This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0198
Proposal for a Council Decision on the adoption of a supplementary research programme to be implemented by the Joint Research Centre for the European Atomic Energy Community
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
/* KUMM/2009/0198 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika /* KUMM/2009/0198 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.4.2009 KUMM(2009) 198 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Nhar id-19 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta programm supplimentari tar-riċerka ta' tliet snin li kellu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (mill-2004 sal-2006) dwar it-tħaddim tar-Reattur ta' Fluss Għoli (l-HFR) tal-Komunità li jinsab f’Petten (l-Olanda). Nhar is-26 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta estensjoni ta’ sena (għall-2007) għal dan il-programm supplimentari. Għaldaqstant, dan il-programm għalaqlu żmienu fil-31 ta' Diċembru 2007. It-tħaddim tal-HFR kompla matul l-2008 mingħajr programm supplimentari tar-riċerka, filwaqt li saru sforzi sabiex it-tħaddim u l-isfruttar tiegħu jissejsu fuq reġim legali indipendenti u iktar sod. Minħabba li dawn l-isforzi fallew, issa se jkun jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar appoġġ finanzjarju kontinwat taħt programm supplimentari ġdid tar-riċerka. B’hekk, din il-komunikazzjoni tittratta programm ġdid ta’ tliet snin għat-tħaddim tal-HFR (mill-2009 sal-2011). L-HFR jintuża mill-Kummissjoni skont il-ftehim tal-25 ta’ Lulju 1961 ta’ bejn l-Euratom u l-Olanda. Skont dan il-ftehim, il-Kummissjoni impenjat ruħha, f'isem il-Komunità, li tibni l-faċilitajiet neċessarji u li tipprovdi aktar tagħmir sabiex tagħmel "l-aħjar użu" minn dawn il-faċilitajiet (fosthom l-HFR). Dan il-ftehim kien iffirmat għal perjodu ta' 99 sena. Sabiex jagħmluh realtà, nhar il-31 ta' Ottubru 1962, iż-żewġ partijiet waslu għal ftehim fit-tul dwar il-kera għal 99 sena li jagħti d-dritt in rem (kuntratt ta' enfitewsi). L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea sabiex jingħata appoġġ għal teknoloġiji nukleari li mhumiex ta' periklu, fir-riċerka dwar il-materjali li jintużaw fil-fużjoni termonukleari, fir-riċerka fundamentali u fl-applikazzjonijiet mediċi: - Minkejja t-tnaqqis fir-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp (l-R&Ż) fil-qasam tal-fissjoni nukleari, l-HFR għadu jintuża ferm fir-riċerka dwar is-sikurezza tar-reatturi eżistenti u ta' dawk tal-ġejjieni. L-HFR jagħti kontribut lil dawn il-programmi: reatturi li għadda ż-żmien minn fuqhom u l-ġestjoni taċ-ċiklu ta’ ħajjet ir-reatturi, it-titjib tas-sikurezza tal-fjuwil nukleari, it-trasmutazzjoni tal-iskart nukleari bil-ħsieb li jittejbu l-kundizzjonijiet tar-rimi aħħari tal-iskart, studji dwar is-sikurezza tal-fjuwil għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ reatturi nukleari (il-Ġenerazzjoni nru IV). - Ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni sabiex tistudja l-istruttura tal-materjali. Din l-attività qiegħda dejjem tiżviluppa u tagħti kontribut għall-fehim tal-mekkaniżmi ta' degradazzjoni u għat-taffija tagħhom, ħaġa li hija rilevanti għas-sikurezza tal-impjanti nukleari eżistenti. Il-metodi li qed jiġu studjati huma t-tekniki ta' evalwazzjoni mhux qerrieda li jużaw ir-raġġi tan-newtroni u l-proprjetajiet tan-newtroni. Il-koordinazzjoni ta' dawn l-isforzi, it-tixrid tar-riżultati u l-appoġġ għall-armonizzazzjoni jitwettqu permezz ta' netwerk Ewropew. - Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tar-radjuiżotopi għal iktar minn 60% tal-10 miljun dijanjosi medika mwettqa kull sena fl-Ewropa. Ir-rendiment tiegħu jagħmlu apparat importanti għall-kumpaniji farmaċewtiċi Ewropej f’dan il-qasam. Barra minn hekk, minħabba li jinsab fl-Ewropa, il-produzzjoni tar-reattur hija diretta b'ħeffa lejn iċ-ċentri tal-mediċina fl-Ewropa. Dan huwa importanti ferm għall-iżotopi ta' ħajja qasira li qed jintużaw l-iktar bħalissa. - L-HFR iservi wkoll bħala faċilità tat-taħriġ għal studenti li jkunu qed jagħmlu d-dottorat jew studju ta' wara d-dottorat u li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom permezz ta' programm nazzjonali jew Ewropej. 2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Fost l-Istati Membri li ġew ikkonsultati minħabba l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom fil-qasam nukleari, tliet Stati Membri (l-Olanda, Franza u l-Belġju) qablu li jagħtu kontribut għall-finanzjament tal-HFR. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Euratom. 4. L-IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAĠIT Fid-dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu, dan il-programm supplimentari l-ġdid juri l-kontribut li għandu jingħata mit-tliet Stati Membri li qed jieħdu sehem fih, jiġifieri l-Olanda, Franza u l-Belġju. Il-kontributi ta’ dawn it-tliet Stati Membri jammontaw għal madwar EUR 35 miljun. Dan l-ammont jinkludi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat ir-reattur. Taħt il-programm supplimentari ta' bħalissa, parti mill-kontributi se tkopri l-ispejjeż (inklużi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat) imġarrba għat-tħaddim tal-HFR matul l-2008, jiġifieri fil-perjodu meta ma kien hemm l-ebda programm supplimentari jew mekkaniżmu ieħor għal dan il-finanzjament. Il-Kummissjoni tikkonferma d-dikjarazzjoni mniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1996, li fiha ddikjarat li "abbażi ta' finanzjament adegwat, l-HFR jista jagħti kontribut għat-twettiq ta' programmi tal-Komunità, kemm fil-kuntest tal-Programmi ta' Qafas kif ukoll ’il barra minnu. Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ jew fuq bażi kompetittiva jewinkella permezz ta' servizzi ta' irradjazzjoni lill-Istituti taċ-ĊKR waqt l-implimentazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.” Dan ifisser li l-Kummissjoni mhix se tagħti kontribut għall-ispiża tat-tħaddim tal-HFR b’fondi mill-baġit istituzzjonali tagħha, inkluż kwalunkwe spiża għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur. 5. TAGĦRIF ADDIZZJONALI Mhux applikabbli Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku[1], Billi: (1) Fi ħdan il-qafas taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, ir-Reattur ta' Fluss Għoli li hemm f’Petten (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-HFR”), kien u se jibqa’ jkun għal xi żmien, mezz importanti disponibbli għall-Komunità sabiex tagħti kontribut għax-xjenzi u għall-ittestjar tal-materjali, għall-mediċina nukleari u għar-riċerka dwar is-sikurezza fil-qasam tal-enerġija nukleari. (2) It-tħaddim tal-HFR kien appoġġat minn sensiela ta’ programmi supplimentari tar-riċerka. L-aħħar wieħed fosthom, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/773/Euratom tas-26 ta’ Novembru 2007 dwar estensjoni ta’ sena għall-programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika[2], skada fil-31 ta’ Diċembru 2007. (3) It-tħaddim tal-HFR kompla matul l-2008 mingħajr programm supplimentari tar-riċerka, filwaqt li saru sforzi sabiex it-tħaddim u l-isfruttar tiegħu jissejsu fuq reġim legali indipendenti u iktar sod. Minħabba li dawk l-isforzi fallew, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar appoġġ finanzjarju kontinwat taħt programm supplimentari ġdid tar-riċerka. (4) Bil-liċenzja attwali tal-operat tiegħu, l-HFR jista’ jitħaddem mill-inqas sas-sena 2015. (5) Minħabba l-ħtieġa kontinwata tal-HFR bħala infrastruttura li ma tista’ tinbidel b’xejn għar-riċerka Komunitarja fl-oqsma tat-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti, tas-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, tal-fużjoni nukleari, tar-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u tal-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sistemi tar-reatturi, dan għandu jkompli jitħaddem taħt dan il-programm supplimentari tar-riċerka sal-2011. (6) Minħabba l-interess partikulari tagħhom li l-HFR jibqa’ jitħaddem, l-Olanda, Franza u l-Belġju għandhom, hekk kif indikaw, jiffinanzjaw dan il-programm permezz ta’ kontributi finanzjarji, mogħtijin bħala dħul assenjat, għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. (7) Il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari għandhom ikopru wkoll l-ispiża ta’ matul l-2008, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-programm supplimentari tar-riċerka dwar it-tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli li hemm f’Petten (l-HFR), (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”), li l-għanijiet tiegħu huma mogħtija fl-Anness I, qiegħed jiġi adottat għal perjodu ta' tliet snin, li jibda mill-1 ta' Jannar 2009. Artikolu 2 Il-kontribut finanzjarju stmat li hu meħtieġ biex jitwettaq il-programm jammonta għal EUR 34,992 miljun. Dan l-ammont huwa mqassam hekk kif mogħti fl-Anness II. Dan il-kontribut għandu jitqies bħala dħul assenjat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002[3]. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha f’idejha l-ġestjoni tal-programm. Għal dan il-għan, għandha titlob is-servizzi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. 2. Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jinżamm mgħarraf dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Artikolu 4 Kull sena, qabel il-15 ta’ Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I L-GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI L-għanijiet prinċipali ta’ dan il-programm huma dawn li ġejjin: 1. Li jkun żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli tar-reattur ta’ fluss għoli (l-HFR), sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà tal-fluss tan-newtroni għall-għanijiet tal-esperimenti. 2. Li jitħalla jsir użu effiċjenti tal-HFR mill-istituti tar-riċerka f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini: fit-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti, fis-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, fil-fużjoni nukleari, fir-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u fil-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sistemi tar-reatturi. ___________________________________________________________________________ ANNESS II IT-TAQSIM TAL-KONTRIBUTI Il-kontributi għall-programm ġejjin mill-Olanda, minn Franza u mill-Belġju. Dawn il-kontributi huma mqassma kif ġej: L-Olanda: EUR 32,892 miljun; Franza: EUR 0.9 miljun Il-Belġju: EUR 1.2 miljun It-Total: EUR 34.992 miljun. Dawn il-kontributi għandhom isiru għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom jingħataw għal dan il-programm. Il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari jistgħu jkopru wkoll l-ispiża li saret matul l-2008 biex jitħaddem l-HFR. ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i u l-attività/l-attivitajiet assoċjata/i: Il-qasam tal-politika: It-Titolu 10 – Ir-riċerka diretta L-attività: 10 04 It-tlestija tal-programmi ta' qafas ta' qabel u attivitajiet oħrajn 3. IL-LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (li qabel kienu l-linji B..A)) inklużi l-intestaturi: 10 04 04 It-tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli (l-HFR) Il-partita 10 04 04 02 [4] — Il-programm supplimentari għall-HFR (mill-2009 sal-2011) Il-partita 6 2 2 1 — Dħul mit-tħaddim tal-HFR li għandu jintuża sabiex jingħataw approprjazzjonijiet addizzjonali - Dħul assenjat 3.2. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: Mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari jistgħu jkopru wkoll l-ispiża ta’ matul l-2008) 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji: Il-linja tal-baġit | It-tip ta' nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | Mhux obbligatorju | Mhux iddifferenzjat[5] | IVA | LE | LE | Nru 1a | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-riżorsi finanzjarji 4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ nfiq | It-Taqsima nru. | 2009 | 2010 | 2011 | It-total | L-infiq operattiv[6] | L-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | pm | pm | pm | Pm | L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | pm | pm | pm | pm | pm | pm | L-infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta' referenza[7] | L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | pm | pm | pm | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn | a+c | pm | pm | pm | L-Approprjazzjonijiet tal-Ħlas | b+c | pm | pm | pm | pm | pm | pm | L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[8] | Ir-riżorsi umani u l-infiq li għandu x'jaqsam magħhom (AMD) | 8.2.5. | d | pm | pm | pm | L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | pm | pm | pm | L-ispiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent | It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | pm | pm | pm | It-TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | pm | pm | pm | pm | pm | pm | Id-dettalji tal-kofinanzjament f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) L-entità tal-kofinanzjament | 2009 | 2010 | 2011 | It-total | L-Olanda | f | 16.446 | 8.223 | 8.223 | 32.892 | Franza | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.900 | Il-Belġju | g | 0.600 | 0.300 | 0.300 | 1.200 | It-TOTAL tal-AI, inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 17.346 | 8.823 | 8823 | 34.992 | * L-ispejjeż tal-2008 se jkunu koperti mill-kontributi mogħtija għall-2009. Il-kontributi huma dħul assenjat. Dan l-ammont ġie kkalkulat mill-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu bbilanċjati l-ispejjeż imbassra għar-reattur għall-perjodu mill-2008 sal-2011 filwaqt li jitqies il-livell