Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0139

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

/* KUMM/2009/0139 finali - COD 2009/0047 */

52009PC0139

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita /* KUMM/2009/0139 finali - COD 2009/0047 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.3.2009

KUMM(2009) 139 finali

2009/0047 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta It-tqegħid f'konformità tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). Fil-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni ''tressaq proposta sabiex l-istrutturi tat-tmexxija tal-programmi kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 jiġu jaqblu formalment mal-irwoli ġodda tal-Kummissjoni u tal-Awtorità''. |

120 | Sfond ġenerali Sabiex iqis il-fatt li l-attivitajiet tal-impriża konġunta Galileo se jieqfu mill-31 ta' Diċembru 2006, ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006, stabbilixxa aġenzija Komunitarja msejħa l-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS. L-irwol u l-missjoni oriġinali tal-Awtorità ġew definiti biex jaqdu l-ħtiġijiet marbut mas-sistema li kien hemm dak iż-żmien għall-konċessjoni tal-ġestjoni u tal-finanzjament tal-fażijiet ta' tħaddim u ta' sfruttar tal-programm Galileo. Din is-sistema twarrbet matul is-sena 2007, u l-ġestjoni u l-finanzjament tal-fażi ta' tħaddim tal-programm mhux se jingħataw iktar lis-settur privat. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008, li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Lulju 2008, jiddefinixxi l-qafas ġdid tal-governanza pubblika u tal-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS. Jistabbilixxi l-prinċipju tad-diviżjoni stretta tal-kompetenzi bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, jagħti lill-Kummissjoni r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-programmi u jispeċifika bil-preċiżjoni l-missjonijiet fdati lill-Awtorità minn issa ‘l quddiem. Jistabbilixxi wkoll li l-Awtorità għandha twettaq ix-xogħol li jkun ingħatalha filwaqt li tirrispetta l-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi u skont il-linji gwida fformulati mill-Kummissjoni. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 b'mod impliċitu u sostanzjali emenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004. Għat-tliet raġunijiet imsemmija hawn isfel, huwa importanti minn issa 'l quddiem li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 jitqiegħdu f'konformità ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. L-ewwelnett, din is-sitwazzjoni, ikkaratterizzata mill-koeżistenza ta' żewġ testi li jikkontradixxu lil xulxin, mhijiex sodisfaċenti fuq il-livell legali. L-inċertezzi u l-ambigwitajiet li jinħolqu f'sitwazzjoni bħal din għandhom jitneħħew mill-iktar fis possibbli. Il-kredibbiltà tal-qafas legali tal-programmi, partikolarment fejn jidħlu l-partijiet terzi, trid tiġi żgurata. It-tieni, hemm ħtieġa urġenti ta' qafas solidu għas-sigurtà. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 jistipula li l-Kummissjoni tmexxi l-aspetti kollha li jirrigwardaw s-sigurtà tas-sistemi, iżda fl-istess waqt jafda f'idejn l-Awtorità tas-sorveljanza l-iżgurar tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà. L-irwol tal-Awtorità f'dan ir-rigward għandu jiġi ċċarat fi żmien qasir. It-tielet, jeħtieġ li tiġi garantita governanza tajba tal-programmi. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 emenda b'mod impliċitu u komprensiv il-kompiti tal-Awtorità tas-sorveljanza, ma kellu l-ebda impatt fuq l-organizzazzjoni interna tagħha u l-influwenza tal-Kummissjoni f'dan il-qasam tibqa' dejjem limitata. Sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità tieħu azzjoni filwaqt li tirrispetta ''l-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi'' u ''skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni'', kif inhu stipulat issa mir-Regolament (KE) Nru 683/2008, huwa meħtieġ li jsiru l-modifikazzjonijiet li jsaħħu l-influwenza tal-Kummissjoni fi ħdan l-organizzazzjoni interna tal-Awtorità. Dan l-approċċ huwa skont il-politika l-ġdida definita mill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġenziji Komunitarji. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). Il-proposta għandha l-għan li temenda l-ewwel minn dawn iż-żewġ Regolamenti. |

