-portijiet tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, għandu jinnotifika mill-ewwel lill-kaptan tal-bastiment, lill-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM b'azzjoni bħal din.

4. Meta r-raġunijiet għaċ-ċħid imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux japplikaw, l-Istat Membru għandu jirtira ċ-ċħid u jgħarraf b'dan lill-persuni nnotifikati skont il-paragrafu 3."

TITOLU IV KOOPERAZZJONI, INFORMAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 24 Koperazzjoni u informazzjoni

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b'mod partikolari billi:

(a) jitolbu informazzjoni minn u jipprovdu informazzjoni lid-databases rilevanti;

(b) jitolbu u jipprovdu kooperazzjoni biex jippromwovu l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom għall-informazzjoni marbuta mas-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett tal-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port kif jissemmew fit-Titolu III, bejniethom u s-Segretarjat tal-GFCM, billi jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti rilevanti ta’ kunfidenzjalità.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ din it-Taqsima.

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jiġu trażmessi elettronikament, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM.

Artikolu 25 Rappurtar ta' matriċi tal-istatistika

7. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM id-dejta tal-Kompitu 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 tal-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.

8. L-ewwel preżentazzjoni tad-dejta tal-Kompitu 1.1, 1.2 u 1.4 għandha ssir qabel l-1 ta' Frar 2010.

9. L-ewwel preżentazzjoni tad-dejta tal-Kompitu 1.3 u 1.5 għandha ssir qabel l-1 ta' Frar 2011.

10. Għall-preżentazzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tad-dħul tad-dejta tal-GFCM jew kwalunkwe standard jew protokoll ieħor xieraq ta' preżentazzjoni tad-dejta mis-Segretarjat tal-GFCM u disponibbli fis-sit tal-internet li ġej: http://www.gfcm.org/gfcm/topic/16164.

11. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-dejta ppreżentata abbażi ta' dan l-Artikolu.

TITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26 Implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 27 Kumitat għas-sajd u l-akkwakultura

12. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat għall-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura.

13. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar wieħed.

14. Dan il-Kumitat nnnifsu għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

Artikolu 28 Proċeduri għall-emendi

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 27(2) sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM dwar il-konservazzjoni jew il-kontroll, jew l-adattamenti tekniċi għal rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-GFCM, li jsiru obbligatorji għall-Komunità, jiġu trasposti fil-liġi Komunitarja.

L-Annessi jistgħu jiġu emendati sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM jiġu trasposti skont l-istess proċedura.

Artikolu 29 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

(a) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

(b) l-Artikolu 24 għandu jitħassar;

(c) fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 4 għandhom jitħassru.

Artikolu 30 Emendi għar-Regolament Nru 43/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 43/2009, l-Artikoli 28 sa 31 u l-Annessi VII u VIII għandhom jitħassru.

Artikolu 31 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

A) Mappa ta' Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs)

