EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC1014(02)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 261, 14.10.2008, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 261/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

(2008/C 261/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“Petit Epeautre de Haute Provence”

Nru tal-KE: FR-PGI-005-0475-20.06.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Institut national des appellations d'origine

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.:

(33) 153 89 80 00

Feks:

(33) 142 25 57 97

Posta elettronika:

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat du petit épeautre de Haute-Provence

Indirizz:

Quartier Aumage

F-26560 Mevouillon

Tel.:

(33) 475 28 51 86

Feks:

(33) 475 28 51 86

Posta elettronika:

petit.epeautre@wanadoo.fr

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessaturi ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Petit Epeautre de Haute Provence”

4.2.   Deskrizzjoni: Il-qamħ “Triticum monococcum” huwa ċereali tat-tibna, mill-familja tal-ħaxix. Jingħaraf minn widniet ċatti bis-sifa u jikber fuq żewġ naħat Il-qamħa, mhux miksura u fil-ħliefa, trid tiġi mnaddfa qabel ma' tiġi kkunsmata (u possibbilment titbajjad). Il-qamħa mbajda hija qamħa mndaffa li tkun għaddiet minn proċess żejjed ta' tfesdiq. Ġie stipulat għadd ta' kriterji ta' kwalità. Il-perċentwal massimu totali tal-elementi li mhumiex ċereali ta' bażi ta' kwalità perfetta huwa ta' 5 %, li minnu:

2 % ta' qmuħ miksura

1,5 % ta' impuritajiet tal-qmuħ (midbiela, ċereali oħra, ħsara mill-pesti, ikun marrilhom il-kulur, imsaħħna żżejjed, nexfin)

1 % ta' qmuħ imnibbta

0,5 % ta' impuritajiet varji (qmuħ barranin, qmuħ mħassra, ħliefiet, sadid tal-qamħ, qmuħ imħassra, insetti mejta jew biċċiet tal-insetti)

Il-piż speċifiku minimu huwa ta' 77 kg/hl.

Il-qamħ gross għandu jkollu kontenut ta' ndewwa li ma jaqbiżx l-14 %.

Il-kontenut tal-proteini tal-qamħ imnaddaf għandu jkun ta' aktar minn 10.5 %.

Il-qamħ “petit épeautre de Haute Provence”  jista' jiġi kkummerċjalizzat f'pakketti ta' 500g u 1 kg jew boroż ta' 3, 5, 10 jew 25 kg.

Id-data sa meta tista' tintuża l-qamħa hija ta' 18-il xahar mit-tindif.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona I.Ġ.P. (produzzjoni tal-qmuħ u ż-żrieragħ, u t-tindif) tinkludi 235 komun (jew partijiet ta' komuni) li jinsabu f'għoli ta' aktar minn 400 metru u huma mifruxa fuq erba' départements (Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Drôme uVaucluse) fix-Xlokk ta' Franza. It-tqassim huwa kif ġej:

Għad-département tal-Alpes de Haute Provence:

Il-komuni kollha tal-cantons ta' Banon, Forqualquier, Manosque, Noyers-sur-Jabron, Reillanne, Saint Etienne les Orgues;

Fil-canton ta' Château-Arnoux, il-komuni li ġejjin: Aubignosc, Château Arnoux, Chateauneuf Val St Donat, Montfort u Peipin;

Fil-canton ta' Peyruis, il-komuni li ġejjin: Ganagobie, La Brillanne, Lurs u Peyruis.

Għad-département ta' Hautes Alpes:

Il-komuni kollha tal-cantons ta' Aspres/Büech, Orpierre, Rosans, Ribiers uSerres;

Fil-canton ta' Laragne, il-komuni li ġejjin: Eyguians, Laragne-Montéglin, Lazer, Le Poët, Upaix, Ventavon.

Għad-département ta' la Drome:

Il-komuni kollha tal-cantons ta' Buis les Baronnies, La Motte Chalencon, Rémuzat, Séderon;

Fil-canton ta' Luc en Diois, il-komuni li ġejjin: Beaumont en Diois, Beaurières, Charens, Jonchères, La Bâtie des Fonds, Les Près, Lesches en Diois, Luc en Diois, Miscon, Poyols, Val Maravel, Valdrôme;

Fil-canton ta' Nyons, il-komuni li ġejjin: Arpavon, Aubres, Chateauneuf de Bordette, Chaudebonne, Condorcet, Curnier, Eyrolles, Les Pilles, Montaulieu, Saint Ferréol Trente Pas, Sainte Jalle, Valouse

Għad-département ta' Vaucluse:

Il-komuni kollha tal-canton ta' Sault;

