Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0080

Ftehim ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) tad- 9 ta' Mejju 1980 , emendata bil-Protokoll ta' Vilnjus tat- 3 ta' Ġunju 1999 * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad- 9 ta' Mejju 1980 , kif emendat mill-Protokoll ta' Vilnius tat- 3 ta' Ġunju 1999 (COM(2009)0441 – C7-0164/2009 – 2009/0121(CNS))

ĠU C 285E, 21.10.2010, p. 126–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/126


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Ftehim ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, emendata bil-Protokoll ta' Vilnjus tat-3 ta' Ġunju 1999 *

P7_TA(2009)0080

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendat mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (COM(2009)0441 – C7-0164/2009 – 2009/0121(CNS))

2010/C 285 E/29

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0441),

wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0164/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0053/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


Top