ta' dħul kummerċjali mistenni. Il-Kummissjoni fl-ebda każ mhi se tkopri defiċit operattiv, inklużi spejjeż potenzjali għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur. 4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju x Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Jista' jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri l-istrument tal-flessibbilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. x Il-proposta għandha impatt finanzjarju — l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: It-tliet Stati Membri, l-Olanda, Franza u l-Belġju, se jiffinanzjaw dan il-Programm Supplimentari. f’miljuni ta’ EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) Qabel l-azzjoni [Is-sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni | L-għadd totali tar-riżorsi umani | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea sabiex jingħata appoġġ għal teknoloġiji nukleari li mhumiex ta' periklu, appoġġ fl-oqsma tar-riċerka dwar impjanti nukleari li għadda ż-żmien minn fuqhom u dwar it-titwil ta' ħajjithom, appoġġ għat-trasmutazzjoni tal-aktinidi b'ħajja fit-tul bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza tal-ħżin tal-iskart, appoġġ għat-titjib tas-sikurezza tal-fjuwil u għal studji dwar is-sikurezza tal-fjuwil għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ reatturi nukleari (il-Ġenerazzjoni nru IV). Barra minn hekk, ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni sabiex tistudja l-istruttura tal-materjali. Din l-attività qiegħda dejjem tiżviluppa u tagħti kontribut għall-fehim tal-mekkaniżmi ta' degradazzjoni u għat-taffija tagħhom, ħaġa li hija rilevanti għas-sikurezza tal-impjanti eżistenti. Fil-qafas tal-fużjoni termonukleari, qed jiġu implimetati diversi proġetti sabiex jiġu ttestjati materjali strutturali u tar-riproduzzjoni għar-reatturi tal-fużjoni tal-ġejjieni. 5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Il-Kummissjoni hija sid l-HFR. Dan il-Programm Supplimentari huwa meħtieġ sabiex l-HFR ikompli jitħaddem, minħabba li l-Impriża Konġunta li kienet prevista ma setgħetx titwaqqaf minħabba nuqqas ta' appoġġ min-naħa ta’ sieħba potenzjali għal din it-tip ta' entità legali. Ta' min jinnota li, minbarra l-użu xjentifiku tiegħu, ir-reattur hu ta' importanza kbira għas-settur mediku (il-produzzjoni ta' radjuiżotopi mediċi). 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM L-għanijiet prinċipali tal-Programm Supplimentari għall-HFR huma: 1. It-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR f’Petten; din l-attività tinvolvi l-użu normali tal-istallazzjoni għal perjodu operattiv massimu, u l-forniment tal-fluss tan-newtroni għall-esperimenti; 2. L-użu razzjonali ta' dan ir-reattur se jiġi żviluppat f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini; it-temi prinċipali tar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu l-użu tal-HFR joħorġu minn dawn l-eżempji: it-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti u ta’ dawk tal-ġenerazzjoni l-ġdida, is-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, ir-riċerka dwar il-materjali għar-reatturi tal-fużjoni, ir-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u l-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata s-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tar-reatturi. 5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv) x Ġestjoni ċċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( entitajiet imwaqqfin mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ( entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku ( Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata ( mal-Istati Membri ( ma' pajjiżi terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tmexxi l-Programm Supplimentari u, minħabba f'hekk, li tirrapporta dwar (i) l-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur, (ii) l-użu xjentifiku tiegħu, (iii) il-qagħda tal-baġit tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul finanzjarju mill-Istati Membri, u (iv) il-ħlasijiet li jkunu saru. Il-programm huwa inkluż fiċ-ċiklu ta’ ppjanar tal-ABM taċ-ĊKR u fil-Pjan Annwali tal-Ġestjoni. Minħabba f’hekk, il-monitoraġġ tal-għanijiet imsemmija se jkun inkluż fir-Rapport annwali dwar l-attività taċ-CKR. Barra minn hekk, se jitħejja rapport annwali miċ-ĊKR (mill-Istitut għall-enerġija). Dan se jittratta l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari, u se jkopri l-affarijiet li ġejjin: - ir-rappurtaġġ tekniku li jinkludi d-dejta dwar it-tħaddim tal-HFR; - deskrizzjoni fil-qosor tal-kisbiet xjentifiċi prinċipali; - l-istat tal-attivitajiet tat-tiswija u tal-manutenzjoni; - il-qagħda tal-baġit f’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul mill-Istati Membri u mal-użu tal-baġit tal-Programm Supplimentari (inklużi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat ir-reattur, il-ħlasijiet tal-ġestjoni, il-ħlasijiet lill-operatur, eċċ.). - Ir-rapport se jkun indirizzat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Bord tal-gvernaturi taċ-ĊKR. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni minn qabel Dan huwa t-tiġdid tal-Programmi Supplimentari ta’ qabel. It-tħejjija ta’ dan il-Programm Supplimentari l-ġdid kienet it-tema ta' valutazzjoni interna li saret mill-Istati Membri li qed jieħdu sehem fih. 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ta’ wara (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi): Se jittejjeb il-kontenut tar-rappurtaġġ kif indikat hawn fuq, f’konformità mal-obbligi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni L-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-programm għandhom iwettqu valutazzjoni interna meta jitlesta l-Programm Supplimentari. 7. Il-miżuri kontra l-frodi Il-verifika u l-kontroll intern tar-rappurtaġġ imsemmi hawn fuq se jitwettqu mill-uffiċjali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, u jkopru kemm l-aspett tekniku kif ukoll dak tal-baġit. Il-Qorti tal-Awdituri se tingħata aċċess għall-verifiki u l-kontrolli interni kollha. Il-kontroll taċ-ċirkulazzjoni tal-materjali fissili hu kopert mill-Euratom u mill-IAEA. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 | L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[11] (XX 01 01) | A*/AD | B*, C*/AST | Il-persunal iffinanzjat[12] permezz tal-Artikolu XX 01 02 | Persunal ieħor[13] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 | IT-TOTAL | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni L-unika ħidma li se jwettaq iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka hija l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari. Dan il-persunal taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (AD wieħed u AST wieħed) huwa ffinanzjat għal kollox mill-Programm Supplimentari. 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) x Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jittawlu ( Postijiet allokati minn qabel fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva) Mhux applikabbli f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Il-linja tal-baġit (in-numru u l-intestatura) | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | It-total tal-għajnuna teknika u amministrattiva | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | L-uffiċjali u l-persunal temporanju (XX 01 01) | Il-persunal iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 02 (il-persunal awżiljarju, l-SNEs, il-persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u tal-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta' referenza) | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji | AD wieħed u AST wieħed huma koperti minn dħul allokat apposta li ġej direttament minn dan il-Programm Supplimentari | Kalkolu - Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 | p.m. | 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[15] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi tat-tagħrif | 2 It-total ta’ nfiq ieħor tal-ġestjoni (XX 01 02 11) | 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) | It-total tal-infiq amministrattiv, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) | Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza | p.m. | [1] L-Opinjoni tal-1 ta' April 2009. [2] ĠU L 312, 30.11.2007, p. 29. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). [4] Trid tinħoloq linja ġdida tal-baġit. [5] Approprjazzjonijiet mhux iddifferenzjati, minn hawn ’il quddiem imsejħa AMD. [6] Infiq li ma jaqax fi ħdan il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [7] Infiq li jaqa’ fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [8] Infiq li jaqa’ fi ħdan il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [10] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3. [11] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza. [12] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta' referenza. [13] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta' referenza. [14] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [15] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.