140 | Konsistenza ma' politiki oħra u l-għanijiet tal-Unjoni Il-programmi Galileo u EGNOS huma g]al kollox konformi mal-“istrateġija ta' Liżbona”. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati ma tapplikax ladarba huwa l-każ li test eżistenti jitqiegħed f'konformità ma' test ieħor li jkun ġie adottat iktar reċentement. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kienx meħtieġ rikors għal esperti esterni. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt L-unika għażla possibbli hija dik li test tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 jitqiegħed f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, li daħlu fis-seħħ fil-25 ta' Lulju 2008. L-alternattiva tkun li t-test tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 jitħalla kif inhu. Dan ma jkunx sodisfaċenti mil-lat legali u joħloq problemi serji fir-rigward tas-sigurtà u ma jiggarantixxix governanza tajba tal-programmi. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-azzjonijiet proposti Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita. |

310 | Bażi legali L-Artikolu 156 tat-Trattat. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | L-azzjoni proposta hija proporzjonali għall-għan mixtieq fis-sens illi l-ewwel nett regolament biss jista' jemenda regolament preċedenti u t-tieni nett il-miżuri proposti jinvolvu l-adattament ta' test għas-sitwazzjoni legali li toħroġ mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. |

332 | Ix-xogħol finanzjarju u amministrattiv li jirriżulta minn din il-proposta huwa insinifikanti ladarba l-mistoqsijiet finanzjarji u amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-programmi Galileo u EGNOS diġà ġew trattati bir-Regolament (KE) Nru 683/2008. |

Għażla tal-istrumenti |

341 | Strument(i) propost(i): regolament. |

342 | Strumenti oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. Skont il-prinċipju tal-parallelliżmu formali regolament biss jista' jemenda regolament preċedenti. |

IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tissimplifika l-qafas leġiżlattiv. |

512 | Il-miżuri proposti jikkontribwixxu biex jiġu evitati l-konfużjoni u l-ambigwità mil-lat legali bejn żewġ testi suċċessivi li f’xi partijiet jikkontradixxu lil xulxin. Għalhekk huma jaraw li l-acquis Komunitarju jiġi razzjonalizzat. |

520 | Revoka ta’ liġijiet eżistenti L-adozzjoni tal-proposta tinvolvi l-irtirar ta' ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi. |

560 | Żona Ekonomika Ewropea Dan l-abbozz leġiżlattiv jolqot qasam kopert bil-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk hemm lok li jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta għal kull Kapitolu jew kull Artikolu Emenda tal-għan, tal-kompiti u ta' isem l-aġenzija Komunitarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1321/2004/, sabiex jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. L-irwol u s-saħħa tal-Kummissjoni fi ħdan din l-aġenzija jiżdiedu sabiex jiġi żgurat li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, l-aġenzija tagħmel il-kompiti tagħha waqt li tirrispetta l-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja u skont il-linji gwida pprovduti minnha. Jiġi stabbilit qafas li fi ħdanu l-aġenzija tieħu r-responsabbiltà għall-provvediment tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà li ġiet fdata biha, u għal dan il-għan jiġi stabbilit, fi ħdan l-aġenzija, kumitat għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS. Jitneħħew id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 fir-rigward tas-sjieda tas-sistemi ladarba l-Komunità Ewropea ssir is-sid ta' dawn is-sistemi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. |

2009/0047 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita[4], emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006 tat-12 ta' Diċembr 2006[5] sabiex iqis il-fatt li l-attivitajiet tal-impriża konġunta Galileo se jieqfu mill-31 ta' Diċembru 2006, stabbilixxa aġenzija Komunitarja msejħa l-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS (minn hawn 'il quddiem ''l-Awtorità'').

(2) L-irwol u l-kompiti tal-Awtorità, stipulati fl-Artikoli 1 u 2 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004, ġew definiti biex jaqdu l-ħtiġijiet marbuta mas-sistema għall-konċessjoni tal-ġestjoni u tal-finanzjament tal-fażijiet ta' tħaddim u ta' sfruttar tal-programm Galileo. Din is-sistema twarrbet matul is-sena 2007, u l-ġestjoni u l-finanzjament tal-fażi ta' tħaddim tal-programm mhux se jingħataw iktar lis-settur privat.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)[6] jiddefinixxi l-qafas ġdid għall-governanza pubblika u l-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS. Huwa jistabbilixxi l-prinċipju tad-diviżjoni stretta tal-kompetenzi bejn il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn 'il quddiem ''ESA''), li jagħti lill-Kummissjoni r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-programmi u jelenka l-kompiti fdati lill-Awtorità minn issa ‘l quddiem. Jistabbilixxi wkoll li l-Awtorità twettaq il-kompiti fdati lilha fir-rispett tal-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi u skont il-linji gwida fformulati mill-Kummissjoni.

