This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009AE1031
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Trans-Atlantic relations between the EU and North American countries in the air transport sector — a true regulatory convergence (exploratory opinion)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Trans-Atlantiċi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika ta’ Fuq fis-settur tat-trasport bl-ajru – konverġenza regolatorja ġenwina (opinjoni esploratorja)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Trans-Atlantiċi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika ta’ Fuq fis-settur tat-trasport bl-ajru – konverġenza regolatorja ġenwina (opinjoni esploratorja)
ĠU C 306, 16.12.2009, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 306/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Trans-Atlantiċi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika ta’ Fuq fis-settur tat-trasport bl-ajru – konverġenza regolatorja ġenwina (opinjoni esploratorja)
2009/C 306/01
Nhar il-15 ta’ Diċembru 2008, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Presidenza Ċeka tal-Unjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar
ir-relazzjonijiet Trans-Atlantiċi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika ta’ Fuq fis-settur tat-trasport bl-ajru – konverġenza regolatorja ġenwina.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta’ Mejju 2009. Ir-relatur kien is-Sur KRAWCZYK.
Matul l-454 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-10 u l-11 ta’ Ġunju 2009 (seduta tal-11 ta’ Ġunju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’143 vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Fil-kuntest tat-traffiku interkontinentali tal-passiġġieri tal-ajru, ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Amerika ta’ Fuq hija l-iktar waħda importanti. Fl-2007 ġew trasportati il fuq minn 60 miljun passiġġier u iktar minn 3.1 miljuni tunnellati ta’ merkanzija. Dan jgħodd bħala l-iktar ċirkolazzjoni sinifikanti tat-traffiku tal-ajru bejn iż-żewġ reġjuni dinjija. |
1.2 |
L-UE u l-Kanada u l-UE u l-Istati Uniti fetħu negozjati dwar il-ħolqien ta’ Żoni Miftuħa tal-Avjazzjoni (ŻMA). Il-kunċett taż-Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni jestendi l-libertà sħiħa tal-ajru liż-żewġ partijiet. |
1.3 |
Fit-30 ta’ April 2007, il-Kummissjoni ffirmat it-test tal-ewwel stadju komprensiv tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru (ftehim tal-ewwel stadju) mal-Istati Uniti tal-Amerika. |
1.3.1 |
Għalkemm il-ftehim tal-ewwel stadju kien suċċess kbir, ma laħaqx l-objettiv prinċipali – il-ħolqien ta’ ŻMA. |
1.4 |
Fit-30 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill tat-Trasport adotta pożizzjoni politika li tapprova l-firma tal-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada. Fis-6 ta’ Mejju 2009, matul is-summit bejn l-UE u l-Kanada fi Praga, ġie approvat politikament it-test finali ta’ dan il-ftehim. |
1.4.1 |
Il-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada huwa l-ewwel ftehim tal-UE li jikseb ftuħ sħiħ tas-swieq, għad-drittijiet tat-traffiku u l-investiment, u, fl-istess ħin, jilħaq livell li qatt ma ntlaħaq qabel fil-konverġenza regolatorja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. |
1.4.2 |
Il-KESE jilqa’ l-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada bħala l-ewwel żvilupp ġdid segwenti tal-politika barranija tal-UE b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2005. |
1.4.3 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa sforz min-naħa tal-Kummissjoni biex tikseb riżultati simili fin-negozjati tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti. |
1.5 |
