Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008TA1110(02)

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-seba’, it-tmien u d-disa’ Fond Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

ĠU C 286, 10.11.2008, pp. 273–303 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 286/273


 

IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIS-SEBA', IT-TMIEN U ID-DISA' FOND EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP (FEI)

(2008/C 286/02)


Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI)

WERREJ

1-5

Introduzzjoni

6-13

Kapitolu I — L-implimentazzjoni tas-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI

6-11

Implimentazzjoni finanzjarja

12-13

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEI

14-56

Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-qorti ta’ l-awdituri fuq il-FEI

I-XI

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-seba’, it-tmien u d-disa’ Fond Ewropew Għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2007

14-50

Informazzjoni li ssostni d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

14-15

L-ambitu u n-natura tal-verifika

16-18

L-affidabilità tal-kontijiet

19-50

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

51-56

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) huma r-riżultat ta’ konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali (1) bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u ċerti Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa l-oħra, u ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin (OCT).

1.-5.

Effettivament l-EDF huwa l-istrument ewlieni tal-għajnuna tal-UE lill-pajjiżi tal-AKP. Minkejja li l-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Qorti fuq numru ta' punti, nixtiequ nuru r-riskji kbar assoċjati mal-ġestjoni tal-EDF in vista tal-:

volum sinjifikanti tal-fondi implimentati;

amministrazzjonijiet dgħajfa f'xi pajjiżi msieħba;

problemi serji numerużi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi benfiċċjarji, inkluża governanza dgħajfa.

Fid-dawl ta' dawn il-fatturi, il-Kummissjoni stabbilixxiet strateġija ta' kontroll f'livelli differenti li tinkludi l-użu ta' sorveljanti u awdituri u kontrolli mhux biss mill-awtoritajiet kontraenti imma wkoll direttament mid-delegazzjonijiet u s-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni.

Din l-istrateġija ta' kontroll ovvjament għandha tikkunsidra l-analiżi tar-riskju u l-proporzjonalità tal-ispiża/benefiċċju. Il-Kummissjoni tikkonsidra li d-dispożizzjonijiet li hi stabbilixxiet huma effettivi u li jilħqu l-kriterji stabbiliti. Fuq il-bażi tar-rimarki tal-Qorti, imma wkoll fuq l-esperjenza li għandha, il-Kummissjoni rfinat din l-istrateġija fis-snin li għaddew u se tibqa' tagħmel l-istess fil-ġejjieni.

Ir-rapport tal-Qorti għandu jinqara fid-dawl tal-ambjent li fih il-Kummissjoni hija obbligata li topera u r-riskju inerenti f'din it-tip ta' attività għandu wkoll jiġi kkunsidrat.

2.

Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà għal u tieħu l-inkarigu tal-ġestjoni tal-parti l-kbira tan-nefqa tal-FEI. Il-faċilità ta’ investiment tal-FEI ġiet ġestita kompletament mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (2) (BEI) sa mill-1 ta’ April 2003. Din il-faċiltà mhix koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew (3)  (4).

 

3.

Ladarba l-ipprogrammar ikun lest, ir-riżorsi tal-FEI jiġu mobilizzati f’żewġ fażijiet. Il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni ta’ finanzjament (murija fil-kontijiet bħala impenji finanzjarji) wara li tirċievi talba minn Stat AKP. Il-Kummissjoni u l-Istat AKP imbagħad jiffissaw ir-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza (NAO) tal-pajjiż ikkonċernat fi ħdan il-qafas ta’ ftehim ta’ finanzjament jew direttament mill-Kummissjoni. In-NAO jikkonkludi kuntratti (murija fil-kontijiet bħala impenji legali individwali) u jawtorizza pagamenti, li jiġu kkontrollati u eżegwiti mill-Kummissjoni.

 

4.

Is-sostenn mill-baġit mhuwiex soġġett għal din is-sistema ta’ ġestjoni. Ftehim finanzjarji jikkostitwixxu impenji legali u jagħtu lok għal pagamenti mingħajr ma jittieħdu impenji legali. Ladarba l-Kummissjoni tkun iċċekkjat illi l-kundizzjonjiet tal-Ftehim ta’ Cotonou u tal-ftehim ta’ finanzjament ġew sodisfatti, hija tagħmel trasferiment inizjali tal-fondi għall-baġit tal-pajjiż destinatarju. Ladarba trasferiti, dawn il-fondi jamalgamaw ruħhom mal-baġit ta’ l-Istat AKP, fejn jiġu użati u vverifikati skond il-liġijiet u l-proċeduri tal-pajjiż destinatarju. Il-Kummissjoni, b’mod konġunt ma’ donaturi internazzjonali prinċipali oħra, tevalwa kemm it-titjib magħmul fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’dawn il-pajjiżi kif ukoll ir-riżultati f’termini tat-tnaqqis tal-faqar. Qabel ma toħroġ aktar flus, il-Kummissjoni tiċċekkja illi l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ finanzjament ikunu ġew sodisfatti.