SUBŻONA FAO | TAQSIMIET STATISTIĊI TAL-FAO | GSAs |

TAL-PUNENT | 1.1 | IL-BALEARIĊI | 1 | It-Tramuntana tal-Baħar Alboran- |

2 | Il-Gżira Alboran |

3 | In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran |

4 | L-Alġerija |

5 | Il-Gżejjer Baleariċi |

6 | It-Tramuntana ta' Spanja |

11.1 | Sardinja (il-Punent) |

1.2 | Il-GOLF TAL-ILJUNI | 7 | Il-Golf tal-Iljuni |

1.3 | SARDINJA | 8 | Il-Gżira ta' Korsika |

9 | Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan |

10 | In-Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan |

11.2 | Sardinja (il-Lvant) |

12 | It-Tramuntana tat-Tuneżija |

ĊENTRALI | 2.1 | L-ADRIJATIKU | 17 | It-Tramuntana tal-Adrijatiku |

18 | In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti) |

2.2 | IL-JONJU | 13 | Il-Golf ta' Hamamet |

14 | Il-Golf ta' Gabes |

15 | Il-Gżira ta' Malta |

16 | In-Nofsinhar ta' Sqallija |

18 | In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti) |

19 | Il-Punent tal-Baħar Joniku |

20 | Il-Lvant tal-Baħar Joniku |

21 | In-Nofsinhar tal-Baħar Joniku |

TAL-LVANT | 3.1 | L-EĠEW | 22 | Il-Baħar Eġew |

23 | Il-Gżira ta' Kreta |

3.2 | IL-LEVANT | 24 | It-Tramuntana tal-Levant |

25 | Il-Gżira ta' Ċipru |

26 | In-Nofsinhar tal-Levant |

27 | Il-Levant |

IL-BAĦAR L-ISWED | 4.1 | IL-MARMARA | 28 | Il-Baħar ta' Marmara |

4.2 | IL-BAĦAR L-ISWED | 29 | Il-Baħar l-Iswed |

4.3 | IL-BAĦAR AZOV | 30 | Il-Baħar Azov |

B) Mappa ta' Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs) (GFCM, 2009)

[pic]

( Taqsimiet Statistiċi tal-FAO (ħomor) – Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (suwed)

01 – It-Tramuntana tal-Baħar Alboran | 07 – Il-Golf tal-Iljuni | 13 – Il-Golf ta' Hamamet | 19 – Il-Punent tal-Baħar Joniku | 25 – Il-Gżira ta' Ċipru |

02 – Il-Gżira Alboran | 08 – Il-Gżira ta' Korsika | 14 – Il-Golf ta' Gabes | 20 – Il-Lvant tal-Baħar Joniku | 26 – In-Nofsinhar tal-Levant |

03 – In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran | 09 – Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan | 15 – Il-Gżira ta' Malta | 21 – In-Nofsinhar tal-Baħar Joniku | 27 – Il-Levant |

04 – L-Alġerija | 10 – In-Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan u l-Baħar Tirrenjan Ċentrali | 16 – In-Nofsinhar ta' Sqallija | 22 – Il-Baħar Eġew | 28 – Il-Baħar ta' Marmara |

05 – Il-Gżejjer Balaeriċi | 11.1 – Sardinja (il-Punent) 11.2 – Sardinja (il-Lvant) | 17 – It-Tramuntana tal-Adrijatiku | 23 – IL-Gżira ta' Kreta | 29 – Il-Baħar l-Iswed |

06 – It-Tramuntana ta' Spanja | 12 – It-Tramuntana tat-Tuneżija | 18 – In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku | 24 – It-Tramuntana tal-Levant | 30 –Il-Baħar Azov |

C) Koordinati ġeografiċi għas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs) (GFCM, 2009)

13 | Il-linja tal-Kosta 37º N 11º 04’E 37º N 12º E 35º N 13º 30’ E 35º N 11º E | 19 | Il-linja tal-Kosta (inkluż il-Lvant ta' Sqallija) 40º 04’ N 18º 29’ E 37º N 15º 18’ E 35º N 15º 18’ E 35º N 19º 10’ E 39º 58’ N 19º 10’ E | 25 | 35º 47’ N 32º E 34º N 32º E 34º N 35º E 35º 47’ N 35º E |

14 | Il-linja tal-Kosta 35º N 11º E 35º N 15º 18’ E Il-fruntiera Tuneżija-Libja | 20 | Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Alġerija-Greċja 39º 58’ N 19º 10’ E 35º N 19º 10’ E 35º N 23º E 36º 30’ N 23º E | 26 | Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Libja-Eġittu 34º N 25º 09’ E 34º N 34º 13’ E Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża |

15 | 36º 30’ N 13º 30’ E 35º N 13º 30’ E 35º N 15º 18’ E 36º 30’ N 15º 18’ E | 21 | Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Tuneżija-Libja 35º N 15º 18’ E 35º N 23º E 34º N 23º E 34º N 25º 09’ E Il-fruntiera Libja-Eġittu | 27 | Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża 34º N 34º 13’ E 34º N 35º E 35º 47’ N 35º E Il-fruntiera Turkija-Sirja |

