This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0086
Opinion of the Commission pursuant to Article 251 (2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's common position regarding the proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on airport charges amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
L-Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE
L-Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE
/* KUMM/2009/0086 finali - COD 2007/0013 */
L-Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2009/0086 finali - COD 2007/0013 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.2.2009 KUMM(2009) 86 finali 2007/0013 (COD) L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR L-IMPOSTI TAL-AJRUPORT JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE 2007/0013 (COD) L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR L-IMPOSTI TAL-AJRUPORT 1. Daħla L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (ċ), tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha hawn taħt dwar il-31 emenda proposti mill-Parlament. 2. L-isfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2006)820 finali – 2007/0013COD): | 29 ta’ Ġunju 2007 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 26 ta’ Settembru 2007 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | 10 ta’ Ottubru 2007 | Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 15 ta’ Jannar 2008 | Data tal-adozzjoni tal-qbil politiku tal-Kunsill: | 7 ta’ April 2008 | Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill: | 23 ta’ Ġunju 2008 | Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | 23 ta’ Ottubru 2008 | 3. L-għan tal-proposta L-għan tal-proposta adottata mill-Kummissjoni fl-24 ta' Jannar 2007 huwa li tiffaċilita d-diskussjonijiet dwar l-imposti tal-ajruport bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru. Il-proposta tintroduċi xi regoli bażiċi dwar il-proċeduri tal-ġbir tal-imposti. Dawn ir-regoli huma bbażati fuq prinċipji ġeneralment aċċettati u li huma diġà approvati mill-Istati Membri fil-kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili. L-iskop tal-ewwel prinċipju huwa li jiżgura l-konsultazzjonijiet regolari bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru dwar l-imposti fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jispejgaw u jiżviluppaw il-fehmiet tagħhom. L-għan huwa li jiżgura li l-ajruporti jkunu kkonsultaw u infurmaw lil-linji tal-ajru qabel ma jiddeċiedu dwar l-imposti tal-ajruport. It-tieni prinċipju għandu x'jaqsam mat-trasparenza tal-elementi li jiffurmaw il-bażi tal-imposti tal-ajruport. Din l-informazzjoni se tiġi diskussa waqt il-konsultazzjonijiet regolari. Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-linji tal-ajru hija t-tielet prinċipju. Il-proposta tissuġġerixxi wkoll l-istabbiliment ta' awtorità regolatorja indipendenti f'kull Stat Membru. Din l-awtorità għandha tissorvelja l-ġbir tal-imposti u tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. L-awtorità konsegwentament se taġixxi meta tirċievi ilmenti dwar l-imposti tal-ajruport mill-partijiet. 4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew 4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni - L-emendi 1, 4, 14, 8, 9, 10, 18 u 27 mill-Parlament Ewropew itejbu b'mod sinifikattiv iċ-ċarezza tat-test meta mqabbel mal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. - L-emendi 5, 6, 11, 12, 13, 16, 17, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 28, 29, 30 u 31 huma viċin ħafna tal-proposta inizzjali tal-Kummissjoni dwar għadd ta' kwistjonijiet. Partikolarment il-limiti tal-isem u ż-żmien - Il-Parlament Ewropew adotta wkoll żewġ emendi li jiċċaraw xi aspetti tal-finanzjament. L-emenda 7 tintroduċi rakkont li jiċċara li l-prefinanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport għandu jkollu l-protezzjoni. L-emenda 15 tirrikjedi li l-ajruporti jipprovdu l-informazzjoni dwar kwalukwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi. - L-emenda 19 tkompli ssaħħaħ il-prinċipju ta' kontra d-diskriminazzjoni. - L-emenda 23 tiċċara li l-funzjonijiet tal-awtorità indipendenti tas-superviżjoni jistgħu jiġu ddelegati. - L-emendi 2 u 3 ikomplu jiċċaraw ir-raġunijiet għaliex kien inkluż l-ikbar ajruport għal kull Stat Membru fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva. - Il-Kummissjoni tista’ għalhekk taċċetta l-emendi kollha. - Barra minn hekk, l-emendi jikkonfermaw il-qbil bejn l-istituzzjonijiet. Il-Kunsill diġà bagħat ittra lill-Parlament li tapprova l-emendi mill-Parlament. 5. Għeluq Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stipulat hawn fuq.