Fil-canton ta' Apt, il-komuni li ġejjin: Apt, Auribeau, Caseneuve, Castellet, Gignac, Lagarde d'Apt, Rustrel, Saignon, Saint Martin de Castillon, Saint Saturnin d'Apt, Viens, Villars;

Fil-canton ta' Bonnieux, il-komuni li ġejjin: Buoux u Sivergues;

Fil-canton ta' Gordes, il-komuni li ġejjin: Lioux et Murs

Fil-canton ta' Malaucène, il-komuni li ġejjin: Brantes, Savoillan, u Saint Léger du Ventoux;

Fil-canton ta' Mormoiron, il-komuni li ġejjin: Blauvac, Flassan, Méthamis u Villes sur Auzon;

Fil-canton ta' Pertuis, il-komuni li ġejjin: Beaumont de Pertuis, Cabrières d'Aygues, Grambois, La Bastide des Jourdans, La Motte d'Aygues, Peypin d'Aygues, Vitrolles.

4.4.   Prova tal-oriġini: Għal kull farm, il-ħbula tal-art jiġu identifikati skont pjanta tal-ħbula mir-reġistru tal-farms. L-oriġini taż-żrieragħ tiġi vverifikata permezz tal-fattura tax-xiri. Il-kwantitajiet maħsuda għal kull ħabel jiddaħħlu fil-formoli dwar l-uċuħ fir-reġistru tal-farms.

Kull lott ta' produzzjoni u/jew tal-ħżin jiġi identifikat fuq l-unitajiet tal-ħżin permezz tal-formoli tal-identifikazzjoni tal-lott. Dawn il-formoli juru wkoll il-kwantitajiet maħsuda u mnaddfa u l-kodiċi tal-identità ta' min naddaf u d-data tat-tindif. Kull fażi tat-tindif — it-tfesdiq, it-tħin, u l-ippakkjar — tiġi ċċekkjata fi proċess ta' verifika tal-istokk u tiġi rrekordjata għal kull lott. L-aspetti tat-traċċabbiltà meħuda flimkien jagħmluha possibbli li jiġi ttraċċat il-proċess miż-żriegħ sal-bejgħ lill-konsumatur.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-qamħ “petit épeautre” kopert mill-IĠP jitkabbar fiż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-Haute-Provence f'għoli ta' aktar minn 400 metru. Jitkabbar skont metodu ta' produzzjoni tradizzjonali: newba, użu ta' żrieragħ li ġejjin miż-żona ġeografika, miżrugħa fis-sajf u fil-ħarifa, projbizzjoni tal-użu ta' prodotti kimiċi. Il-fertilizzazzjoni hija limitata għal massimu ta' 60 unità ta' nitroġenu, 60 unità ta' potassa u 60 unità ta' fosforu kull ettaru. Il-“petit épeautre de Haute Provence” tagħmel l-aħjar użu mix-xita ta' Mejju li tgħin li l-qamħa tikber. Lulju, li huwa sħun u niexef, jgħin għal maturazzjoni b'saħħitha mingħajr ma jiżviluppa mard. Ir-rendiment massimu tal-qamħ bil-ħliefa huwa ta' 40 qantar l-ettaru.

Ladarba jkun inġabar, il-qamħ, li jkun għadu fil-ħliefa, jinħażen fiż-żona ġeografika qabel ma jitnaddaf. It-tindif huwa fażi indispensabbli qabel kull użu fit-tisjir jew fit-tħin; isir minn naddafa li jinsabu fiż-żona ġeografika. It-tindif jikkonsisti mis-separazzjoni tal-ħliefa mill-qamħa, u huwa proċess li jitlob għarfien u dedikazzjoni kbira u l-użu ta' għodod apposta. Il-qamħa ma tistax tkun irvinata jew imfesdqa ħażin, u għalhekk min inaddaf għandu jkun ħafif ħafna b'idejh. Il-fażijiet differenti tal-għażla u tal-qmuħ u t-tindif jagħtu qmuħ ta' tul bejn 5 u 10 mm u ħxuna ta' 1.5 mm. It-tindif jista' jsir sa sentejn wara l-ħsad. Il-qamħa mnaddfa tista' wara tiġi mbajda (tnaqqis tal-ħin tas-sajran).

4.6.   Rabta: Iż-żona ġeografika koperta mit-tismija “Petit Epeautre de Haute Provence” hija żona omoġeneja bi klima Mediterranja kkaratterizzata l-aktar mill-altitudni tagħha, li ttaffilha l-klima. Is-sjuf nexfin iwasslu għal xtiewi kesħin għall-aħħar.