In-negozjati tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti, li bdew fl-2008, skont l-Artikolu 21 tal-ftehim tal-ewwel stadju, ser jinkludu dawn il-punti ta’ interess ewlieni għal parti waħda jew iż-żewġ partijiet: il-liberalizzazzjoni addizzjonali tad-drittijiet tat-traffiku, opportunitajiet addizzjonali għall-investiment barrani, id-dħul fis-seħħ tal-miżuri ambjentali u r-ristrezzjonijiet infrastrutturali fuq id-drittijiet tat-traffiku, aċċess addizzjonali għat-trasportazzjoni ffinanzjata mill-gvern, u l-provvista ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ. Il-partijiet interessati Ewropej jistennew li n-negozjati tat-tieni stadju għandhom isaħħu iktar il-konverġenza regolatorja. |
1.5.1 |
Il-KESE jixtieq ifakkar li l-ħin qed jagħfas u r-rappreżentanti awtorizzati mill-UE u l-Istati Uniti għandhom jerġgħu jibdew in-negozjati mill-iktar fis possibbli. Jekk ma jsir l-ebda progress sostanzjali sa Novembru 2010, l-UE tista’ tiddeċiedi li tissospendi ċerti drittijiet mogħtija lil-linji tal-ajru tal-Istati Uniti. |
1.5.2 |
Il-kwistjonijiet marbuta max-xogħol għandhom jingħataw attenzjoni speċjali bħala parti importanti tan-negozjati tat-tieni stadju. L-appoġġ għall-impjegati huwa importanti ferm. Il-KESE jħeġġeġ lit-tieni Forum dwar ix-Xogħol, li ser jiġi organizzat f’Brussell f’Ġunju 2009, sabiex joħroġ b’riżultati tanġibbli f’forma ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet soċjali importanti. |
1.5.3 |
L-implimentazzjoni ta’ Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni ser iżżid it-traffiku bejn l-UE u l-Istati Uniti u tista’ twassal għal konsegwenzi negattivi għall-ambjent. Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex twettaq analiżi strateġika tal-impatt ambjentali tal-ftehim potenzjali. |
1.6 |
Il-prijoritajiet tal-KESE għall-ftehim tat-tieni stadju – dan għandu jwassal għall-ingredjenti essenzjali ta’ ŻMA:
|
1.7 |
Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku biex jappoġġja n-negozjati tat-tieni stadju billi jagħtihom prijorità politika għolja u jippermetti konsultazzjonijiet permezz tad-Djalogu Trans-Atlantiku dwar ix-Xogħol (TALD) u d-Djalogu Trans-Atlantiku dwar l-Ambjent (TAED) kif ukoll djalogi oħrajn affiljati uffiċjalment mal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku. |
1.8 |
Il-Ftehim dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Kanada għandu jservi bħala r-referenza għall-Ftehim tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-bidla tista’ sseħħ - dan huwa l-messaġġ prinċipali tan-negozjati bejn l-UE u l-Kanada. |
2. Daħla
2.1 |
Skont id-data tal-Ewrostat għat-traffiku interkontinentali tal-passiġġieri tal-ajru, ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Amerika ta’ Fuq hija l-iktar waħda importanti. Fl-2007 ġew trasportati ’l fuq minn 60 miljun passiġġier (tkabbir ta’ 5.6 % meta mqabbel mal-2006; 22.3 % ta’ traffiku addizzjonali mill-UE-27). |
2.2 |
Skont l-IATA, fir-rotta tal-Atlantiku ta’ Fuq bejn l-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa (li tinkludi r-Russja), fl-2007 it-traffiku tal-passiġġieri żdied b’7.6 % għal 57.3 miljun passiġġier (meta mqabbel mal-2006). Dan jgħodd bħala l-iktar ċirkolazzjoni sinifikanti tat-traffiku bl-ajru bejn iż-żewġ reġjuni dinjija. |
2.3 |
Fl-2007 ġew trasportati 3.1 miljuni tunnellatti ta’ merkanzija bejn l-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa, u dan wassal sabiex din ir-rotta ssir waħda mit-tliet rotot globali prinċipali tat-trasport. |
2.4 |
Ir-raġunijiet għall-kobor tas-suq tal-avjazzjoni tal-UE u l-Istati Uniti huma ġeografiċi, kulturali u ekonomiċi. Fl-2007 l-UE u l-Istati Uniti waħidhom kienu jgħoddu għal 40 % tal-kummerċ dinji u 60 % tal-Investiment Barrani Dirett. M’hemm l-ebda dubju li l-avjazzjoni kkontribwixxiet għall-iżvilupp ta’ din l-ikbar relazzjoni fil-kummerċ u l-investiment fid-dinja. Ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Kanada hija b’saħħitha wkoll (l-UE hija t-tieni l-ikbar investitur dirett fil-Kanada). |