16 | Il-linja tal-Kosta 38º N 12º 30’ E 38º N 11º E 37º N 12º E 35º N 13º 30’ E 36º 30’ N 13º 30’ E 36º 30’ N 15º 18’ E 37º N 15º 18’ E | 22 | Il-linja tal-Kosta 36º 30’ N 23º E 36º N 23º E 36º N 26º 30’ E 34º N 26º 30’ E 34º N 29º E 36º 43’ N 29º E | 28 |

17 | Il-linja tal-Kosta 41º 55’ N 15º 08’ E Il-fruntiera Kroazja-Montenegro | 23 | 36º N 23º E 36º N 26º 30’ E 34º N 26º 30’ E 34º N 23º E | 29 |

18 | Il-linji tal-kosta (iż-żewġ naħat) 41º 55’ N 15º 08’ E 40º 04’ N 18º 29’ E Il-fruntiera Kroazja-Montenegro Il-fruntiera Alġerija-Greċja | 24 | Il-linja tal-Kosta 36º 43’ N 29º E 34º N 29º E 34º N 32º E 35º 47’ N 32º E 35º 47’ N 35º E Il-fruntiera Turkija-Sirja | 30 |

"

ANNESS II

Proċeduri ta' spezzjoni fl-istat tal-port għall-bastimenti

6. Identifikazzjoni tal-bastiment

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom:

a) jivverifika(w) li d-dokumentazzjoni uffiċjali abbord tkun valida, jekk meħtieġ, permezz ta' kuntatti xierqa mal-Istat li tiegħu qed itajjar il-bandiera jew mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti;

b) fejn hu meħtieġ, jirranġa(w) għal traduzzjoni uffiċjali tad-dokumentazzjoni;

c) jiżgura(w) ruħu/rwieħhom li l-isem, il-bandiera, kull numbru ta' identifikazzjoni estern u l-immarkar tal-bastiment (u fejn huwa disponibbli n-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment IMO) u kodiċi internazzjonali tar-radju huma korretti;

d) safejn huwa possibbli, jeżamina(w) jekk il-bastiment biddilx l-isem u/jew il-bandiera u, jekk iva, jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti;

e) jagħmel/jagħmlu nota tal-port ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid (u l-operatur u s-sid benefiċjarju jekk huwa different mis-sid), l-aġent, u l-kaptan tal-bastiment, inkluż l-ID uniku tal-kumpanija u tas-sid reġistrat jekk huma disponibbli. kif ukoll;

f) jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk ikun hemm, matul l-aħħar ħames snin.

7. L-awtorizzazzjoni(jiet)

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverfika(w) li l-awtorizzazzjoni(jiet) biex jistad jew iġorr il-ħut u l-prodotti tal-ħut huwa/huma kompatibbli mal-informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 u jeżamina(w) it-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet) u l-applikazzjoni tagħha/tagħhom għaż-żoni, l-ispeċijiet u l-irkaptu tas-sajd.

8. Dokumenti oħra

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-dokumenti f'format elettroniku. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista' tinkludi ġurnali ta' abbord, b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, kif ukoll lista tal-ekwipaġġ, pjanijiet ta' stivar u diżinji jew deskrizzjonijiet tal-istivi tal-ħut jekk ikunu disponibbli. Stivi jew postijiet bħal dawn jistgħu jiġu spezzjonati sabiex issir il-verifika ta' jekk id-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jikkorrispondux ma' dawn id-diżinji u jekk l-istivar huwiex skont il-pjanijiet ta' stivar. Fejn ikun xieraq, din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti tal-qbid jew id-dokumenti tal-kummerċ maħruġa minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

9. Irkaptu tas-sajd

a) L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverifika(w) li l-irkaptu tas-sajd abbord huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni(jiet). L-irkaptu jista' wkoll jiġi ċċekjat sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi bħal, inter alia , id-daqs(ijiet) tal-malja (u strumenti possibbli), it-tul tax-xbieki, id-daqsijiet tas-snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki ta' identifikazzjoni tal-irkaptu jikkorrispondu ma' dawk awtorizzati għall-bastiment.

b) L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu wkoll ifittex/ifittxu fil-bastiment għal kwalunkwe rkaptu tas-sajd stivat li ma jidhirx u għal irkaptu tas-sajd li b'xi mod ieħor ikun illegali.

