This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0550
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament - Extension of the external service: opening of a delegation in Iceland and an office in Libya
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Estensjoni tas-servizz estern: ftuħ ta' delegazzjoni fl-Iżlanda u uffiċċju fil-Libja
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Estensjoni tas-servizz estern: ftuħ ta' delegazzjoni fl-Iżlanda u uffiċċju fil-Libja
/* KUMM/2009/0550 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Estensjoni tas-servizz estern: ftuħ ta' delegazzjoni fl-Iżlanda u uffiċċju fil-Libja /* KUMM/2009/0550 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.10.2009 KUMM(2009) 550 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW ESTENSJONI TAS-SERVIZZ ESTERN: FTUĦ TA' DELEGAZZJONI FL-IŻLANDA U UFFIĊĊJU FIL-LIBJA KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW ESTENSJONI TAS-SERVIZZ ESTERN: FTUĦ TA' DELEGAZZJONI FL-IŻLANDA U UFFIĊĊJU FIL-LIBJA 1. DAĦLA F'komunikazzjoni adottata fit-23 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ħabbret id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ delegazzjoni ġdida għall-Kunsill tal-Ewropa u delegazzjoni ġdida fl-Użbekistan. L-istess komunikazzjoni għamlet arranġamenti għal titjib fid-delegazzjonijiet reġjonali fid-Djibouti, il-Kyrgyzstan, il-Liberja, in-Nepal, it-Taġikistan, it-Togo u l-Jemen. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu analizzati sa tmiem is-sena. L-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tan-netwerk imsemmi fil-komunikazzjoni tat-23 ta' Diċembru 2008 kienu jeħtieġu 16-il rijallokazzjoni ta' postijiet ta' uffiċjali fi ħdan is-Servizz Estern jew mid-Direttorati Ġenerali tal-familja Relex għad-delegazzjonijiet. Kull żvilupp ieħor tas-Servizz Estern jista' jinkiseb biss b'riżorsi addizzjonali u għalhekk jistgħu jsiru biss l-aktar azzjonijiet urġenti. F'dan l-isfond, il-komunikazzjoni preżenti tindirizza, minn naħa, il-fatt li l-Iżlanda fit-23 ta' Lulju 2009 applikat għas-sħubija f'konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra, il-prospett ta' bażi kuntrattwali għar-relazzjonijiet mal-Libja. 2. IR-RAZZJONALI GĦALL-FTUĦ TA' DELEGAZZJONI FL-IŻLANDA U UFFIĊĊJU FIL-LIBJA 2.1 L-Iżlanda S'issa l-Iżlanda ma kinitx parti mill-aġenda tat-tkabbir. Madankollu, l-pajjiż huwa assoċjat mill-qrib mal-Unjoni Ewropea bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea. Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-Iżlanda bħalissa huma segwiti mid-Delegazzjoni fin-Norveġja. Wara l-applikazzjoni mill-Iżlanda għas-sħubija, il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Lulju 2009 ddeċieda li jimplimenta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, għalhekk, talab lill-Kummissjoni biex tissottometti l-opinjoni tagħha fuq l-applikazzjoni. L-opinjoni tal-Kummissjoni hija bażata inter alia fuq it-tweġibiet provduti mill-pajjiż applikant għal kwestjonarju dettaljat li jkopri l-aspetti kollha tal- acquis communautaire . Waqt il-fażi preparatorja, diġà kienu qed iseħħu kuntatti regolari bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż applikant sabiex jiġi żgurat ftehim reċiproku: kuntatti simili huma ta' importanza partikolari għall-abbozzar tal-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Iżlanda. Dawn il-kuntatti jiġu intensifikati aktar jekk u meta l-Kunsill jiddeċiedi li jiftaħ in-negozjati