 

5.

Fil-Kummissjoni, bosta mill-programmi tal-FEI huma ġestiti mill-Uffiċċju ta’ Koperazzjoni EuropeAid (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ EuropeAid). Parti żgħira tal-proġetti tal-FEI (5) għandha x’taqsam ma’ l-għajnuna umanitarja u hija ġestita mid-Direttorat-Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO).

 

KAPITOLU I-L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SEBA’, IT-TMIEN U D-DISA’ FEI

Implimentazzjoni finanzjarja

6.

Wara l-għeluq tas-sitt FEI fl-2006, is-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI ġew implimentati f’daqqa fl-2007. Huwa previst li s-seba’ FEI ser jingħalaq fl-2008.

7.

Kontribuzzjonijiet totali rċevuti fl-2007 mill-Istati Membri ammontaw għal 2 679 miljun euro, inklużi 39 miljun euro f’kontribuzzjonijiet volontarji lill-Faċilità Paċifika Afrikana fil-qafas tal-koperazzjoni bejn l-AKP (6). Matul is-sena, il-Kummissjoni bdiet issejjaħ kontribuzzjonijiet taħt id-disa’ FEI peress li dawk dovuti taħt it-tmien FEI intużaw kollha.

8.

L-għaxar FEI ser ikun impenjat fil-perijodu 2008 sa l-2013; jiddisponi għal għajnuna Komunitarja lill-pajjiżi AKP ta’ 21 966 miljun euro li tirrappreżenta żieda ta’ 62 % meta mqabbla ma’ l-allokazzjonijiet finanzjarji tad-disa’ FEI.

6.-8.

Skont id-dikjarazzjonijiet ta' Monterrey u Pariġi, fl-2007 il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha biex iżżid l-għajnuna u biex tagħmilha aktar effettiva. L-2007, l-istess bħall-2006, kien sena ta' suċċess kbir għall-implimentazzjoni tal-EDFs. Għal darb'oħra, kienet sena ta' suċċess kbir għall-implimentazzjoni tal-EDFS b'livelli rekord ta' kuntratti u pagamenti, tnaqqis kbir f'impenji qodma u inattivi, u progress lejn l-għeluq finali tas-7 EDF L-objettiv għal tmiem l-2007 kien li jiġu impenjati l-approprjazzjonijiet kollha tal-EDF, li jirriżiltaw f'EUR 15,9 biljun li ġew implimentati għall-2003-2007, jiġifieri 100 % tal-fondi taħt id-9 EDF. Dan huwa l-ogħla livell li qatt intlaħaq fl-istorja tal-EDF.

Fir-rigward tal-kwalità, fl-2006 l-Kummissjoni introduċiet kopertura totali permezz tal-Grupp ta' Appoġġ għall-Kwalità għall-proposti kollha ta' finanzjament ta' EDF fl-istadji tal-identifikazzjoni u tal-evalwazzjoni. Il-prattika kienet applikata wkoll fl-2007.

Il-Kummissjoni ser tissokkta bl-isforzi tagħha biex tkompli ttejjeb l-implimentazzjoni tal-EDF u ser tkompli ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti f'dan ir-rigward.

L-allokazzjoni tal-10 EDF ta' EUR 21 966 miljun (krediti operazzjonali għall-ACP, li teskludi l-pajjiżi u territorji barranin (OCTs) tkopri perjodu ta' 6 snin, kontra perjodu ta' 5 snin għad-9 EDF (ammont inizjali, migħajr ma jitqiesu t-trasferimenti tal-bilanċi tal-EDFs preċedenti — ara punt 9 —, ta' 13 500 miljun euro). Għall-fini ta' paragun, il-fondi għandhom ikunu fuq bażi ta' sena, f'liema każ iż-żieda nominali hija mnaqqsa għal 35,6 %.

9.

It- Tabelli 1 u 2 juru l-użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEI ġestiti mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni finanzjarja. Il- Grafiċi I u II juru r-riżorsi kumulattivi u d-deċiżjonijiet skond is-settur ta’ intervent. F’Mejju 2005, il-Kunsill iddeċieda li fondi mid-disa’ FEI kellhom jiġu impenjati qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 (7). Skond 'l hekk imsejħa “sunset clause”, kważi l-fondi kollha taħt id-disa’ FEI ġew impenjati sa dik id-data. Dan inkiseb permezz taż-żieda sinifikanti ta’ 16,7 % ta’ l-impenji globali li ammontaw għal 3 172 miljun euro. Pagamenti netti żdiedu b’4,1 % u laħqu 2 874 miljun euro li huwa ftit inqas mill-mira inizjali minħabba restrizzjonijiet tal-likwidità fi tmiem is-sena.