(4) Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 għandhom jiġu konformi ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5) Għaldaqstant jeħtieġ li l-ewwelnett jinbidel it-titolu tar-Regolament ladarba ma għandux jibqa' jirreferi b'mod ġenerali għall-istrutturi ta' ġestjoni tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, iżda għandu jirreferi biss għall-ħolqien ta' aġenzija Komunitarja. Barra minn hekk, l-isem ta' din l-aġenzija, fid-dawl tal-limitazzjoni tagħha fl-ambitu tal-attività, ma għandux jibqa' jissejjaħ ''Awtorità Ewropea tas-sorveljanza GNSS'' iżda ''l-Aġenzija GNSS'' (minn hawn 'il quddiem ''l-Aġenzija'').

(6) Jeħtieġ ukoll li jiġi emendat l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 fir-rigward tal-għan tiegħu, li għandu jkun esklussivament l-istituzzjoni tal-Aġenzija, mingħajr ma jipprovdi li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-interessi pubbliċi marbuta mal-programmi Ewropej GNSS u li tkun l-awtorità li tirregolahom.

(7) Huwa importanti wkoll li jiġi emendat l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar il-kompiti tal-Aġenzija u, f'dan ir-rigward, li tintuża d-definizzjoni tal-kompiti tagħha hekk kif tingħata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

(8) It-tibdil fit-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 u fl-isem tal-Aġenzija jfisser li l-partijiet kollha tat-test ta' dan ir-Regolament li jsemmu t-titolu u l-isem ta' qabel għandhom jiġu emendati.

(9) Barra minn hekk, ladarba r-Regolament (KE) Nru 683/2008 jistabbilixxi l-Komunità Ewropea bħala s-sid tal-assi tanġibbli jew intanġibbli maħluqa jew żviluppati fil-qafas tal-programmi, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 li jirrigwarda s-sjieda tas-sistemi ma għadhomx japplikaw u għandhom jitħassru.

(10) Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha waqt li tirrispetta l-irwol ta' ġestjonarja tal-programmi li għandha l-Kummissjoni u skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Aġenzija, huwa importanti li, l-ewwel nett jiġi stipulat espliċitament li l-Aġenzija hija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha taħt is-superviżjoni tal-Bord Amministrattiv u skont il-linji gwida pprovduti lill-Aġenzija mill-Kummissjoni, u t-tieni li r-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu nofs il-voti tal-bord.

(11) Jeħtieġ ukoll li l-Parlament Ewropew jitħalla jiġi rappreżentat fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bħala osservatur, minħabba l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 683/2008 enfasizza l-utilità tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Jeħtieġ ukoll li sabiex ikun hemm governanza tajba tal-programmi, it-tul tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv għandu jitnaqqas minn ħames għal erba' snin.

(12) Barra minn hekk, minħabba l-ambitu tal-kompiti fdati f'idejn l-Aġenzija, li jinkludu l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Aġenzija għandu jitneħħa u l-Kumitat tas-Sigurtà u tas-Sikurezza tas-Sistema għandu jiġi sostitwit minn kumitat tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà u jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, filwaqt li l-SG/HR u l-ESA jkollhom rwol ta' osservatur.

(13) L-attivitajiet tal-akkreditazzjoni għandhom isiru indipendentement mill-awtoritajiet tal-ġestjoni l-programmi, b'mod partikulari l-Kummissjoni, l-korpi l-oħra tal-Aġenzija u l-ESA, kif ukoll l-entitajiet l-oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward is-sigurtà. Bħala riżultat, il-kumitat tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għas-sistemi Ewropej GNSS għandu jkun ukoll l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà, kif ukoll ikun jikkostitwixxi korp awtonomu, fi ħdan l-Aġenzija, li jieħu d-deċiżjonijiet b'mod indipendenti.

(14) Filwaqt li l-Kummissjoni tmexxi l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sistema tas-sigurtà, skont ir-Regolament (KE) Nru 683/2008, huwa essenzjali li biex tiġi żgurata governanza effiċjenti fl-aspetti tas-sigurtà u sabiex jiġi rispettat il-prinċipju ta' diviżjoni stretta tar-responsabbiltajiet provduti f'dak ir-Regolament, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu strettament limitati għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi u li fl-ebda ċirkustanza ma għandhom jieħdu post l-attivitajiet tal-Kummissjoni.