formali tal-adeżjoni u għalhekk hija prattika standard għall-Kummissjoni li tkun preżenti fiżikament fil-pajjiżi applikanti kollha. F'konformità ma' din il-politika normali, hemm każ b'saħħtu għall-ftuħ ta' delegazzjoni fl-Iżlanda immedjatament. Sakemm tinfetaħ delegazzjoni kompluta f'Reykjavik, id-Delegazzjoni f'Ożlo hija lesta biex tiftaħ fergħa f'Reykjavik u/jew tibgħat membru tal-persunal fl-Iżlanda għal missjoni fit-tul. Għal dan l-iskop, wara l-qafas dettaljat fil-komunikazzjoni tat-23 ta' Diċembru 2008, Reykjavik hija meqjusa bħala post għall-impjegar distint mid-delegazzjonijiet, li jippermetti l-ħatra ta' persunal estern qabel il-ftuħ tad-delegazzjoni. 2.2 Il-Libja Il-Libja hija pajjiż ewlieni f'oqsma bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, l-immigrazzjoni illegali fil-Baħar Mediterran u l-enerġija. Hija qed ikollha wkoll rwol dejjem aktar attiv fir-reġjun, inkluż fl-Unjoni Afrikana, fis-Sahel, fl-organizzazzjoni CEN-SAD u fl-Unjoni Għarbija tal-Maghreb. Minħabba li r-relazzjonijiet u d-djalogu mal-Libja qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla, hija meħtieġa preżenza permanenti fil-post. Minn mindu tneħħew is-sanzjonijiet internazzjonali fuq il-Libja fl-2003, l-Unjoni Ewropea żviluppat politika ta' impenn gradwali mal-Libja. Kisbiet ewlenin f'dan il-proċess kienu l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ottubru 2004 li ħabbru għadd ta' passi lejn politika ta' impenn mal-Libja u d-deċiżjoni tal-Kunsill f'Ottubru tal-2007 biex jingħata bidu għan-negozjar ta' Ftehim Qafas mal-Libja, ġaladarba r-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Libja bħalissa qed iseħħu barra mill-qafas legali bilaterali. Qed ikun previst li dan il-ftehim jistabbilixxi l-mekkaniżmi għad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà, kif ukoll għad-djalogu u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ekonomiċi. Dan il-ftehim se jkun fih dispożizzjonijiet għal żona ta' kummerċ ħieles (FTA) kbira u komprensiva li tkopri l-kummerċ fl-oġġetti u s-servizzi, kwistjonijiet ta' investiment u regoli oħra ewlenin dwar il-kummerċ (drittijiet tal-propjetà intelletwali, kompetizzjoni, akkwisti pubbliċi, eċċ.). Il-ftehim se jipprovdi wkoll għal kooperazzjoni mill-qrib fi kwistjonijiet ta' ġustizzja, libertà u sigurtà kif ukoll fuq bosta kwistjonijiet settorali, bħall-enerġija, t-trasport, l-ambjent, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-liġi marittima, kwistjonijiet soċjali, xjenza u teknoloġija. Negozjati li għaddejjin fuq il-Ftehim Qafas, jeħtieġu fluss kostanti ta' informazzjoni bejn iż-żewġ partijiet u preżenza diretta fi Tripoli tiffaċilita bil-kbir il-proċess ta' negozjar u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-Ftehim, meta dan jidħol fis-seħħ. Sal-2004, il-Libja ma bbenefikat minn ebda għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Minn dak iż-żmien, l-għajnuna finanzjarja ġiet provduta permezz ta' kuntratti diretti ma' fornituri tas-servizzi Ewropej jew internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tipprovdi aktar għajnuna finanzjarja sostanzjali lil-Libja mill-2011, l-aktar permezz tal-Istrument Ewropew għall-Viċinat u l-Partenarjat (l-ENPI). L-iżvilupp tal-kooperazzjoni finanzjarja tagħna teħtieġ ukoll preżenza fiżika fil-post, l-aktar għall-immaniġġjar effiċċjenti u sod tal-proġetti futuri ta' kooperazzjoni, inkluż kuntatti kwotidjani biex jiġu appoġġjati l-amministrazzjonijiet pubbliċi