10. Ħut u prodotti tas-sajd

(a) L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom, sa fejn huwa l-aktar possibbli, jeżamina(w) jekk il-ħut u l-prodotti tal-ħut abbord kinux maħsuda skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtorizzazzjoni(jiet) applikabbli. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) il-ġurnal ta' abbord tas-sajd, ir-rapporti preżentati, inklużi dawk trażmessi minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastiment (VMS), kif xieraq.

(b) Sabiex ikunu determinati l-kwantitajiet u l-ispeċijiet abbord, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jeżamina(w) il-ħut fl-istiva jew matul il-ħatt. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jiftaħ/jiftħu l-kaxxi tal-kartun fejn il-ħut ikun ippakkjat minn qabel u jċaqlaq/jċaqilqu l-ħut jew il-kaxxi tal-kartun biex jiżgura(w) l-integrità tal-istivi tal-ħut.

(c) Jekk il-bastiment ikun qed iħott, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jivverfika(w) l-ispeċijiet u l-kwantitajiet li jkunu nħattu. Verifika bħal din tista' tinkludi t-tip ta' prodott, il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord) u l-fattur ta' konverżjoni użat għal kalkolu ta' piż ipproċessat għal piż ħaj. L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu wkoll jeżamina(w) kull kwantità possibbli li tinżamm abbord.

(d) L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jeżamina(w) il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-qabdiet kollha abbord, inkluż permezz ta' kampjuni.

11. Verifika ta' sajd IUU

Japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament 1005/2008.

12. Rapport

L-ispettur għandu jipprepara u jiffirma rapport bil-miktub wara li jlesti l-ispezzjoni u jagħti kopja lill-kaptan tal-bastiment.

13. Riżultati tal-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port

Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-Istat tal-port għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

- 1. Referenzi tal-ispezzjoni

- L-awtorità tal-ispezzjonar (isem l-awtorità tal-ispezzjonar jew il-korp alternat nominat mill-awtorità);

- L-isem tal-ispettur;

- Id-data u l-post tal-ispezzjoni;

- Il-port tal-ispezzjoni (il-post fejn il-bastiment huwa spezzjonat); kif ukoll

- Id-data (id-data meta jitlesta r-rapport).

- 2. Identifikazzjoni tal-bastiment

- L-isem tal-bastiment;

- It-tip ta' bastiment;

- It-tip ta’ rkaptu;

- In-numru ta' identifikazzjoni estern (numru ta' mal-ġenb tal-bastiment) u n-numru IMO (jekk ikun disponibbli) jew numru ieħor kif xieraq;

- Il-kodiċi Internazzjonali tar-Radju;

- In-numru-I MMS (numru ta' identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi), jekk hu disponibbli;

- L-Istat tal-bandiera (Stat fejn il-bastiment huwa rreġistrat);

- L-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti, jekk hemm;

- Il-port tal-bażi (il-port fejn il-bastiment huwa rreġistrat) u l-portijiet fejn kien isorġi qabel;

- Is-sid tal-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt tas-sid tal-bastiment);

- Is-sid benefiċjarju tal-bastiment jekk huwa differenti mis-sid tal-bastiment (l-isem, l-indirizz,

- il-Kuntatt);

- L-operatur tal-bastiment responsabbli għall-użu tal-bastiment jekk huwa differenti minn sid il-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt);

- L-aġent tal-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt);

- L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk hemm;

- L-isem, in-nazzjonalità u l-kwalifikazzjonijiet marittimi tal-kaptan u tal-kaptan tas-sajd;

- Il-lista tal-ekwipaġġ.