(15) Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni jkunu koordinati max-xogħol tal-awtoritajiet li jiġġestixxu l-programmi kif ukoll entitajiet oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proviżjonijiet tas-sigurtà. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li l-kumitat tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS ikun ippresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

(16) Fid-dawl tal-ispeċifiċità u tal-kumplessità tas-sistemi, huwa indispensabbli li l-kumitat tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS, iwettaq il-ħidma tiegħu kollettivament, billi jimpenja ruħu għal kunsens u jinvolvi l-partijiet kollha li huma interessati fis-sigurtà, u biex tiġi stabbilita proċedura ta' monitoraġġ permanenti sabiex l-għadd kbir ta' deċiżjonijiet individwali li jridu jiġu adottati jiġu ġestiti bl-aħjar mod. Huwa importanti wkoll li x-xogħlijiet tal-akkreditazzjoni jkunu fdati f'idejn nies distinti, li huma kwalifikati fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta‘ sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

(17) Sabiex jiġi żgurat li dan il-Kumitat jista' jwettaq il-kompitu tiegħu, għandu jkun provdut ukoll li l-Istati Membri jfornuh bi kwalunkwe informazzjoni utli, jagħtu aċċess lill-persunal maħtur għaż-żoni kollha rilevanti għas-sistemi tas-sigurtà li jinsabu fit-territorju tagħhom, u li jkunu responsabbli fuq livell lokali għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta' żoni li jinsabu fit-territorju tagħhom.

(18) Il-ħtieġa ta’ ġestjoni amministrattiva tajba tesiġi li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jkun jista’ jieħu kwalunkwe deċiżjoni li tista' tiżgura li l-Aġenzija taqdi l-kompiti tagħha. Bl-istess mod, id-data li fiha l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jibgħat lid-diversi istituzzjonijiet Komunitarji r-rapport annwali fuq l-attivitajiet u l-perspettivi tal-Aġenzija skont l-Artikolu 6(g) tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004, għandha tkun l-istess bħal dik li fiha d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jibgħat il-kontijiet aħħarin tal-Aġenzija lil dawn l-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 12(6) ta' dak ir-Regolament.

(19) Is-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, li l-użu tagħhom iwassal lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri, huma infrastrutturi stabbiliti bħala netwerks trans-Ewropej fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 156 tat-Trattat. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta' dawn is-sistemi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazjoni u tal-enerġija.

(20) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandu jiġi emendat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1321/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 huwa emendat kif ġej:

1. It-titolu tar-Regolament huwa ''Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1321/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija GNSS.''

2. L-Artikoli 1, 2 u 3 għandhom jinbidlu bit-tliet Artikoli li ġejjin:

“ Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja msejħa Aġenzija GNSS (minn hawn 'il quddiem ''l-Aġenzija'').

Artikolu 2

Dmirijiet

Suġġet għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fir-rispett tal-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi Ewropej GNSS, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin, fi ħdan dawn il-programmi, skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni:

a) f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-programmi Ewropej GNSS u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, se tiżgura:

• i) l-akkreditazzjoni tas-sigurtà; għal dan l-effett hija għandha tagħti bidu u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS;

• ii) l-operazzjoni taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo, implimentat skont iż-żewġ deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll skont l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

b) għandha tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi Ewropej GNSS, inkluża l-analiżi meħtieġa tas-suq;

c) għandha wkoll twettaq kompiti oħra li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, li jitratta kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-programmi Ewropej GNSS.

Artikolu 3

Korpi

Il-korpi tal-Aġenzija huma l-Bord Amministrattiv, il-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS u d-Direttur Eżekuttiv.''

3. L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:

« 2. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor maħtur mill-Kummissjoni. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord Amministrattiv għandu jkun ta' ħames snin. Din il-kariga tiġġedded darba. Rappreżentant tal-Parlament Ewropew għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservatur.''

4. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(7) għandu jinbidel b'dan li ġej:

« 7. Kull membru li jirrappreżenta Stat Membru għandu jkollu vot wieħed. Il-membru li jirrappreżenta l-Kummissjoni għandu jkollu vot li jkun ugwali għat-total tal-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ma għandux jivvota.''