Libjani, kif ukoll kuntratturi esterni, li jħejju u jimplimentaw din l-għajnuna. Meta wieħed jikkonsidra ta' dan l-isfond, qed ikun propost li jiġi stabbilit post tal-impjegar distint mid-delegazzjonijiet fi Tripli. Dan l-uffiċċju għandu jkun parti mid-delegazzjoni fit-Tuneżija. Fil-futur, jista' jiġi previst li dan l-uffiċċju jinbidel f'delegazzjoni reġjonalizzata, skont id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa. 3. IR-RIŻORSI UMANI U TAL-BAĠIT Ir-riżorsi umani meħtieġa u disponibbli biex jimplimentaw il-ftuħ programmat f'din il-komunikazzjoni jidhru hawn taħt. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jiżdiedu aktar nies f'dawn id-delegazzjonijiet/uffiċċji jekk isiru disponibbli aktar riżorsi. Fir-rigward tal-Iżlanda, 5 postijiet għall-uffiċjali għandhom jingħataw fuq il-bażi finali tal-allokazzjonijiet finali tal-2010. Post ieħor għall-persunal lokali kien allokat fil-PDB 2010. Rigward il-Libja, it-twaqqif ta' post tal-impjegar bħala l-ewwel pass biex tinfetaħ delegazzjoni jeħtieġ id-disponibbiltà ta' 2 persuni kuntrattwali u 4 lokali, diġà previsti fil-PDB 2010. Riżorsi umani addizzjonali taħt l-Intestatura 5 tal-baġit | Uffiċċju tad-Delegazzjoni | Uffiċjali | Persunal bil-kuntratt | Il-Persunal lokali | L-Iżlanda | 5 | 1 | Il-Libja | 2 | 4 | Ir-riżorsi tal-baġit li ser jintużaw jidhru fit-tabella hawn isfel, maqsuma skont l-ispejjeż tal-bidu (spejjeż ta' darba marbuta direttament mal-ftuħ programmat) u l-ispejjeż annwali (li huma rikorrenti, marbuta mat-tħaddim tad-delegazzjonijiet ġodda). Riżorsi baġitarji | Uffiċċju tad-Delegazzjoni | Spejjeż tal-bidu | Spejjeż annwali | L-Iżlanda | €536 250 | €1 572 110 | Il-Libja | €298 650 | €793 992 | Total | €834 900 | €2 366 102 | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT LIMITAT ESKLUSSIVAMENT GĦAN-NAĦA TAL-INTROJTU 1. ISEM TAL-PROPOSTA: QASAM/OQSMA TA' POLITIKA: RELAZZJONIJIET ESTERNI ATTIVITÀ/AJIET: SERVIZZ ESTERN - NEFQA AMMINISTRATTIVA TAD-DELEGAZZJONIJIET | Titolu tad-deċiżjoni abbozz: KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW – ESTENSJONI TAS-SERVIZZ ESTERN : FTUĦ TA' DELEGAZZJONIJIET FL-IŻLANDA U FIL-LIBJA | 1. LINJA/I TAL-BAĠIT + INTESTATURA/I XX.010102: Nefqa relatata mal-persunal f'impjegar attiv fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej XX.010202: Nefqa relatata mal-persunal estern fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej XX.010212: Infiq ieħor fl-immaniġġjar fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej XX.010302: Bini u nfiq relatat fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej 2. BAŻI LEGALI Awtonomija amministrattiva tal-Kummissjoni 3. DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET Qed ikun propost li tinfetaħ delegazzjoni ġdida fl-Iżlanda u uffiċċju fil-Libja. Wara l-applikazzjoni għas-sħubija tal-Iżlanda, il-kuntatti regolari bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż applikant huma meħtieġa għall-elaborazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Iżlanda. Dawn il-kuntatti jiġu intensifikati aktar meta l-Kunsill jiddeċiedi li jiftaħ in-negozjati formali tal-adeżjoni u għalhekk hija prattika standard għall-Kummissjoni li tkun preżenti fiżikament fil-pajjiżi applikanti kollha. Il-Libja hija pajjiż ewlieni f'oqsma bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, l-immigrazzjoni illegali fil-Baħar Mediterran u l-enerġija. Hija qed ikollha wkoll rwol dejjem aktar attiv fir-reġjun, inkluż