This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC1212(02)
Commission communication on the enquiry and registration under Regulation (EC) No 1907/2006 (REACH) of substances that were lawfully on the market before 1 June 2008 but which do not have phase-in status (Text with EEA relevance)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba u r-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Reach) tas-sustanzi li kienu legalment fis-suq qabel l- 1 ta' Ġunju 2008 imma li m'għandhomx stat ta' dħul gradwali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba u r-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Reach) tas-sustanzi li kienu legalment fis-suq qabel l- 1 ta' Ġunju 2008 imma li m'għandhomx stat ta' dħul gradwali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 317, 12.12.2008, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 317/2 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba u r-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Reach) tas-sustanzi li kienu legalment fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2008 imma li m'għandhomx stat ta' dħul gradwali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 317/02)
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) jitlob li s-sustanzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' “sustanzi bi dħul gradwali” li huma mmanifatturati jew importati fil-Komunità, waħedhom, fi preparazzjonijiet jew f'artikoli, fi kwantitajiet ta' tunnellata jew iktar fis-sena jiġu rreġistrati sa mill-1 ta' Ġunju 2008 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament REACH.
Qabel ir-reġistrazzjoni ta' sustanzi mingħajr dħul gradwali, hemm bżonn ta' talba lill-Aġenzija Ewropea tal-Kimiki — kif previst mill-Artikolu 26 tar-Regolament REACH. Ta' min jinnota li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH li jirregola l-proċess ta' talba li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2008. Minħabba f'hekk kien impossibbli fil-prattika li sustanza mingħajr dħul gradwali tiġi rreġistrata fl-1 ta' Ġunju 2008. Barra minn hekk, ta' min jinnota wkoll li r-regolament li fih metodi ta' ttestjar għall-użu skont REACH, b'konfomità mal-Artikolu 13 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kien adottat biss fit-30 ta' Mejju 2008.
Xi sustanzi li ġew immanifatturati legalment u/jew tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2008 jistgħu ma jikkwalifikawx bħala “sustanzi bi dħul gradwali” skont l-Artikolu 3 (20) tar-Regolament REACH. Biex jiġi evitat xkiel għall-kummerċ u l-attivitajiet ta' manifattura rigward dawn is-sustanzi, u sakemm jintwera li s-sustanza kienet legalment fis-suq Komunitarju qabel l-1 ta' Ġunju 2008, ir-reġistranti potenzjali huma mfakkra bl-obbligu li tintbagħat talba lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Għal kwalunkwe partita ta' informazzjoni speċifika nieqsa, ir-reġistrant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. L-informazzjoni nieqsa għandha tintbagħat mingħajr l-ebda dewmien mhux dovut.