Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0821(01)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 213, 21.8.2008, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 213/3


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 213/03)

    Numru XA: XA 123/08

    Stat Membru: Il-Latvja

    Reġjun: —

    Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma „Atbalsts apdrošināšanas prēmiju daļējai segšanai“

    Bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumi „Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2008. gadā un tā piešķiršanas kārtību“ 9. pielikums 1. programma

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2008: LVL 150 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 150 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 150 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 150 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 150 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 150 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna għall-kumpens għall-ispejjeż ta' akkwist tal-primjum ta' assigurazzjoni tista' tilħaq il-50 % skond kuntratti konklużi mal-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni u ta' dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni, iżda li ma taqbiżx LVL 25 kull unità (ettaru jew unità tal-bhejjem), LVL 50 għall-patata u għal-ħaxix, u LVL 150 għas-siġar tal-frott u tax-xitel li jagħmlu frott żgħir (berry)

    Data ta' l-implimentazzjoni: L-10 ta' Marzu 2008

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: It-30 ta' Diċembru 2013

    Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna hu li jitnaqqas ir-riskju ta' produzzjoni fis-setturi ta' produzzjoni veġetali u tal-bhejjem permezz ta' kumpens parzjali għall-ispejjeż ta' akkwist tal-polza ta' assigurazzjoni mġarrba minn impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli primarji.

    Għajnuna għall-kumpens għall-ispejjeż ta' akkwist tal-primjums ta' assigurazzjoni mġarrba minn impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli mogħtija skond l-Artikolu 12(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli.

    L-għajnuna hija intiża għas-setturi ta' produzzjoni veġetali u tal-bhejjem

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Zemkopības ministrija

    LV-1981 Rīga

    Indirizz ta' l-internet: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/9.pielikums.doc

    Tagħrif ieħor: Il-kofinanzjament ta' l-għajnuna mill-Istat jista' jkopri sa 50 % ta' l-ispejjeż ta' akkwist tal-primjum ta' assigurazjoni eliġibbli għat-telf li jirriżulta minn kundizzjonijiet avversi ta' temp li ġej minn diżastri naturali (impatti mis-sajjetti, nirien ikkawżati minn sajjetti, għargħar, irwiefen, silġ u ġlata tar-Rebbiegħa) u għat-telf li ġej minn mard tal-bhejjem u dak veġetali.

    Għajnuna għall-kumpens għall-ispejjeż ta' akkwist tal-primjums ta' assigurazzjoni mġarrba minn impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli li tista' tkopri sa 50 % skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna ma tikkostitwixix ostaklu għat-tħaddim tas-suq intern għas-servizzi ta' l-assigurazzjoni u mhijiex limitata għal assigurazzjoni provduta minn kumpanija waħda ta' assigurazzjoni jew gruppi ta' assigurazzjoni, lanqas ma hija suġġetta għal kundizzjoni li l-kuntratt ta' l-assigurazzjoni isir ma' kumpanija stabbilita fl-Istat Membru konċernat.

    L-ebda għajnuna ma tingħata minn qabel fir-rigward ta' attivitajiet li jkunu diġà twettqu mill-benefiċjarju

    In-numru ta' l-XA: XA 124/08

    L-Istat Membru: Il-Latvja

    Ir-reġjun: —

    It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Atbalsta shēma „Atbalsts Latvijas un ārvalstu sadarbības projektiem”

    Il-bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumi „Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2008. gadā un tā piešķiršanas kārtību“ 5. pielikums

    In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2008: LVL 100 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2009: LVL 100 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2010: LVL 100 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2011: LVL 100 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2012: LVL 100 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2013: LVL 100 000

    L-intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna kollha hija mogħtija mil-Latvja bħala kofinanzjament mill-Istat għall-proġetti ta' kooperazzjoni Latvjani u barranin.

    L-għajnuna hija mogħtija għall-miżuri ta' implimentazzjoni għall-proġett li ġejjin:

    Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-10 ta' Marzu 2008

    It-tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013

    L-għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija intiża bħala parti mill-kofinanzjament ipprovdut mil-Latvja għall-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-Latvja u l-pajjiżi barranin.

    L-għajnuna, li tikkostitwixxi parti mill-kofinanzjament ipprovdut mil-Latvja għall-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-Latvja u l-pajjiżi barranin, tingħata skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Is-settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli.

    L-għajnuna hija intiża għas-setturi ta' produzzjoni veġetali u tal-bhejjem

    L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

    Zemkopības ministrija

    LV-1981 Rīga

    L-indirizz ta' l-internet: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/5.pielikums.doc

    Tagħrif ieħor: L-għajnuna, li tikkostitwixxi parti mill-kofinanzjament ipprovdut mil-Latvja għall-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-Latvja u l-pajjiżi barranin, se tingħata lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli, skond l-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Skond l-Artikolu 15(3), l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi ssussidjati u mhux se tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi, u skond l-Artikolu 15(4) l-għajnuna se tkun aċċessibbli għal dawk kollha li huma eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, ibbażata fuq kundizzjonijiet iddefiniti oġġettivament.

