Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0315

    Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

    /* KUMM/2009/0315 finali */

    52009PC0315

    Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 /* KUMM/2009/0315 finali */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussell, 22.6.2009

    KUMM(2009) 315 finali2007/0195/COD

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

    skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

    skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

    1. Sfond

    Proċedura

    Il-proposta trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2007)528 – 2007/0195/COD) fid-data: | 19.09.2007 |

    L-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mogħtija fid-data: | 22.04.08 |

    L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni mogħtija fid-data: | 10.04.08 |

    L-opinjoni tal-Parlament Ewropew (fl-ewwel qari) mogħtija fid-data: | 09.07.2008 |

    Il-pożizzjoni komuni adottata bl-unanimità fid-data: | 09.01.2009 |

    Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew (it-tieni qari) | 22.04.2009 |

    2. Għan tal-proposta tal-Kummissjoni

    Din il-proposta tagħmel parti mit-tielet pakkett leġiżlattiv għal suq intern tal-gass u tal-elettriku fl-UE (“it-Tielet Pakkett”), li jinkludi żewġ Direttivi u tliet Regolamenti.

    L-għan ewlieni tal-pakkett huwa li jiġi stabbilit qafas regolatorju li hu meħtieġ sabiex il-ftuħ tas-suq ikun effettiv bis-sħiħ u biex jinħoloq suq uniku tal-gass u tal-elettriku fl-UE fl-interess taċ-ċittadini u tal-industrija tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jgħin sabiex il-prezzijiet jinżammu baxxi kemm jista’ jkun u sabiex jogħlew l-istandards tas-servizzi u s-sigurtà tal-provvista.

    Dan isir permezz tal-miżuri ewlwnin li ġejjin:

    - sorveljanza regolatorja aktar effikaċi minn regolaturi nazzjonali indipendenti;

    - stabbiliment ta' Aġenzija biex tiżgura kooperazzjoni effikaċi bejn ir-regolaturi nazzjonali u tieħu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet transkonfinali rilevanti kollha;

    - kooperazzjoni obbligatorja bejn l-operaturi tan-netwerks għall-armonizzazzjoni tar-regoli kollha relatati mat-trasport tal-enerġija madwar l-Ewropa u sabiex l-ippjanar tal-investiment ikun ikkoordinat;

    - separazzjoni effettiva tal-ġenerazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija sabiex b'hekk ikun evitat kwalunkwe konflitt ta' interessi, għall-promozzjoni għall-investiment fin-netwerk u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe mġiba diskriminatorja;

    - iktar trasparenza u funzjonament aħjar tas-suq tal-konsumatur;

    - iktar solidarjetà u kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri sabiex tkun żgurata sigurtà akbar tal-provvista.

    3. Kummenti tal-Kummissjoni

    3.1 Ġenerali

    Fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-22 ta' April 2009, il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta' kompromess li dwaru kien hemm qbil mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari.

    Dawn l-emendi jikkonċernaw essenzjalment:

    - it-tisħiħ limitat tar-rwol tal-aġenzija fil-proċess li jsiru l-kodiċijiet u l-linji gwida u s-sorveljanza tas-xogħol tan-Netwerk Ewropew tal-Operaturi ta' Trażmissjoni għall-Gass (ENTSO-G),

    - dispożizzjonijiet li jsaħħu r-rwol tal-aġenzija fil-proċess tal-istabbiliment ta' pjan ta' 10 snin għall-iżvilupp tan-netwerk, u

    - ir-rwol tal-ENTSO-G fir-rigward tal-pajjiżi terzi.

    Il-Kummissjoni taċċetta l-pakkett ta' kompromess peress li huwa f'konformità mal-għan globali u l-karatteristiċi ġenerali tal-proposta.

    3.2 Proposta Emendata

    Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-Proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

    Top