5. L-Artikolu 6(d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

''d) huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kompitu stabbilit fl-Artikolu 2 u li jirrigwarda l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo; Fil-każijiet kollha, dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni,''

6. fl-Artikolu 6(g), il-kliem ''sal-15 ta' Ġunju'' għandu jinbidel bil-kliem ''sal-1 ta' Lulju'';

7. fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-punt i) li ġej:

''i) għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġew fdati lilha, skont il-kundizzjonijiet stipulati b’dan ir-Regolament u għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni utli f'dan ir-rigward.''

8. fl-Artikolu 7(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

« 1. L-Aġenzija hija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu taħt is-superviżjoni tal-Bord Amministrattiv skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Aġenzija.''

9. l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

''Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Din il-kariga tista’ tiġġedded darba għal erba' snin oħra.''

10. L-Artikolu 8(g) għandu jinbidel b'dan li ġej:

''g) għandu jiddefinixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jissottomettiha għall-approvazzjoni lill-Bord Amministrattiv.''

11. l-Artikolu 9 għandu jitħassar;

12. l-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ Artikolu 10

Kumitat tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-Sistemi Ewropej GNSS

1. Kumitat tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-Sistemi Ewropej GNSS għandu jiġi stabbilit fi ħdan l-Aġenzija skont dan l-Artikolu sabiex jaqdi l-kompitu fdat f'idejn l-Aġenzija fir-rigward tal-akkreditazzjoni skont l-Artikolu 2(a)(i). Il-kumitat għandu jkun l-awtorità tal-akkreditazzjoni tas-sistemi rigward is-sigurtà.

2. L-attivitajiet tal-akkreditazzjoni tas-sistemi rigward is-sigurtà jinvolvu l-konformità tas-sistemi mar-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u li b'hekk is-sistemi jkunu jistgħu jintużaw fir-rispett ta’ dawn l-esiġenzi. Huma għandhom jinvolvu t-teħid ta' deċiżjonijiet formali ta' validazzjoni, imsejħa deċiżjonijiet ta' akkreditazzjoni.

L-attività tal-kumitat hija strettament limitata għall-attivitajiet tal-akkreditazzjoni definiti hawn fuq u fl-ebda ċirkustanza ma għandha tieħu post il-kompitu fdat f'idejn il-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

3. Il-kumitat huwa magħmul minn rappreżentant ta' kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni, magħżula minn fost esperti rikonoxxuti tal-akkreditazzjoni. Rappreżentant tal-SG/HR u rappreżentant tal-ESA għandhom jattendu l-laqgħat tal-kumitat bħala osservaturi.

4. Fit-twettiq ta' ħidmietu, il-kumitat għandu josserva l-prinċipji li ġejjin :

- il-ħidmiet għandhom jitwettqu kollettivament, billi jsir sforz biex jintlaħaq kunsens u bl-involviment tal-partijiet konċernati kollha fi kwistjonijiet tas-sigurtà ;

- għandha tiġi stabbilita proċedura ta' monitoraġġ permanenti sabiex l-għadd kbir ta' deċiżjonijiet individwali li jridu jittieħdu jiġu ġestiti bl-aħjar mod;

- ix-xogħlijiet tal-akkreditazzjoni għandhom ikunu fdati f'idejn nies distinti, kwalifikati fil-qasam tal-akkreditazzjoni tas-sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' awtorizzazzjoni ta' sigurtà;

- l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni għandhom jitwettqu bil-ħarsien sew tar-rekwiżit għall-indipendenza kif ukoll il-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata, kemm fir-rigward tal-awtoritajiet li tal-ġestjoni tal-programmi kif ukoll fir-rigward tal-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà.

5. Il-president tal–Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu.

6. Il-kumitat għandu jkollu l-mezzi kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu, speċjalment biex jiftaħ il-fajls tiegħu, jagħti bidu u jimmoniterja l-implimentazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà, iwettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistemi, iħejji d-deċiżjonijiet tiegħu u jkun responsabbli għas-segretarjat, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, mal-SG/HR, mal-ESA u mal-Istati Membri.

7. Il-kumitat għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi tal-vot ta’ maġġoranza kif provdut fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jintiżnu skont kif inhu stipulat f’dak l-Artikolu. Il-President tal-kumitat ma għandux jivvota.