- 3. Awtorizzazzjonijiet tas-sajd (liċenzji/permessi)

- L-awtorizzazzjoni(jiet) tal-bastimenti biex jistadu jew iġorru l-ħut jew prodotti tal-ħut;

- L-Istat(i) li ħareġ/ħarġu l-awtorizzazzjoni(jiet);

- It-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet), inklużi ż-żoni u t-tul;

- L-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti;

- Iż-żoni, l-ambitu u t-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet);

- Id-dettalji tal-allokazzjoni awtorizzata - kwota, sforz jew ieħor;

- L-ispeċijiet, il-qbid inċidentali u l-irkaptu tas-sajd awtorizzati; kif ukoll

- Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumenti tat-trażbord (fejn applikabbli).

- 4. Informazzjoni dwar il-vjaġġ tas-sajd

- Id-data, il-ħin, iż-żona u l-post fejn beda l-vjaġġ tas-sajd kurrenti;

- Iż-żoni fejn mar il-bastiment (id-dħul u l-ħruġ minn żoni differenti);

- L-attivitajiet ta' trażbord fuq il-baħar (id-data, l-ispeċijiet, il-post, il-kwantità ta' ħut trażbordat);

- L-aħħar port fejn kien il-bastiment; kif ukoll

- Id-data u l-ħin fejn intemm il-vjaġġ tas-sajd kurrenti;

- Il-port li jmiss li l-bastiment beħsiebu jżur, kif xieraq.

- 5. Riżultat tal-ispezzjoni tal-qabda

- Il-bidu u t-tmiem tal-ħatt (il-ħinijiet u d-data);

- L-ispeċijiet tal-ħut;

- It-tip ta’ prodott;

- Il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord);

- Il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;

- Il-piż proċessat (il-kwantitajiet li nħattu skont l-ispeċi u l-preżentazzjoni);

- Il-piż ħaj ekwivalenti (il-kwantitajiet li nħattu f'piż ħaj ekwivalenti, bħala "Piż tal-prodott multiplikat mill-fattur ta' konverżjoni"); kif ukoll

- Id-destinazzjoni ppjanata għall-ħut u l-prodotti tal-ħut spezzjonati;

- Il-kwantità u l-ispeċijiet tal-ħut miżmuma abbord, jekk hemm.

- 6. Riżultati tal-ispezzjoni tal-irkaptu

- Id-dettalji tat-tipi ta' rkaptu.

- 7. Konklużjonijiet

- Il-konklużjonijiet tal-ispezzjoni inklużi l-identifikazzjoni ta' vjolazzjonijiet maħsuba li seħħu u referenza għar-regoli u l-miżuri rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkun mehmuża mar-rapport tal-ispezzjoni.

ANNESS III

A) Segmentazzjoni tal-Flotta tal-GFCM/SAC

Gruppi | <6 metri | 6-12 metru | 12-24 metru | Aktar minn 24 metru |

1. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna | A |

2. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna | B | C |

3. Bastiment tat-tkarkir | D | E | F |

4. Bastimenti tas-sajd bil-purse seines | G | H |

5. Bastimenti li jistadu bil-konzijiet | I |

6. Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku | J |

7. Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun | K |

8. Bastimenti bil-gangmu | L |

9. Bastimenti polivalenti | M |

Deskrizzjoni tas-setturi

A Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), mingħajr magna (bir-riħ jew bil-propulsjoni).

B Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna ta' anqas minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 6 metri tul (LOA), bil-magna.

C Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), bil-magna, li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.

D Bastimenti tat-tkarkir ta' anqas minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), li jallokkaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

E Bastimenti tat-tkarkir bejn it-12 u l-24 metru – Il-bastimenti kollha bejn it-12 u l-24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

F Bastimenti tat-tkarkir itwal minn 24 metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

G Bastimenti tas-sajd bil-purse seines bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni bil-purse seine.

H Bastimenti tas-sajd bil-purse seines itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-purse seine, minbarra dawk li jistadu għat-tonn bit-tartarun matul kwalunkwe żmien tas-sena.