2.5 |
Ir-relazzjoni ekonomika ġenerali bejn l-UE u l-Amerika ta’ Fuq hija appoġġjata minn kooperazzjoni regolatorja iktar stretta. Il-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku, li twaqqaf fl-2007, iservi bħala forum ta’ livell għoli għad-diskussjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti għall-kwistjonijiet ekonomiċi strateġiċi bil-għan ta’ konverġenza regolatorja addizzjonali u t-tisħiħ tal-kummerċ u l-investiment. Bħalissa qed isir taħdit preliminari dwar il-possibbiltà ta’ ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Kanada. |
2.6 |
Dan qed isir fil-kuntest tal-kooperazzjoni regolatorja u ekonomika bejn l-UE u l-Kanada u l-UE u l-Istati Uniti għall-ħolqien ta’ Żoni Miftuħa tal-Avjazzjoni (ŻMA). Skont studju li twettaq f’isem il-Kummissjoni (u li sar qabel il-kriżi attwali) Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, matul l-ewwel 5 snin, tista’ tfisser żieda ta’ iktar minn 25 miljun passiġġier addizzjonali, tista’ tiġġenera ’l fuq minn EUR 15-il biljun f’benefiċċji għall-konsumaturi u toħloq 80 000 impjieg ġdid fl-UE u l-Istati Uniti flimkien. Dan ikun possibbli permezz:
|
2.6.1 |
L-implimentazzjoni ta’ Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni ser iżżid it-traffiku bejn l-UE u l-Istati Uniti u dan jista’ jwassal għal konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent, li jinkludu: żieda fl-emissjonijiet, skart addizzjonali u iktar storbju. Fil-passat dawn il-fatturi ġew indirizzati flimkien ma’ kwistjonijiet ambjentali oħra, iżda ma tantx kellhom suċċess. |
2.7 |
Il-kunċett taż-Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni jestendi l-libertà sħiħa tal-ajru liż-żewġ partijiet, ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-investiment minn entitajiet barranin u jippermetti l-kiri tal-ekwipaġġ (wet-leasing) tal-inġenji b’kondizzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni u li jkunu trasparenti. Dan il-kunċett iħaddan impenn ġenerali għall-konverġenza regolatorja u għall-armonizzazzjoni tal-istandards tat-trasport fil-qasam tas-sikurezza, is-sigurtà u l-ambjent. |
3. In-negozjati tal-ewwel stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti
3.1 |
Il-Kummissjoni tat bidu għan-negozjati ta’ ftehim tal-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq il-bażi ta’ mandat li nftiehem fil-Kunsill tat-Trasport tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
3.2 |
Fit-30 ta’ April 2007, il-Kummissjoni ffirmat it-test tal-ewwel stadju komprensiv tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru (ftehim tal-ewwel stadju) mal-Istati Uniti tal-Amerika li ilu japplika mit-30 ta’ Marzu 2008. Dan il-ftehim jissostitwixxi l-ftehimiet bilaterali eżistenti li kkonkludew l-Istati Membri. |
3.3 |
L-elementi prinċipali tal-ftehim tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti huma dawn:
|
3.4 |
Il-ftehim tal-ewwel stadju kien pass importanti fit-triq lejn il-ħolqien ta’ ŻMA. Dan stabbilixxa prinċipji importanti għall-kooperazzjoni regolatorja, u waqqaf il-Kumitat Konġunt biex jissorvelja l-progress. Il-ftehim ikkontribwixxa għat-tneħħija ta’ xi ostakoli għall-aċċess tas-suq. |
3.5 |