9.

Din hi l-ewwel darba li qatt saret li l-EDF kollu kien kommess kemm hu qabel ma daħal fis-seħħ l-EDF ta' wara. Meta d-9 EDF daħal fis-seħħ f'April tal-2003, kważi EUR 2 biljun baqgħu mhux impenjati taħt it-8 EDF.

10.

Riżultat ta’ dan, il-pagamenti pendenti żdiedu minn 10 281 miljun euro fi tmiem l-2006 għal 10 579 miljun euro fi tmiem l-2007. Mill-pagamenti pendenti totali li ma ntefqux, 903 miljuni euro huma relatati ma’ fondi impenjati aktar minn ħames snin ilu. Impenji globali li għalihom ma saru l-ebda impenji legali jew pagamenti individwali fl-aħħar sentejn naqsu, minkejja li xorta waħda b’mod sinifikanti, għal 100 miljun euro fl-aħħar tas-sena. Ir-rata ta’ implimentazzjoni, kif imkejla mill-proporzjon ta’ fondi totali li ma ntefqux kontra l-pagamenti annwali, baqgħet stabbli għal 3,7 snin.

10.

Il-prestazzjoni tal-Kummissjoni kienet eċċezzjonali fl-2007. Il-ħlasijiet żdiedu b'mod sinjifikanti bi 12 %, l-impenji żdiedu b'9 % u l-impenji pendenti nżammew fl-livell baxx ta' 2,8 %.

Ir-rata ta' implimentazzjoni ta' 3,7 snin tikkorrispondi mal-perjodu ta' implimentazzjoni ta' proġett medju.

11.

Is-settur ta’ l-infrastruttura soċjali, li jinkludi l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ilma u l-iġjene bażika, kien id-destinatarju prinċipali ta’ l-għajnuna ta’ l-UE b’852 miljun euro (31 % tal-pagamenti totali) fl-2007, segwit mis-settur tat-trasport, komunikazzjoni u enerġija b’799 miljun euro (28 %). Pagamenti totali li saru fil-qasam ta’ għajnuna permezz ta’ oġġetti u assistenza tal-programmi ġenerali, li tinkludi għajnuna f’ikel u sigurtà ta’ l-ikel kienu ta’ 557 miljun euro, li minnhom 455 miljun euro (16 % tal-pagamenti totali) intefqu permezz ta’ programmi ta’ sostenn ġenerali tal-baġit. L-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna kompliet tinvolvi koperazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet tan-NU u l-Bank Dinji (306,5 miljun euro, jiġifieri 10,7 % tal-pagamenti).

 

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEI

12.

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa’ FEI (8) jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEI. Il-Qorti wettqet reviżjoni ta’ dan ir-rapport sabiex tevalwa jekk dan jiddeskrivix b’mod ġust il-kisba ta’ l-objettivi, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ġrajjiet li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tas-sena. Ir-reviżjoni inkludiet il-verifikazzjoni tal-preċiżjoni tad-data finanzjarja ppreżentata u s-segwitu ta’ l-osservazzjonijiet li saru preċedentement mill-Qorti u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-awtorità ta’ kwittanza.

 

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, ir-rapport fuq il-ġestjoni finanzjarja jippreżenta deskrizzjoni preċiża tal-kisba ta’ l-objettivi għas-sena finanzjarja, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ġrajjiet li kellhom influwenza kbira fuq l-attivitajiet li twettqu fl-2007. Iżda, is-sommarju tas-segwitu tal-Kummissjoni ta’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti, f’għadd ta’ każijiet, ma jagħtix biżżejjed informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati; il-Qorti tippreżenta l-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni fit- tabella 4 . Barra dan, l-informazzjoni mogħtija mill-Istati AKP fir-rigward ta’ l-użu tal-fondi Stabex (9) u bilanċi bankarji tal-kontijiet miżmuma f’banek fl-Istati AKP tibqa’ inaffidabbli minħabba l-kumplessità tal-miżura u l-kontroll limitat minn EuropeAid li huwa konxju minn dan u għandu l-intenzjoni li jibda verifiki tal-fondi Stabex fil-pajjiżi AKP kollha kkonċernati fl-2007. Iżda, twettqu verifiki biss f’erbgħa minn 38 pajjiż benefiċjarju.

13.