Il–“Petit Epeautre de Haute Provence” hija adattata għal dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi ħorox li huma tipiċi taż-żona minħabba l-fatt li hija varjetà taż-żrigħ bikri li jfisser li tista' tiflaħ għall-kundizzjonijiet ebsin tax-xitwa. Ix-xita li tasal tard f'Mejju tagħmel tajjeb lill-kwalità tal-qamħa, filwaqt li sikwit jaslu tard wisq għall-qamħ u x-xgħir miżrugħa xahar qabel. Lulju, li huwa sħun u niexef, jgħin għal maturazzjoni b'saħħitha mingħajr ma jiżviluppa mard.

Ir-reġjun jinsab fuq ħamrija kalkarja ta' tip karstiku, mimlija qsim ġeoloġiku u li tmur lura għaż-Żmien Terzjarju. Il-“Petit épeautre de Haute Provence” jippermetti l-aħjar użu tal-ifqar ħamrija (magħrufa lokalment bħala “épeautrières”) li fuqha wieħed jista' wkoll ikabbar il-lavanda.

Ir-rabta ta' din il-qamħa maż-żona ġeografika tidher ċara minn fejn jinsabu l-impjanti għall-ipproċessar. It-tindif isir fuq lantijiet artigjanali mqassma tul iż-żona. Bosta mtieħen, li llum m'għadhomx jintużaw, kienu nbnew tul ix-xmajjar u n-nixxigħat, u kienu wkoll jipproduċu d-dqiq; kienu mgħammra b'ħaġar tal-mitħna li setgħu jintużaw għal bosta għanijiet. Bil-progress tekniku u permezz tal-użu tal-għarfien imwassal mill-ġenerazzjoni għall-oħra, in-naddafa llum jużaw għodod speċjali li jvarjaw skont il-lott li jkun se jinħadem u li jagħmluha possibbli li jinkiseb prodott akbar billi jitnaqqas l-għadd tal-qmuħ miksura waqt il-proċess tat-tindif u tal-għażla. Il-kundizzjoni tal-qamħ imnaddaf hija waħda mill-aħjar kriterji biex wieħed iqis il-kwalità. Il-ħila mitluba għal din il-biċċ xogħol tinvolvi li wieħed jagħti l-ħin ix-xieraq lit-tindif tal-qamħa.

Mill-aspett storiku, hemm xhieda li fil-Haute Provence il-Petit Epeautre kienet diġa preżenti f'bosta siti preistoriċi. L-okkupazzjoni Rumana tal-“Provincia”(Provence) irrelegat it-tkabbir ta' dawn l-għelejjel għas-saltus (xagħri) tan-naħa ta' ġewwa tar-reġjun, li ma kinitx daqstant Romanizzata. Wara li waqa' l-Imperu Ruman, il-popli Nordiċi invadew il-Provence u kkawżaw eżodu tal-popolazzjoni lejn in-naħa ta' ġewwa. Il-kwalità robusta tal-Petit Epeautre u l-fatt li tinħażen tajjeb ippermetta li l-popolazzjoni maqlugħa minn darha setgħet tissoppravivi. Il-Petit Epeautre tibqa' preżenti tul il-Medju Evu fi Provence.

Xhieda tal-preżenza ta' dan il-wiċċ fil-partijiet varji tal-Haute Provence tinsab f'atti amministrattivi (1338), inkjesti (1775) u statistiki agrikoli (1804-1874).

Madankollu, it-tradizzjoni kulinarja tal-qamħa fil-Haute Provence hija waħda reali (“Formantée” fl-1375 u l-famuża “Grueu” fil-bidu tas-seklu 16 …) u l-fama tagħha hija rikonoxxuta. Id-distributuri u l-proċessaturi spiss jassoċjaw il-qamħha mal-Haute Provence għaliex hija prodott tipiku. L-Haute Provence hija rikonoxxuta bħala ż-żona anċestrali tal-produzzjoni tal-“petit épeautre”.

Fl-2002, il-Conserveries de Haute Provence rebħu l-ewwel premju fil-konkors tal-ikel “Goût et avenir” tal-Alpes de Haute Provence għad-deżerta tagħhom li tuża l-“petit épeautre de Haute Provence”.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

1 Isem:

ULASE, Organisme Certificateur

Indirizz:

ZA Champgrand

F-26270 Loriol-sur-Drôme

Tel.:

(33) 475 61 13 00

Feks:

(33) 475 85 62 12

Posta elettronika:

info@ulase.fr

4.8.   Tikkettar: It-tikkettar għandu bilfors isemmi t-tismija tal-bejgħ flimkien mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta; il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott imnaddaf; il-piż nett; id-data sa meta jista' jintuża l-prodott; l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta' min ippakkja l-prodott.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top