    L-għajnuna hija intiża għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli primarji fil-forma ta' servizzi pprovduti minn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa, istituti xjentifiċi, eċċ.

    L-impriża intermedjarja ma tirċievi l-ebda għajnuna. L-għajnuna kollha se tingħata lill-benefiċjarji finali.

    L-ebda għajnuna m'hi se tingħata b'mod retroattiv fir-rigward ta' attivitajiet li jkunu diġà twettqu mill-benefiċjarju

    Numru XA: XA 136/08

    Stat Membru: Il-Latvja

    Reġjun: —

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Atbalsta shēma „Atbalsts informācijas izplatīšanai, apmācībai, dalībai kursos, semināros, konferencēs, kongresos ārzemēs, konferencēm Latvijā un Latvijas zinātnieku starptautiskās sadarbības veicināšanai“

    Bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumi „Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2008. gadā un tā piešķiršanas kārtību“ 4. pielikuma I un II atbalsta programma

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2008: LVL 330 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2009: LVL 350 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2010: LVL 370 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2011: LVL 390 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2012: LVL 400 000

     

    Ammont totali ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' l-2013: LVL 420 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna se tingħata biex tkopri sa 30 % tan-nefqa mġarrba mill-applikant u li tkun relatata mal-parteċipazzjoni fl-avvenimenti:

    L-għajnuna għandha tkopri n-nefqa mġarrba kollha fl-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ “Klassifikazzjoni tal-karkassi tal-bhejjem”.

    L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjonijiet (għall-finijiet ta' edukazzjoni jew informazzjoni) kif meħtieġ biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet ta' l-imprendituri rurali

    Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-10 ta' Marzu 2008

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: It-30 ta' Diċembru 2013

    L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-iskema ta' għajnuna hu biex tiffaċilita l-edukazzjoni pubblika u l-għarfien dwar is-settur agrikolu.

    L-għajnuna se tingħata skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli.

    L-għajnuna hija maħsuba għas-setturi ta' produzzjoni veġetali u tal-bhejjem

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Zemkopības ministrija

    LV-1981 Rīga

    Indirizz ta' l-internet: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/4.pielikums.doc

    Tagħrif ieħor: Għajnuna għall-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa għandha tingħata lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli, skond l-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Skond l-Artikolu 15(3), l-għajnuna se tingħata in natura f'forma ta' servizzi ssussidjati u mhux se tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi, u skond l-Artikolu 15(4) l-għajnuna se tkun aċċessibbli għal dawk kollha li huma eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, ibbażata fuq kundizzjonijiet iddefiniti oġġettivament.

    L-impriża intermedjarja ma tirċievi l-ebda għajnuna. L-għajnuna kollha se tingħata lill-benefiċjarji finali.

    L-ebda għajnuna m'hi se tingħata b'mod retroattiv fir-rigward ta' attivitajiet li jkunu diġà twettqu mill-benefiċjarju.

    L-għajnuna hija maħsuba għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli primarji fil-forma ta' servizzi pprovduti minn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa, istituti xjentifiċi, eċċ.

    Numru XA: XA 137/08

    Stat Membru: Ir-Repubblika ta' l-Estonja

    Reġjun: Ir-Repubblika ta' l-Estonja

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Põllumajandustootjate ühistegevuse teabetoetus

    Bażi ġuridika: Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seadus § 64 ja 66

    Nefqa annwali prevista skond l-iskema: EEK 2 000 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: EEK 300 000

    Id-data ta' l-implimentazzjoni:

    Tul ta' żmien ta' l-iskema: Minn Marzu 2008 sa Diċembru 2008

    Għan ta' l-għajnuna: Provvista ta' appoġġ tekniku għall-bdiewa.

    L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    L-ispejjez eliġibbli:

    (a)

    spejjeż ta' l-organizzazzjoni tat-taħriġ;

    (b)

    spejjeż ta' safar u ta' manteniment tal-parteċipanti;

    (a)

    ħlas ta' parteċipazzjoni;

    (b)

    spejjeż tat-trasport;

    (c)

    spejjeż ta' materjal ta' pubblikazzjoni;

    (d)

    il-kiri ta' postijiet għall-wirjiet;

    L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi

    Setturi ekonomiċi kkonċernati: Il-produtturi tas-settur agrikolu

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Maaelu Edendamise Sihtasutus

    R.Tobiase 4

    EE-10147 Tallinn

    Indirizz ta' l-internet: http://www.mes.ee/?id1=247&id=117

    Tagħrif ieħor: —

    In-numru XA: XA 138/08

    L-Istat Membru: Spanja

    Ir-reġjun: Andalucía

    It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna individwali: Subvención a los afectados en la zona regable del Bajo Guadalquivir para restituir los efectos de los graves daños causados por tornados en naves e instalaciones de invernaderos en producción

    Il-bażi ġuridika: Resolución del Delegado de Consejería de Agricultura y Pesca en Sevilla, por Delegación de competencias del Consejero de Agricultura y Pesca mediante Orden de 29 de febrero de 2008

    In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Żewġ miljuni u tmien mitt elf Euro (EUR 2 800 000)

    L-intensità massima ta' l-għajnuna: 80 % ta' l-ispejjeż tas-sostituzzjoni minħabba l-ħsara kkawżata, soġġetta għall-limitu applikabbli skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni.

    Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament, l-ammonti rċevuti minn skemi ta' assikurazzjoni u spejjeż mhux mġarrba b'riżultat ta' avveniment klimatiku avvers ser jitnaqqsu mit-telf massimu eleġibbli

    Id-data ta' l-implimentazzjoni: Erba' xhur wara li tingħata l-għajnuna, li mistenni jkun bejn Marzu u Lulju 2008. Ġaladarba l-ħsara saret fl-20 ta' Novembru 2007, l-għajnuna tikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 11(10) tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni: l-għajnuna ser tkun introdotta fi żmien tliet snin mid-data li fiha ġġarbet il-ħsara u ser tkun imħallsa fi żmien erba' snin minn dik id-data

    It-tul taż-żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' għajnuna individwali: 2008

    L-għan ta' l-għajnuna: Il-kumpens għall-ħsara kkawżata fil-binjiet u fl-apparat agrikolu b'riżultat ta' avvenimenti klimatiċi avversi, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament, sabiex ikun possibbli li jkunu stabbiliti mill-ġdid il-kondizzjonijiet minimi ta' ħidma fiż-żona ta' l-irrigazzjoni fil-Guadalquivir t'Isfel (Sivilja) u tiġi sostnuta l-ekonomija rurali

    Is-settur(i) ikkonċernat(i): L-operaturi agrikoli li għandhom stallazzjonijiet u faċilitajiet ta' serer li ġarrbu ħsara kkonfermata. Dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament, li jistipula li l-“għajnuna għandha titħallas direttament lill-operatur agrikolu kkonċernat” (traduzzjoni mhux uffiċjali)

    L-isem u l-indirizz ta' l-awtortità li tagħti l-għajnuna:

    Consejería de Agricultura y Pesca de la Junta de Andalucía

    C/ Tabladilla, s/n

    E-41071 Sevilla

    L-indirizz elettroniku: http:// www.cap.junta-andalucia.es

    It-test sħiħ ta' l-abbożż ta' l-Ordni jinsab: http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/www/portal/com/bin/portal/Legislaciones/2008/propuesta_resolucion_subvencion_tornado/propuesta_resol_definitiva_2.doc

    Tagħrif ieħor:

    Il-konformità ma' l-Artikolu 11(7) tar-Regolament tinsab fil-fatt li kien uffiċjalment irrikonoxxut li l-ħsara kienet ikkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi, kif stipulat fl-Ordni tal-Ministeru għall-Uffiċju tal-Prim Ministru PRE/3398/2007 tat-23 ta' Novembru 2007 li tippubblika l-Ftehim tal-Kunsill tal-Ministri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu skond id-Digriet Irjali tat-18 ta' Marzu 2005 dwar is-sussidji biex jissudisfaw ċerti ħtiġijiet li nħolqu mill-emerġenzi jew id-diżastri naturali, għall-benefiċċju tal-vittmi ta' l-għargħar ikkawżati minn xita qawwija u rjieħ b'saħħithom fil-Kommunità Awtonoma ta' l-Andalusia fl-20 u l-21 ta' Novembru 2007. Ir-raba' paragrafu ta' l-Anness għad-dispożizzjoni ta' hawn fuq jistipula li “attenzjoni għandha wkoll tingħata għall-effetti fuq postijiet oħrajn bħal l-Écija, fejn kien iddikjarat stat ta' allarm minħabba l-kondizzjoni tax-xmara Genil, u Las Cabezas de San Juan, fejn tromba ta' l-arja kkawżat ħsara materjali sinifikanti fi djar, faċilitajiet industrijali u għamara tat-triq”.

    L-ammont ta' l-għajnuna ser ikopri 80 % ta' l-ispejjeż għat-tiswija tal-ħsara fil-faċilitajiet agrikoli u fis-serer li kienu qed jintużaw għall-produzzjoni fid-dati meta laqtuhom it-trombi ta' l-arja, u l-ħsara ġiet ikkonfermata mill-esperti ta' l-uffiċju provinċjali tal-Ministeru

    Javier Visus ARBESÚ

    Il-Kap tad-Dipartiment għall-Leġiżlazzjoni Ewropea


    Top