Fejn hemm il-ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat tal-programmi Ewropej GNSS stabbilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 bl-impatt tad-deċiżjonijiet tal-kumitat fuq it-tħaddim bla xkiel tal-programmi.

8. Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha tista' tiġi affettwata mid-deliberazzjonijiet tal-kumitat, għandhom japplikaw il-proċeduri provduti bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-isfruttar tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea[7].

9. L-Istati Membri għandhom:

- jgħaddu kwalunkwe dokumentazzjoni siewja lill-kumitat;

- jawtorizzaw lill-persunal maħtur mill-kumitat biex ikollu aċċess għaż-żoni kollha relatati mas-sigurtà tas-sistemi u li jinsabu fit-territorju tagħhom;

- ikunu responsabbli, fuq livell lokali, mill-akkreditazzjoni tas-sigurtà taż-żoni li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jagħmlu parti miż-żona tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS; għal dan il-għan, għandhom jikkooperaw mal-kumitat.''

- fl-Artikolu 11, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

''2) L-infiq tal-Aġenzija jinkludi l-ispejjeż tal-persunal, tal-amministrazzjoni u tal-infrastruttura, l-ispejjeż operazzjonali u l-infiq assoċjat mal-funzjonament tal-kumitat tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS u mal-kuntratti u l-ftehimiet konklużi mill-Aġenzija biex twettaq il-kompiti li ġew fdati lilha.'';

13. l-Artikolu 22 għandu jitħassar;

14. fl-Artikoli kollha fejn tidher, il-kelma ''Awtorità'' għandha tinbidel bil-kelma ''Aġenzija''.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita.

2. QAFAS ABM/ABB

Qasam/Oqsma ta’ politika/i kkonċernata/i u attività/ajiet assoċjata/i magħhom: Enerġija u Trasport

Il-Kapitolu 06 02: It-trasport fuq l-art, bl-ajru u marittimu

Programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji BA)) inklużi l-intestaturi tagħhom:

06 02 09 01 - Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo — Sussidju skont it-Titoli 1 u 2

06 02 09 02 - Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo — Sussidju skont it-Titolu 3

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

L-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS hija aġenzija Komunitarja regolamentarja li għandha dewmien illimitat.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ Nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

06020901 | NMO (nefqa mhux obbligatorja) | DA | LE | IVA[8] | LE | Nru 1.a |

06020902 | NMO | DA | LE | IVA | LE | Nru 1.a |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

EUR miljuni (sat-tielet ċifra wara l-punt deċimali)

Tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru. | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | n +5 u wara | Total |

Infiq operazzjonali[9] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1. | a | 7.800[10] | 7.890 | 8.200 | 9.600 | 11.500 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 7.800 | 7.890 | 8.200 | 9.600 | 11.500 |

Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta' referenza[11] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprazzjonijiet għall-impenji | a + c | 7.800[12] | 7.890 | 8.200 | 9.600 | 11.500 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b + c | 7.800 | 7.890 | 8.200 | 9.600 | 11500 |

Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[13] |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-infiq relatat, mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

Total indikattiv tan-nefqa tal-azzjoni |

TOTAL tal-AI, inkluż l-infiq tar-riżorsi umani | a + c + d + e | 7.922 | 8.012 | 8.322 | 9.722 | 11.622 |

TOTAL tal-AĦ, inkluż l-infiq tar-riżorsi umani | b + c + d + e | 7.922 | 8.012 | 8.322 | 9.722 | 11.622 |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tipprevedi kofinanzjament min-naħa tal-Istati Membri, jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti diversi korpi għall-provvediment tal-kofinanzjament):

EUR miljuni (sat-tielet ċifra wara l-punt deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTALI tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a + c + d + e + f |

4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-ipprogrammar finanzjarju

( Il-proposta hi kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista' teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[14] (dwar l-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( L-impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

EUR miljuni (sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali tal-persunal | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew twil

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 jiġi emendat espliċitament u malajr għar-raġunijiet li ġejjin :

15. is-sitwazzjoni kurrenti, ikkaratterizzata mill-koeżistenza ta' żewġ testi li f'xi partijiet jikkontradixxu lil xulxin – ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 – mhix sodisfaċenti fuq livell legali. L-inċertezzi u l-ambigwitajiet li nħolqu b'din is-sitwazzjoni għandhom jitneħħew mill-aktar fis u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandhom jiġu adattati għal dawk tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. Il-kredibbiltà tal-qafas legali tal-programmi, partikularment fejn jidħlu l-partijiet terzi, trid tiġi żgurata.

16. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 jistipula li l-Kummissjoni tmexxi l-aspetti kollha li jirrigwardaw is-sigurtà tas-sistemi, iżda fl-istess waqt jafda f'idejn l-Awtorità tas-sorveljanza l-iżgurar tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà. L-irwol eżatt tal-Awtorità f'dak li għandu x'jaqsam mal-akkreditazzjoni għandu jiġi ċċarat mill-aktar fis.

17. Hemm il-ħtieġa għal governanza pubblika tajba tal-programmi. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 ma jibdel xejn mill-organizzazzjoni interna tal-Aġenzija, li fuqhom il-Kummissjoni għandha influwenza limitata. Sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità minn issa ‘l quddiem taġixxi ''b'rispett lejn l-irwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi'' u ''skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni'', huwa meħtieġ li titranġa s-sitwazzjoni.

Fil-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni ''sabiex tressaq proposta biex l-istrutturi tal-ġestjoni tal-programmi kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 jaqblu formalment mal-irwoli ġodda tal-Kummissjoni u tal-Awtorità''.

5.2. Il-valur miżjud tal-intervent Komunitarju, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġiji possibbli

Kif jidher fil-premessa 33 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' radjunavigazzjoni bis-satellita ma tistax issir b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-fatt li dan il-għan jaqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta' Stat Membru waħdu. L-azzjoni fuq livell Komunitarju hija għalhekk l-iktar adegwata biex jitwettqu l-programmi Ewropej GNSS (Galileo u EGNOS).

Barra minn hekk, għal raġunijiet stabbiliti fil-punt 5.1 hawn fuq, il-proposta hija bla dubju kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li jifforma l-att ta' bażi għall-programmi Ewropej GNSS u jistipula partikularment il-finanzjament tagħhom matul il-perjodu 2008-2013.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għanijiet li ġejjin jingħataw lill-aġenzija b'din l-emenda għar-regolament :

- l-akkreditazzjoni tas-sigurtà; għal dan l-effett hija għandha tagħti bidu u timmoniterja l-implimentazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS;

- hija għandha tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi Ewropej GNSS, inkluża l-analiżi meħtieġa tas-suq;

- l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo, implimentat skont iż-żewġ deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll skont l-istruzzjonijiet provduti bl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

Ta' min wieħed jinnota li l-ipprogrammar finanzjarju kellu referenza espliċita għall-għanijiet 1 u 2 ladarba kienu jagħmlu parti mill-kompiti fdati f'idejn l-aġenzija skont ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, kif emendat bir-Regolament 1942/2006. Madankollu l-emenda li hija s-suġġett ta' dan id-dokument issemmi t-tielet kompitu: l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà, li għandu impatt qawwi fuq il-persunal tal-aġenzija u għalhekk fuq il-programmazzjoni tal-baġit, partikularment f'dawn l-aħħar sentejn (meta ċ-ċentru tas-sigurtà beda l-attivitajiet tiegħu).

5.4. Il-metodi tal-implimentazzjoni (indikattivi)

( Ġestjoni ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delegazzjoni lil:

( aġenziji eżekuttivi,

( korpi mwaqqfa mill-Kummissjoni, kif imsmemi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( korpi pubbliċi nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-kontijiet tal-Aġenzija jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u suġġetta għall-proċedura ta' rilaxx. Is-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-aġenzija.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-evalwazzjoni ex-ante twettqet meta ġiet stabbilita l-aġenzija fl-2004.

6.2.2. Miżuri li jittieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

Din l-emenda tar-Regolament tal-aġenzija hija maħsuba biex tikkunsidra t-tagħlimiet mill-esperjenza tal-ġestjoni tal-aġenzija u l-kontribuzzjoni tagħha u tal-irwol tagħha fil-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita.

Hija tagħmel parti minn evalwazzjoni usa' tal-ġestjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li wasslet għall-addozzjoni tar-Regolament Nru 683/2008.