Għalkemm il-ftehim tal-ewwel stadju kien suċċess kbir, ma laħaqx l-objettiv prinċipali – il-ħolqien ta’ ŻMA. B’mod partikolari, il-ftehim tal-ewwel stadju mhuwiex ibbilanċjat f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess tas-suq għal-linji tal-ajru Amerikani – dawn jingħataw id-drittijiet tal-ħames libertà mingħajr restrizzjonijiet fl-UE, iżda l-linji tal-ajru tal-UE ma jibbenefikawx minn drittijiet reċiproċi fis-suq Amerikan (id-drittijiet tal-5 libertà jagħtu lil-linji tal-ajru d-dritt li jittrasportaw il-passiġġieri tagħhom minn pajjiżhom lejn il-parti l-oħra u wara dan lejn pajjiżi terzi). Ċerti prattiki tas-suq għadhom jiffavorixxu l-linji tal-ajru Amerikani (pereżempju il-programm Fly America). Finalment, dan jippermetti lill-investituri tal-Istati Uniti biex ikollhom sehem akbar fl-ishma b’poter ta’ votazzjoni fil-linji tal-ajru tal-UE (49 %) milli jista’ jkollhom l-investituri tal-UE fil-linji tal-ajru Amerikani (25 %). |
3.6 |
Iż-żewġ naħat ftiehmu li jkomplu bit-tieni stadju tan-negozjati li jibdew 60 ġurnata wara li jkun daħal fis-seħħ l-ewwel stadju. |
4. Il-ftehim tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Kanada
4.1 |
Fil-bidu ta’ Ottubru 2007, wara l-konklużjoni tal-ftehim tal-ewwel stadju mal-Istati Uniti, il-Kummissjoni rċeviet mandat ta’ negozzjazzjoni mill-Kunsill biex tagħti bidu għal negozjati dwar il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada. Wara erba’ sessjonijiet ta’ negozjati, u wara l-istruzzjoni li ngħatat mis-summit bejn l-UE u l-Kanada fl-2008 f’Quebec, l-abbozz ta’ ftehim dwar l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Kanada inbeda mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Novembru 2008. Fit-30 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill tat-Trasport adotta pożizzjoni politika li tapprova l-firma tal-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada. Fis-6 ta’ Mejju 2009, matul is-summit bejn l-UE u l-Kanada fi Praga, ġie approvat politikament it-test finali ta’ dan il-ftehim. |
4.2 |
Il-punti prinċipali ta’ dan l-abbozz ta’ ftehim huma dawn:
|
4.3 |
Il-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada huwa l-ewwel ftehim tal-UE li jikseb ftuħ sħiħ tas-swieq, għad-drittijiet tat-traffiku u l-investiment, u, fl-istess ħin, jilħaq livell li qatt ma ntlaħaq qabel fil-konverġenza regolatorja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. |
4.4 |
Il-KESE jilqa’ l-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada bħala l-ewwel żvilupp ġdid suċċessiv tal-politika barranija tal-UE b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2005. |
4.5 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa sforz min-naħa tal-Kummissjoni biex jinkisbu riżultati simili fin-negozjati tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti. |
5. In-negozjati tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti
5.1 |
Permezz tal-Artikolu 21 tal-ftehim tal-ewwel stadju, in-negozjati tat-tieni stadju ser jinkludu l-punti li ġejjin li huma ta’ interess prijoritarju għal parti waħda jew iż-żewġ partijiet:
|
5.2 |
Kif jurina l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-partijiet interessati Ewropej jistennew li t-tieni stadju għandu jsaħħaħ iktar il-konverġenza regolatorja. |
5.3 |
Jista’ jkun li l-partijiet jistgħu jiksbu iktar progress fit-tieni stadju fl-oqsma tal-kooperazzjoni li nbdew fl-ewwel stadju, pereżempju:
|
6. Kwistjonijiet marbuta max-xogħol
6.1 |
Il-kwistjonijiet marbuta max-xogħol għandhom jingħataw attenzjoni speċjali bħala parti importanti tan-negozjati tat-tieni stadju. B’mod partikolari, il-forum tal-avjazzjoni promettenti tal-UE u l-Istati Uniti dwar Il-liberalizzazzjoni u x-xogħol: il-passat, il-preżent u l-futur, li sar f’Washington DC f’Diċembru 2008 għandu jiġi elaborat iktar u r-riżultati għandhom jiġu kkunsidrati kemm jista’ jkun f’oqsma bħall-ftehimiet kollettivi, id-drittijiet individwali fil-kuntest tal-kuntratti, il-ħinijiet tax-xogħol, it-taħriġ vokazzjonali, il-benefiċċji soċjali u r-rappreżentanza mit-trejdjunjins. |
6.2 |