I Bastimenti itwal minn 6 metri li jistadu bil-konzijiet – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-konz.

J Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir pelaġiku.

K Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun – Il-bastimenti kollha li jistadu għat-tonn bit-tartarun għal kwalunkwe tul ta' żmien matul is-sena.

L Bastimenti bil-gangmu itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tħaddim tal-karrakka tal-ħama.

M Bastimenti polivalenti itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.

Nota : Iċ-ċelloli kollha huma miftuħa għall-ġbir tal-informazzjoni. Iċ-ċelloli li jitħallew vojta fit-tabella t'hawn fuq jitqiesu li x'aktarx ma għandhomx popolazzjoni sinifikanti. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, huwa rrakkomandat li l-informazzjoni ta' "ċellola vojta" tingħaqad mal-aktar "ċellola blu" xierqa li tkun biswitha.

B) Tabella dwar il-kejl tal-isforz tas-sajd[15]

Irkaptu | Għadd u qies | Kapaċità | Attività | Sforz Nominali[16] |

Sajd bil-gangmu (għall-molluski) | Ħalq miftuħ, wisa' tal-ħalq | TG | Ħin tas-sajd | Superfiċje tal-qiegħ fejn sar sajd bil-gangmu[17] |

Tkarkir (inkluż is-sajd bil-gangmu għall-ħut ċatt) | Tip ta' tkarkir (pelaġiku, tal-qiegħ) TG u/jew GRT Qawwa tal-magna Daqs tal-malja Daqs tax-xibka (wisa' tal-ħalq) Veloċità | TG | Ħin tas-sajd | TG*jiem TG*sigħat KW*jiem |

Purse Seine | Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka TG Qawwa tad-dawl Għadd ta' dgħajjes żgħar | TG Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka | Ħin tat-tfittix Sett | TG * Settijiet tas-sajd16 Tul tax-xibka * settijiet tas-sajd |

Xbieki | Tip tax-xibka (pereżempju parit, għeżula, eċċ.) Tul tax-xibka (użat fir-regolamenti) TG Superfiċje tax-xibka Daqs tal-malja | Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka | Ħin tas-sajd | Tul tax-xibka * jiem Superfiċje * jiem |

Konzijiet | Għadd ta' snanar TG Għadd ta' unitajiet ta' konzijiet Karatteristiċi tas-snanar Lixka | Għadd ta' snanar Għadd ta' unitajiet ta' konzijiet | Ħin tas-sajd | Għadd ta' snanar * sigħat Għadd ta' snanar * jiem Għadd ta' unitajiet ta' konzijiet * jiem/sigħat |

Nases | TG | Għadd ta' Nases | Ħin tas-sajd | Għadd ta' nases * jiem |

Purse seine/FADs | Għadd ta’ FADs | Għadd ta’ FADs | Għadd ta' vjaġġi | Għadd ta’ FADs * Għadd ta’ vjaġġi |

C) Kompitu 1 tal-GFCM – Unitajiet Operazzjonali

[pic]

[1] R. 43/2009, R. 40/2008, 41/2007, 51/2006

[2] ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34

[3] ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34.

[4] R. 43/2009, l-Artikoli 28-31 R. 40/2008 l-Artikoli 29-31, 41/2007, l-Artikoli 26-27 51/2006, l-Anness III

[5] ĠU L 39, 8.2.2007, p. 6

[6] ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008, ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1;

[8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23

[9] ĠU L 358 tal-31.12.2002, p. 59

[10] kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

[11] ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7-13

[12] ĠU L 36, 8.2.2007, p.6-30

[13] ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

[14] ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25

[15] Jirreferi għall-isforz nominali.

[16] Għandu jkun riferit għal żona partikolari (li tindika is-superfiċje) sabiex tkun stmata l-intensità tas-sajd (sforz • km2) u biex jirrelata l-isforz lill-komunitajiet sfruttati.

[17] Il-kejl tal-isforz li ma jinkludix attività ta' żmien għandu jkun riferit bħala perjodu ta' żmien (jiġifieri bis-sena).

Top