6.2.3. Termini u l-frekwenza ta' evalwazzjonijiet fil-futur

7. Miżuri kontra l-frodi

L-aġenzija hija suġġett għall-monitoraġġ tal-Uffiċju Kontra l-Frodi.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ spejjeż

Approprjazzjoni għall-impenji f'EUR miljuni (sat-tielet ċifra wara l-punt deċimali)

Akkreditazzjoni tas-sigurtà | 9 | 13 | 14 | 15 | 15 |

Aġenti Temporanji | 5 | 9 | 10 | 10 | 10 |

Aġenti Kuntrattwali / SNEs | 4 | 4 | 4 | 5 | 5 |

Assistenza fit-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni | 9 | 9 | 9 | 9 | 9 |

Aġenti Temporanji | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 |

Aġenti Kuntrattwali / SNEs | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 |

L-isfruttar taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo | 0 | 0 | 0 | 8 | 13 |

Aġenti Temporanji | 0 | 0 | 0 | 8 | 13 |

Aġenti Kuntrattwali / SNEs | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Support & Management | 17 | 18 | 19 | 19 | 19 |

Aġenti Temporanji | 13 | 14 | 14 | 14 | 14 |

Aġenti Kuntrattwali / SNEs | 4 | 4 | 5 | 5 | 5 |

Total | 35 | 40 | 42 | 51 | 56 |

Aġenti Temporanji | 23 | 28 | 29 | 37 | 42 |

Aġenti Kuntrattwali / SNEs | 12 | 12 | 13 | 14 | 14 |

8.2. Infiq amministrattiv

8.2.1. Il-persunal u tip ta' riżorsi umani

Tipi ta’ karigi | Persunal li għandu jiġi assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu ta’ riżorsi eżistenti u/jew ta' riżorsi addizzjonali (għadd ta’ karigi/FTEs) |

Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji [17](XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Il-persunal iffinanzjat[18] mill-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat[19] mill-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

Il-kompiti fdati f'idejn l-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS huma dawn li ġejjin :

18. F'dak li għandu x'jaqsam mal-programmi Ewropej GNSS, hija responsabbli għal:

19. i) l-akkreditazzjoni tas-sigurtà; għal dan il-għan, għandha tagħti bidu u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS;

20. ii) l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo, implimentat skont iż-żewġ deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll skont l-istruzzjonijiet provduti bl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

21. għandha tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi Ewropej GNSS, inkluża l-analiżi meħtieġa tas-suq;

22. għandha wkoll twettaq ħidmiet oħra li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, li jittratta kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-programmi Ewropej GNSS.

8.2.3. L-oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jiġi estiż

( Karigi preallokati fil-kuntest tal-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (assenjar mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n, iżda mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit (l-għadd u l-intestatura) | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż ta’ staff relatati magħhom) |

Aġenziji Ezekuttivi[20] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta' għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara |

Uffiċjali u aġenti temporanji (XX 01 01) | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 |

Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, SNEs, aġenti kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji |

Uffiċjal FTE jew aġent temporanju, sabiex tkun żguratas-superviżjoni tal-aġenzija |

Kalkolu – Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Dmirijiet |

XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 — Kumitati[21] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

2. Total ta’ nefqa oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tan-nefqa amministrattiva, għajr ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

[1] ĠU C, , p. .

[2] ĠU C, , p. .

[3] ĠU C, , p. .

[4] ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

[5] ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18.

[6] ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

[7] ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.

[8] Ftehim speċifiku fil-proċess ta' negozjazzjoni.

[9] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx O1 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[10] Inklużi 2 miljuni tal-approprjazzjonijiet tad-dħul allokati mis-surplus tas-sena 2007, inkluża r-riżerva ta' EUR 390 000 għat-Titolu 3

[11] Infiq skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[12] Inklużi 2 miljuni tal-approprjazzjonijiet tad-dħul allokati mis-surplus tas-sena 2007, inkluża r-riżerva ta' EUR 390 000 għat-Titolu 3

[13] Infiq skont il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[14] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[15] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

[16] Kif inhu deskritt fit-taqsima 5.3.

[17] Li n-nefqa għalihom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[18] Li n-nefqa għalihom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[19] Li n-nefqa għaliha hija inkluża fl-ammont ta' referenza

[20] Għandu jkun hemm referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[21] Speċifika t-tip ta’ kumitat kid ukoll il-grupp li jappartjeni għalih.

Top