This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XX0925(01)
Communication from the French Government concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons (Notice regarding applications for exclusive licences to prospect for liquid and gaseous hydrocarbons, designated the Languedoc Licence and the Plaines du Languedoc Licence ) (Text with EEA relevance)
Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talbiet għall-permessi esklussivi għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass hekk imsejħa Permis du Languedoc u Permis des Plaines du Languedoc ) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talbiet għall-permessi esklussivi għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass hekk imsejħa Permis du Languedoc u Permis des Plaines du Languedoc ) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 244, 25.9.2008, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 244/19 |
Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talbiet għall-permessi esklussivi għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass hekk imsejħa “Permis du Languedoc” u “Permis des Plaines du Languedoc”)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 244/06)
Fuq talba tad-19 ta' April 2007, emendata fis-16 ta' Mejju 2008, il-kumpanija Languedoc Petroleum Development Ltd, li għandha s-sede tagħha f'Wembley Point, 1 Harrow Road, Wembley, Middlesex, HA9 6DE, ir-Renju Unit, talbet li, għal perjodu ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis du Languedoc”, fuq medda ta' madwar 2 348 kilometru kwadru, f'parti mid-Dipartimenti ta' Aude u Hérault.
Fuq talba tat-28 ta' Jannar 2008, il-kumpanija Lundin International SA, li għandha s-sede tagħha f' Maclaunay, F-51210 Montmirail, talbet li, għal perjodu ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis des Plaines du Languedoc”, fuq l-istess medda bħal dik tat-talba għall-“Permis du Languedoc”.
Il-perimetru ta' dawn il-permessi huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali li huwa dak ta' Pariġi.
Punti |
Lonġitudni gradi Lvant |
Latitudni gradi Tramuntana |
A |
1,30 |
48,40 |
B |
0,90 |
48,40 |
C |
0,90 |
48,30 |
D |
0,60 |
48,30 |
E |
0,60 |
48,20 |
F |
0,40 |
48,20 |
G |
0,40 |
47,90 |
Punt H: l-intersezzjoni tal-parallel 47,90 grad Tramuntana mal-kosta Mediterranja.
Punt I: l-intersezzjoni tal-meridjan 1,30 grad Lvant mal-kosta Mediterranja.
Punti H sa I: il-kosta Mediterranja.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tat-titlu
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu evidenza li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji tal-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-Liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-Ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz mogħti hawn taħt.
Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2009.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u tat-twaqqif tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward ix-xogħlijiet minerarji, dawk tal-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Użu tal-Artijiet u l-Iżvilupp Sostenibbli (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-klima, Direttorat tal-enerġija, bureau tal-esplorazzjoni u tal-produzzjoni tal-idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, F-75703 Paris Cedex 13 (tel. (33) 144 97 23 02, feks (33) 144 97 05 70).
Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:
Légifrance http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.