fl-Unjoni Afrikana, fis-Sahel, fl-organizzazzjoni CEN-SAD u fl-Unjoni Għarbija tal-Maghreb. Minħabba li r-relazzjonijiet politiċi u d-djalogu mal-Libja qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla, hija meħtieġa preżenza permanenti fil-post. 4. IL-PERJODU U L-ISPEJJEŻ ADDIZZJONALI 4.1 Perjodu tal-applikazzjoni: ( Deċiżjoni għal perjodu limitat: deċiżjoni li tidħol fis-seħħ [data tal-bidu] sa [data tal-għeluq] ( Deċiżjoni għal perjodu indefinit: deċiżjoni li tidħol fis-seħħ mill-bidu tal-2010. Fil-każ tal-Libja tkun għal perjodu indefinit u fl-Iżlanda se tkompli tgħodd sakemm l-Iżlanda ssir Stat Membru (wara dak iż-żmien issir Uffiċċju ta' Rappreżentanza). 4.2 Estimi tal-impatt baġitarju Id-deċiżjoni abbozz tinvolvi: ( Tfaddil ( Spejjeż addizzjonali relatati mas-salarji u spejjeż oħra tal-persunal statutorju u estern meħtieġa għall-funzjonament korrett tad-delegazzjoni l-ġdida proposta fl-Iżlanda u l-uffiċċju l-ġdid propost fil-Libja. 4.3 Spjegazzjoni taċ-ċifri L-ispejjeż addizzjonali huma relatati mas-salarju u spejjeż assoċjati mal-infrastruttura tal-persunal, kemm statutorji kif ukoll esterni, meħtieġa għall-ftuħ taż-żewġ postijiet tal-impjieg proposti. Kalkolazzjonijiet dettaljati li jispeċifikaw in-natura preċiza tan-nefqa stmata f'kull każ huma mehmużin. 5. IMPATT TAL-IPPROGRAMMAR FINANZJARJU ( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta tinvolvi pprogrammar tal-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja mingħajr ma teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Inter-istituzzjonali. ( Il-proposta tinvolvi pprogrammar tal-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja u teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Inter-istituzzjonali. 6. IMPATT TAT-TFADDIL JEW SPEJJEŻ ADDIZZJONALI GĦALL-ALLOKAZZJONI TAR-RIŻORSI ( Ir-riżorsi diġà huma allokati lid-dipartiment(i) konċernat(i) ( Ir-riżorsi huma diġà allokati fil-qafas tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena 2010 L-APB 2010 jipprevedi l-allokazzjoni tal-kreditu għall-ħolqien ta' 2 postijiet ta' aġenti kuntrattwali u 4 aġenti lokali għall-uffiċċju propost fil-Libja ( Ir-riżorsi se jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss ( Ir-riżorsi se jinkisbu permezz ta' rijallokazzjoni interna fid-dipartiment ( Ir-riżorsi huma meħtieġa għas-sena 2010 imma m'humiex pjanati taħt l-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena konċernata Il-ftuħ tad-delegazzjoni fl-Iżlanda teħtieġ l-allokazzjoni immedjata ta' 5 postijiet statutorji (uffiċjali) u 1 lokali. Dawn ir-riżorsi se jsiru disponibbli permezz ta' rijallokazzjoni interna mill-Kummissjoni tar-riżorsi eżistenti. 7. SKEDA PREVISTA TA' REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAL APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U RIŻORSI UMANI Ċifri f'€ | Is-Sena 2010 | Is-Sena 2011 | Is-Sena 2012 | Is-Sena 2013 | Is-Sena 2014 | Total/spiża annwali | XX 01 02 12 (approprjazzjonijiet oħra fl-allokazzjoni ġenerali) | |143.000 | |143.000 | |143.000 | |143.000 | |143.000 | |715.000 | |Oħrajn: XX 01 03 02 | |1.686.000 | |1.097.000 | |1.097.000 | |1.097.000 | |1.097.000 | |6.074.000 | | | | | | | | | | | | | | | | TOTAL | 12 |3.202.000 |12 |2.367.000 |12 |2.367.000 |12 |2.367.000 |12 |2.367.000 |12 |12.670.000 | | (1) CS = Persunal kuntrattwali; SNE = Esperti nazzjonali sekondati; INT = persunal mill-aġenziji (intérimaires) (2) ATA = Assistenza teknika u amministrattiva