Il-KESE jħeġġeġ lit-tieni Forum dwar ix-Xogħol, li ser jiġi organizzat fi Brussell f’Ġunju 2009, sabiex joħroġ b’riżultati tanġibbli f’forma ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet soċjali importanti marbuta mal-implimentazzjoni futura ta’ ŻMA. L-appoġġ għall-impjegati huwa importanti ferm għas-suċċess tal-implimentazzjoni tan-negozjati tat-tieni stadju. |
6.3 |
Id-Djalogu Trans-Atlantiku dwar ix-Xogħol (TALD) għandu jiġi involut fin-negozjati tat-tieni stadju. Fl-opinjoni tiegħu dwar “Ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi: kif għandha tittejjeb il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili” (1), il-KESE wera l-appoġġ qawwi tiegħu għat-twaqqif mill-ġdid tat-TALD bħala parti mid-djalogu istituzzjonalizzat bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-KESE rrakkomanda wkoll it-tkabbir tal-grupp ta’ konsulenza tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku biż-żieda tat-TALD u d-Djalogu Trans-Atlantiku Ambjentali. |
7. L-isfida tal-ħin
7.1 |
Kif ftehmu l-partijiet tal-ftehim tal-ewwel stadju, hemm skeda ta’ żmien li fiha jridu jintemmu n-negozjati tat-tieni stadju:
|
7.2 |
Jekk ma jsir l-ebda progress sostanzjali sa Novembru 2010, l-UE tista’ tiddeċiedi li tissospendi ċerti drittijiet mogħtija lil-linji tal-ajru tal-Istati Uniti. Il-KESE jixtieq ifakkar li l-ħin qed jagħfas u r-rappreżentanti awtorizzati mill-UE u l-Istati Uniti għandhom jerġgħu jibdew in-negozjati mill-iktar fis possibbli. |
8. Il-prijoritajiet tal-KESE għall-ftehim tat-tieni stadju
8.1 |
Il-ftehim tat-tieni stadju għandu jwassal għall-ingredjenti essenzjali ta’ ŻMA:
|
8.2 |
In-negozjati tat-tieni stadju – minħabba l-importanza tagħhom – għandhom jingħataw l-ikbar attenzjoni billi jiġu inkorporati fl-aġenda tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku biex jappoġġja n-negozjati tat-tieni stadju billi jagħtihom prijorità politika għolja u jippermetti lill-konsultazzjonijiet permezz tat-TALD u djalogi oħrajn affiljati uffiċjalment mal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku. |
8.3 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex (fil-bidu tan-negozjati tat-tieni stadju) twettaq analiżi strateġika tal-impatt ambjentali. Analiżi strateġika tal-impatt li tidentifika l-konsegwenzi negattivi potenzjali għall-ambjent tista’ tgħin, tneħħi jew tnaqqas kemm jista’ jkun dawk l-effetti negattivi fin-negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti. |
8.4 |
Il-Ftehim dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Kanada għandu jservi bħala r-referenza għall-Ftehim tat-tieni stadju bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-bidla tista’ sseħħ - dan huwa l-messaġġ prinċipali tan-negozjati bejn l-UE u l-Kanada. |
8.5 |
L-implimentazzjoni b’suċċess tal-ftehim bejn l-UE u l-Kanada u l-konklużjoni pożittiva tan-negozjati tat-tieni fażi bejn l-UE u l-Istati Uniti jista’ jkollha influwenza pożittiva fuq żviluppi addizzjonali fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru bejn il-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-UE. |
9. L-aspetti internazzjonali tal-ftehim potenzjali
9.1 |
Minħabba l-importanza taż-żewġ swieq rispettivi, il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu l-potenzjal li jwassal għal era ġdida fl-avjazzjoni, wara dik ta’ Chicago. |
9.2 |
Billi jifforma “oasi” ta’ konverġenza regolatorja u ftuħ, miftuħ ukoll għal membri ġodda, il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu l-potenzjal li jissostitwixxi l-Konvenzjoni tal-1994 ta’ Chicago billi jinfirex biex jinkludi Stati oħrajn tal-istess orjentazzjoni, u eventwalment li jitħeġġu iktar u iktar pajjiżi biex jirrevedu l-politiki tagħhom sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prinċipji ta’ dan il-ftehim. |
Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 228, 22.09.2009, p. 32.