This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0258
Report from the Commission - Annual Report from the Commission on the Guarantee Fund and the management thereof in 2008 {SEC(2009) 745}
Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2008 {SEC(2009) 745}
Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2008 {SEC(2009) 745}
/* KUMM/2009/0258 finali */
Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2008 {SEC(2009) 745} /* KUMM/2009/0258 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.6.2009 KUMM(2009) 258 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2008 {SEC(2009) 745} WERREJ 1. Bażi legali 3 2. Il-Qagħda tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2008 4 2.1. Analiżi finanzjarja 4 2.2. Il-preżentazzjoni tal-kontijiet 6 2.3. Dikjarazzjoni Finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija ta' qabel il-konsolidament fil-31 ta' Diċembru 2008 6 2.3.1. Karta tal-Bilanċ għall-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament 7 2.3.2. Kont tar-Riżultat Ekonomiku tal-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament 10 3. Ħlas minn jew fil-Fond 12 3.1. Bażi legali għall-ħlas għall-Fond mill-baġit ġenerali 12 3.2. Ħlas minn jew lejn il-baġit ġenerali matul is-sena finanzjarja 12 3.3. Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond 12 3.4. Irkupru mid-debituri li naqsu mill-obbligi tagħhom ta' ħlas 14 4. L-Obbligi tal-Fond 14 4.1. Pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati 14 4.2. Rinumerazzjoni tal-BEI 14 BAżI LEGALI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1; “ir-Regolament”) stabbilixxa Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni ("il-Fond") biex iħallas mill-ġdid lill-kredituri Komunitarji f'każ li l-benefiċjarji ta' self mogħti, jew garantit mill-Komunità jonqsu mill-obbligu tagħhom ta' ħlas. Ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/99 tal-25 ta' Mejju 1999 (ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28) u l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007 tat-30 ta' Jannar 2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1; “ir-Regolament emendat”). Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) skont Ftehim iffirmat bejn il-Komunità u l-BEI tat-23 ta' Novembru 1994 fi Brussell u fil-25 ta' Novembru 1994 fil-Lussemburgu ("il-Ftehim"). Skont l-Artikolu 8.2 tal-Ftehim, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena l-Bank għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-qagħda tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu ("dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja") u dikjarazzjoni finanzjarja għall-Fond għas-sena preċedenti ("dikjarazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tal-Fond"). Aktar dettalji tar-rapport li jkopri s-sena 2008 jinsabu fit-Taqsima 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ("l-Anness")[1]. Barra minn hekk, l-Artikolu 7 tar-Regolament emendat jeħtieġ lill-Kummissjoni li tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport dwar il-qagħda tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu għal kull sena finanzjarja sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara. IL-QAGħDA TAL-FOND FIL-31 TA' DIċEMBRU 2008 Analiżi finanzjarja Il-qagħda