Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AE1035

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (verżjoni kkodifikata) COM(2009) 129 finali – 2009/0043 (COD)

    ĠU C 306, 16.12.2009, p. 79–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 306/79


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (verżjoni kkodifikata)

    COM(2009) 129 finali – 2009/0043 (COD)

    2009/C 306/18

    Nhar it-3 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

    “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi” (verżjoni kkodifikata)

    Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u barra minn hekk diġà ta fehmtu dwar is-suġġett fl-opinjoni preċedenti tiegħu adottata fil-25 ta’ Mejju 1977 (1), fl-opinjoni adottata fl-14 ta’ Settembru 1994 (2), u fl-opinjoni adottata fit-22 ta’ April 2008 (3) iddeċieda, matul l-454 sessjoni plenarja tiegħu li saret nhar l-10 u l-11 ta’ Ġunju 2009 (seduta tal-10 ta’ Ġunju 2009), b’110 vot favur u 5 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost filwaqt li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija hawn fuq.

     

    Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2009

    Il-President

    tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Mario SEPI


    (1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar” – ĠU C 152, 29.6.1977, p. 3.

    (2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (94/C 393/19)” – ĠU C 393, 31.12.1994, p. 93.

    (3)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “l-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju /Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-KummissjoniĠU C 211, 19.08.2008, p. 46.


    Top