tal-Fond hi ppreżentata skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) fl-għeluq tas-sena finanzjarja 2008. Il-Fond kien jammonta għal EUR 1 091 447 384,92 (ara Taqsima 3 tal-Anness: Dikjarazzjoni tal-qagħda Finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2008, kif mogħtija mill-BEI). Dan huwa t-total, mindu ġie stabbilit il-Fond: ħlasijiet lill-Fond mill-baġit; | + EUR 2 799 914 500,00 | riżultati nett suċċessivi ta' kull sena; | + EUR 676 733 999,20 | irkupru ta' ħlasijiet magħmula mill-Fond għall-obbligi li ma ġewx onorati; | + EUR 576 705 008,19 | ħlasijiet akkumulati[2] tal-ġestjoni tal-BEI u tad-drittijiet imħallsa lill-awdituri fl-2008 li jikkorrispondu għall-pagamenti li għandhom isiru fl-2009; | + EUR 689 972,32 | kummissjoni riċevuta fuq irkupru tard fl-2002; | + EUR 5 090 662,91 | aġġustament minħabba l-applikazzjoni tal-IFRS għall-evalwnza tal-portafoll tal-Fond (Ara l-punt "Riżervi" fl-Obbligi tal-Karta tal-Bilanċ tal-Fond ta' Garanzija fit-Taqsima 3 tal-Anness); | + EUR 11 565 625,28 | mingħajr ħruġ mir-riżorsi tal-Fond; | - EUR 477 860 856,19 | rifużjonijiet suċċessivi tal-eċċess li saru fil-Fond lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; | - EUR 1 901 620 000,00 | mingħajr ir-rifużjoni li saret lill-baġit fl-2005, li tirrappreżenta 9 % tal-operazzjonijiet li kienu għadhom pendenti fl-1 ta' Mejju 2004 mogħtija lill-10 Stati Membri ġodda (Ara l-emenda tal-2004 lir-Regolament tal-Fond f'Taqsima 1); | - EUR 338 831 402,07 | mingħajr ir-rifużjoni li saret lill-baġit fl-2007, li tirrappreżenta 9 % tal-operazzjonijiet li kienu għadhom pendenti fl-1 ta' Jannar 2007 mogħtija lill-Bulgarija u lir-Rumanija wara li ssieħbu mal-UE f'din id-data (Ara l-emenda tal-2004 lir-Regolament tal-Fond f'Taqsima 1); | - EUR 260 940 124,72 | Il-qagħda finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2008. | EUR 1 091 447 384,92 | It-total tal-karta tal-bilanċ nett tal-Fond (jiġifieri r-riżorsi netti ta' kontanti tal-Fond) fil-31 ta' Diċembru 2008 jammontaw għal EUR 1 182 717 412,60. Dan huwa t-total tal-qagħda finanzjarja tal-Fond EUR 1 091 447 384,92, mingħajr il-ħlasijiet akkumulati tal-BEI u d-drittijiet imħallsa lill-awdituri ta' EUR 689 972,32, minn liema EUR 658 322,32 fi spejjeż ta' ġestjoni (rinumerazzjoni tal-BEI għall-2008), u t-trasferiment mill-baġit ta' EUR 91 960 000,00, kif stabbilit fl-2008 għall-baġit tal-2009[3]. L-Artikolu 3 tar-Regolament kif emendat[4] jeħtieġ li l-Fond tlaħħaq ammont fil-mira stabbilit f'9 % tat-total tal-obbligi kapitali pendenti fuq kull tranżazzjoni, flimkien ma' kull imgħax mhux imħallas li jiġi riċevut. Għaldaqstant, it-tranżazzjonijiet ta' self u ta' garanzija fuq self li għadhom pendenti lill-pajjiżi terzi flimkien mal-imgħax akkumulat telgħu għal EUR 14 183 712 378,94 fil-31 ta' Diċembru 2008, li minnhom EUR 136 800 205,24 kienu imgħax akkumulat. Il-proporzjon bejn ir-riżorsi tal-Fond ta' EUR 1 182 717 412,60 u l-obbligi kapitali pendenti fis-sens tar-Regolament kif emendat kien ta' 8,34 %. Billi dan huwa inqas mill-ammont fil-mira ta' 9 % tal-ammont garantit totali pendenti (ammont ta' EUR 1 276 530 000,00 għad-dritt), irid isir trasferiment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea lill-Fond, kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament kif emendat. L-ammont li għandu jiġi inkluż fl-2009 bħala proviżjoni fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2010 huwa ta' EUR 93 810 000,00. Il-preżentazzjoni tal-kontijiet Billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta l-kontijiet tagħha skont ir-regoli ġodda għall-kontijiet ibbażati fuq il-prinċipji ta' IPSAS/IFRS, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond ta' qabel il-konsolidament saru wkoll skont dawn il-prinċipji, kif imfissra fl-Anness. Dikjarazzjoni Finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija ta' qabel il-konsolidament fil-31 ta' Diċembru 2008 L-ammont totali tal-karta tal-bilanċ ta' qabel il-konsolidament huwa ta' EUR 1 091 447 384,92. Dan jinkludi l-ammont totali tal-Fond kif ukoll kwalunkwe arretrati koperti mill-Fond, l-imgħax akkumulat fuq ħlasijiet tardivi u kontijiet akkumulati oħra u b'hekk tipproduċi sett sħiħ ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-Fond fl-aħħar tas-sena li għandhom jiġu kkonsolidati fil-karta tal-bilanċ konsolidata tal-UE. It-tibdiliet ewlenin fil-preżentazzjoni tal-kontijiet huma mfissra fin-noti u għaldaqstant jirrikonċiljaw iċ-ċifri mad-dikjarazzjoni finanzjarja tal-BEI ippreżentata fl-Anness (paragrafu 3.2). Karta tal-Bilanċ għall-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament Karta tal-bilanċ: Assi (EUR) | 2008 | 2007 | Assi kurrenti | Ammonti riċevibbli ta' skadenza qasira | 983 923,27 | Oħrajn | 983 923,27 | Investimenti ta' skadenza qasira | 886 949 667,40 | 903 713 224,50 | Portafoll AFS – spiża | 857 292 051,50 | 893 521 021,50 | Portafoll AFS – differenza attwarja | -633 286,00 | -5 928 251,48 | Portafolll AFS – aġġustament tal-valur ġust | 11 509 579,98 | -3 895 732,16 | Portafoll AFS – ammonti akkumulati | 18 781 321,92 | 20 016 186,64 | Portafoll AFS – taħsir | Kontanti likwidi u ekwivalenti | 204 497 717,52 | 249 260 720,52 | Kontijiet kurrenti | 1 209 530,44 | 1 232 834,25 | Depożiti fuq medda ta' żmien qasir - nominali | 182 557 991.00 | 246 600 000.00 | Imgħaxijiet akkumulati fuq depożiti fuq medda ta' qasir żmien | 872 562,49 | 1 427 886,27 | Ekwivalenti kontanti oħra - spiża | 19 842 008,01 | Imgħaxijiet akkumulati fuq ekwivalenti kontanti oħra | 15 625,58 | Assi Kurrenti Totali | 1 091 447 384,92 | 1 153 957 868,29 | TOTAL | 1 091 447 384,92 | 1 153 957 868,29 | Karta tal-bilanċ: Obbligi (EUR) | 2008 | 2007 | A. EKWITÀ | Kapital (Fond ta' Garanzija) | 298 522 973,21 | 424 272 973,21 | Ħlas mill-baġit | 298 522 973,21 | 298 522 973,21 | (eċċess li għandu jitħallas lill-baġit) | 125 750 000,00 | Riżervi | 11 565 625,28 | -3 627 413,49 | Applikazzjoni għall-ewwel darba – riżerva għall-valur ġust | 56 045,30 | 268 318,67 | Bidla fil-valur ġust tal-assi tal-AFS | 11 509 579,98 | -3 895 732,16 | Eċċess akkumulat/defiċit | 732 583 019,02 | 679 821 791,09 | Riżultati miġjuba 'l quddiem | 732 583 019,02 | 679 821 791,09 | Riżultat ekonomiku tas-sena | 48 085 795,09 | 52 761 227,92 | Total tal-Ekwità | 1 090 757 412,60 | 1 153 228 578,73 | B. OBBLIGI KURRENTI | Kontijiet pagabbli | 689 972,32 | 729 289,56 | Oħrajn | 689 972,32 | 729 289,56 | Obbligi kurrenti totali | 689 972,32 | 729 289,56 | TOTAL | 1 091 447 384,92 | 1 153 957 868,29 | Nota dwar il-karta tal-bilanċ. - "Ammonti riċevibbli fuq medda qasira ta' żmien/oħrajn" tirreferi għall-ammont li ġew mitluba biex jinħarġu mill-Fond. Dan jinkludi l-kapital, l-imgħax u l-penali dovuta lill-Baġit tal-Unjoni Ewropea ġaladarba tiġi rrilaxxata l-garanzija tal-Fond. - Din id-differenza fl-"eċċess akkumulat" fl-ekwità meta mqabbla mal-qagħda finanzjarja tal-Fond ippreżentata fil-paragrafu 3.3 tal-Anness tista' titfisser bir-rifużjonijiet suċċessivi mitluba u l-penali mħallsa lill-Fond. - "Kontijiet pagabbli/oħrajn" fl-2008 jinkludu l-kumitat ta' ġestjoni tal-BEI, id-drittijiet imħallsa lill-awdituri, l-akkumulazzjoni tal-kontijiet tal-għeluq tad-drittijiet tal-awdituri u l-akkumulazzjoni tal-ispejjeż għall-irkupru dovut lill-BEI wara l-ħlas tal-penali dovuti lill-Fond. Kont tar-Riżultat Ekonomiku tal-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament Fond ta' Garanzija – Kont Konsolidat tar-Riżultat Ekonomiku (EUR) | 2008 | 2007 | Dħul mit-tranżazzjonijiet finanzjarji | 48 907 685,22 | 53 711 135,24 | Dħul mill-imgħax | Dħul mill-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti | 8 095 172,09 | 10 018 308,25 | Dħul mill-imgħax fuq assi tal-AFS | 39 622 151,89 | 40 792 525,60 | Dħul ieħor mill-imgħax | Qligħ mill-kambju | 105 124,43 | Qligħ li sar minn bejgħ ta' assi tal-AFS | 1 085 236,81 | 2 900 301,39 | Treġġigħ lura ta' telf ta' tħassir fuq assi tal-AFS | Dħul finanzjarju ieħor | Spejjeż ta' tranżazzjonijiet finanzjarji | -821 890,13 | -949 907,32 | Spejjeż relatati mal-imgħax | Spejjeż relatati mal-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti | Telf mill-kambju | -115 874,33 | Telf li sar mill-bejgħ ta' assi tal-AFS | Telf ta' taħsir fuq assi tal-AFS | Spejjeż finanzjarji oħra | -821 890,13 | -834 032,99 | li minnhom: Ammont dovut għall-ġestjoni | -658 322,32 | -835 014,05 | EĊĊESS FUQ ATTIVITAJIET LI MHUMIEX OPERATTIVI | 48 085 795,09 | 52 761 227,92 | EĊĊESS MINN ATTIVITAJIET ORDINARJI | Qligħ straordinarji | Telf straordinarju | EĊĊESS MINN OĠĠETTI STRAORDINARJI | RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA | 48 085 795,09 | 52 761 227,92 | Nota dwar il-Kont tar-Riżultat Ekonomiku qabel il-konsolidament: "Spejjeż oħra finanzjarji" jinkludu l-kumitat ta' ġestjoni tal-BEI, id-drittijiet imħallsa lill-awdituri, l-akkumulazzjoni tal-kontijiet tal-għeluq tad-drittijiet tal-awdituri u l-akkumulazzjoni tal-ispejjeż għall-irkupru dovuti lill-BEI wara l-ħlas ta' penali pendenti dovuti lill-Fond. ĦLAS MINN JEW FIL-FOND Bażi legali għall-ħlas għall-Fond mill-baġit ġenerali Skont ir-Regolament kif emendat, regola ġdida tapplika għall-provvediment tal-Fond. F'dan il-kuntest, wieħed mill-vantaġġi ewlenin ta' din is-sistema hi s-sempliċità tagħha u ċ-ċertezza dwar ir-rekwiżiti baġitarji, billi t-tipi ta' tranżazzjonijiet koperti kollha (BEI, MFA, self tal-Euratom) huma magħrufa u jsegwu l-istess regola ta' 9 % tal-ammont tas-self u self garantit pendenti għall-kalkolu tal-ammont fil-mira. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda,[5] l-ammont disponibbli għall-finanzjament tal-Fond hu pprovdut skont linja tal-baġit taħt l-Intestatura 4 (Relazzjonijiet Esterni). Ħlas minn jew lejn il-baġit ġenerali matul is-sena finanzjarja L-għan ewlieni tal-emenda tal-2007 għar-Regolament huwa t-titjib fl-effiċjenza tal-użu tal-mezzi baġitarji billi jsir provvediment fil-Fond abbażi tal-ammonti osservati ta' self garantit pendenti. Abbażi tat-tranżazzjonijiet garantiti pendenti ta' EUR 12 427 580 000,00 fil-31 ta' Diċembru 2007, ammont ta' EUR 91 960 000,00, li jikkorrispondi għall-provvediment tal-2007, iddaħħal fil-linja tal-baġit 01040114 "Il-Provvediment tal-Fond ta' Garanzija" għall-2008 fid-dikjarazzjoni tal-ispiża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-sena 2009. Dan l-ammont tħallas fi tranżazzjoni waħda mill-Baġit għall-Fond fit-23 ta' Jannar 2009. Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skont il-prinċipji ta' ġestjoni mniżżla fl-Anness għall-Ftehim tal-Komunità/BEI tat-23/25 ta' Novembru 1994, kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 1 tas-17/23 ta' Settembru 1996, il-Ftehim Supplimentari Nru 2 tas-26 ta' April/8 ta' Mejju 2002, u l-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-25 ta' Frar 2008. Għoxrin fil-mija tal-Fond għandu jiġi investit f'investimenti fuq medda qasira ta' żmien (sa sena). Dawn l-investimenti jinkludu titoli mingħajr rati fissi, indipendentement mid-dati tal-maturità tagħom, u titoli b'rati fissi b'massimu ta' sena għad-data tal-maturità, indipendentement mill-perjodu ta' maturità inizjali tagħhom. Dan minħabba li t-titoli b'rata fissa jistgħu jitħallsu lura bir-rata ta' 100 % tal-valur nominali tagħhom hekk kif jaslu biex jagħlqu, filwaqt li t-titoli mingħajr rati fissi jistgħu jinbiegħu fi kwalunkwe ħin għal prezz li joqrob ir-rata ta' 100 %, baqa' kemm baqa' żmien għall-maturità tagħhom. Biex jinżamm bilanċ bejn l-istrument varji li jipprovdu l-likwidità meħtieġa, minimu ta' EUR 100 000 000,00 jinżamm f'investiment monetarji, partikolarment f'depożiti bankarji. Fl-2008, il-portafoll kiseb ritorn totali ta' 6,42 %. Il-kundizzjonijiet tas-suq fl-2008 kienu estrememant diffiċli, peress li l-kriżi finanzjarja nxterdet u affetwat il-banek kollha u beda jkollha impatt fuq l-ekonomija reali. Il-prestazzjoni tal-portafoll kien inferjuri għal-livell ta' riferiment (ara l-anness fil-paragrafu 1.4.2. "Prestazzjoni" għad-dettalji). Fl-aħħar tal-2008, in-nuqqas fil-prestazzjoni ammonta għal 77,56 punti bażi. In-nuqqas fil-prestazzjoni tal-Fond kien partikolarment sinifikanti min-nofs Settembru wara l-kollass tal-Lehman Brothers, u twessigħ sostanzjali tal-firxiet tar-rendiment kellu impatt negattiv fuq titoli li ma jagħmlux parti mill-qoffa ta' bonds abbażi tal-indiċi Sovrani tal-Iboxx taż-Żona tal-Euro. B'mod partikolari, bonds maħruġa mill-gvernijiet tal-Lvant tal-Ewropa, fejn il-portafoll tal-Fond għandu qagħdiet, soffrew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet f'Ottubru u f'Novembru. F'Diċembru 2008 dan in-nuqqas fil-prestazzjoni kien inqas gravi minħabba l-istabilizzazzjoni tas-suq. Il-lista tal-banek awtorizzati li jirċievu d-depożiti hija miftiehma mal-Kummissjoni u mal-BEI. Il-lista oriġinali ġiet riveduta regolarment fid-dawl tal-bidliet l-aktar reċenti tal-klassifika tal-banek. Kollha għandhom klassifikazzjoni mingħand Moody's għallinqas ta' P1 għal investimenti għal żmien qasir, jew klassifikazzjoni ekwivalenti mingħand Standard & Poor’s jew Fitch. L-investimenti li jsiru magħhom huma rregolati minn regoli li jassiguraw dħul kompetittiv u li jevitaw kwalunkwe konċentrazzjoni ta' riskju. Fl-2008, id-dħul fuq l-imgħax minn kontanti u l-ekwivalenti, fuq il-kontijiet kurrenti tal-Fond u fuq it-titoli ammonta għal EUR 48 802 560,79, magħmul mis-segwenti: - Minn depożiti u kontijiet kurrenti: EUR 8 043 015,28; dan jirrifletti l-qagħda fil-31 ta' Diċembru 2008, inklużi l-imgħaxxijiet riċevuti fuq id-depożiti bankarji ta' EUR 8 528 274,58 u tibdil fl-imgħax akkumulat (EUR 539 698,20) fl-2008 Il-kontijiet kurrenti ammontaw għal EUR 54 438,90, li jinkludu imgħax fuq kontijiet kurrenti. - Mill-portafoll tat-titoli : EUR 39 622 151,89; dan jinkludi EUR 40 834 028,61 f'imgħax fuq titoli u tibdil fl-imgħax akkumulat (EUR 1 234 864,72) fil-31 ta' Diċembru 2008. L-imgħax fuq titoli li huma ġġenerati minn investimenti fil-forma ta' titoli skont il-prinċipji tal-investiment stipulati fil-Ftehim li jinkarigaw lill-BEI biex jamministra l-assi likwidi tal-Fond. Minn din iċ-ċifra, irid jiġi aġġustat l-ammont ta' EUR 22 988,00 mit-titoli li ddaħlu matul is-sena bħala d-differenza bejn il-prezz tad-dħul u l-valur ta' fidi diviż pro rata temporis fuq iż-żmien li fadal tat-titoli miżmuma (li jikkorrispondi mal-firxa tal-primjum jew tnaqqis imdaħħal fil-kont ta' qligħ u telf). L-imgħax riċevut jiddaħħal fir-riżultati għas-sena finanzjarja. Irkupru mid-debituri li naqsu mill-obbligi tagħhom ta' ħlas Imgħax fuq il-penali ta' USD 1 448 433,44 kien irkuprat mir-Repubblika tal-Arġentina fit-12 ta' Diċembru 2008. Fil-31 ta' Diċembru 2008, il-Fond ma għandu l-ebda ammont li għad irid jiġi rkuprat. L-OBBLIGI TAL-FOND Pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati Il-Fond ma ntalabx jagħmel pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati fl-2008. Rinumerazzjoni tal-BEI It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim iffirmat fis-26 ta' April u fit-8 ta' Mejju 2002 jistipula li l-paga tal-Bank għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tar-rati annwali digressivi ta' kummissjoni għal kull saff tal-assi tal-Fond li japplikaw għalihom rispettivament. Ir-rimunerazzjoni hija kkalkolata abbażi tal-medja tal-assi tal-Fond. Ir-rinumerazzjoni tal-Bank għall-2008 ġiet stabbilita għal EUR 658 322,32 u ddaħħlet fil-kont ta' qligħ u telf u bħala ammonti akkumulati (obbligi) fil-karta tal-bilanċ. Ir-rimunerazzjoni tħallset lill-BEI fi Frar 2009. [1] SEC(2009) [2] Dan l-ammont ta' EUR 689 972,32 jinkludi EUR 658 322,32 fi ħlasijiet tal-ġestjoni tal-BEI u fi drittijiet esterni mħallsa lill-awdituri ta' EUR 31 650,00 fl-2008 (ara paragrafu 3.6, obbligi attwali, fl-anness). [3] L-ammont ta' EUR 91 960 000,00 kien imħallas fil-Fond fit-23 ta' Jannar 2009 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. [4] Ir-Regolament kif emendat jistipula li t-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni koperti mill-Fond jibqgħu koperti mill-garanzija Komunitarja wara d-data ta' adeżjoni. Madankollu, minn dik id-data, ma jibqgħux azzjonijiet esterni tal-Komunitajiet u jkunu koperti direttament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mhux aktar mill-Fond. [5] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.