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, li kienu segwiti kollha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, b'mod ġenerali, ittieħdet azzjoni sodisfaċenti fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti imma se tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata fil-futur.

Minkejja li ma kenitx mitluba permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 212 tal-Konvenzjoni Lomé IV, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssaħħaħ il-kontroll tal-fondi STABEX, billi twettaq verifiki. Minn total ta' 38 pajjiż benefiċjarju, 10 ma rreġistraw l-ebda ċaqliq ta' dawk il-fondi fl-2007, u 14 kienu suġġetti għal verifiki li jikkonċernaw jew l-affidabbiltà tal-Kontijiet STABEX (8 pajjiżi) jew proġetti ffinanzjati permezz tal-fondi STABEX (6 pajjiżi).

KAPITOLU II-ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI TA’ L-AWDITURI FUQ IL-FEI

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-seba’, it-tmien u d-disa’ Fond Ewropew Għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2007

I.

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat

a)

il-“Kontijiet annwali finali għas-sena finanzjarja 2007 tas-7, it-8 u d-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp” li jikkomprendu r-rendikonti finanzjarji kkonsolidati (10) u r-rapport ikkonsolidat dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tas-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI; u

b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fil-qafas legali tal-FEI fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEI li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja tagħhom (11).

Ir-responsabilità tal-maniġment

II.

Skond ir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għas-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI, il-maniġment (12) huwa responsabbli mill-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali finanzjarji tal-FEI u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi:

a)

Ir-responsabilità tal-maniġment dwar il-kontijiet annwali finali tal-FEI tinkludi it-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni ħażina materjali, minħabba frodi jew żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabilità adegwata, abbażi tar-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEI (13), u l-istabbiliment ta’ estimi tal-kontabilità li huma raġonevoli fiċ-ċirkostanzi. Il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet annwali finali tal-FEI.

b)

Il-mod li bih il-maniġment jeżerċita r-responsabilità għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi jiddependi fuq il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-FEI. Fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta, kompiti ta’ implimentazzjoni jitwettqu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Taħt ġestjoni deċentralizzata kompiti ta’ implimentazzjoni huma delegati lil pajjiżi terzi u taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta lil korpi oħra. Fil-każ ta’ ġestjoni konġunta, kompiti ta’ implimentazzjoni huma maqsuma bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali. Kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, li jeħtieġ tfassil, implimentazzjoni u żamma ta’ kontrolli interni effettivi u effiċjenti li jinkludu sorveljanza adegwata u miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk hemm bżonn, proċeduri legali biex jiġu rkuprati fondi mħallsa jew użati ħażin. Ikun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni applikat, il-Kummissjoni tħaddan ir-responsabilità finali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li l-kontijiet tal-FEI huma bbażati fuqhom.

Ir-responsabilità ta’ l-awditur

III.

Ir-responsabilità tal-Qorti hija li, abbażi tal-verifika tagħha, tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta’ l-Etika ta’ l-IFAC u l-INTOSAI, safejn dawn japplikaw għall-kuntest tal-FEI. Dawn l-istandards jeħtieġu li l-Qorti tippjana u twettaq il-verifika sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali finali tal-FEI humiex ħielsa minn żball materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi, fit-totalità tagħhom, humiex legali u regolari.

IV.

Fil-kuntest deskritt fil-paragrafu III, verifika tinvolvi t-twettieq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet finali konsolidati u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju ta’ l-awditur, li jinkludi evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni ħażina materjali fil-kontijet finali konsolidati u ta’ nuqqas materjali ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-FEI mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sew minħabba frodi jew żball. Meta jagħmel dawn l-evalwazzjonijiet tar-riskju, l-awditur jikkunsidra kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet finali konsolidati, u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati biex jassiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifasslu proċeduri tal-verifika li jixirqu ċ-ċirkostanzi. Verifika f’dan il-kuntest tinkludi wkoll evalwazzjoni ta’ kemm huma xierqa l-proċeduri tal-kontabilità użati u kemm huma raġonevoli l-estimi tal-kontabilità mwettqa, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet finali konsolidati u r-rapporti ta’ attività annwali.

V.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex isservi bħala bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet

VI.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet finali tas-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEI fil-31 ta’ Diċembru 2007, u r-riżultati ta’ l-operazzjonijiet tagħhom u l-likwidità għas-sena finanzjarja li ntemmet, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

VII.

Mingħajr ma tikkwalifika l-opinjoni espressa fil-paragrafu VI, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni ma wrietx il-validità tas-suppożizzjonijiet użati għall-estimi tal-provviżjoni ta’ l-ispejjeż imġarrba u li dawn jistgħu jwasslu għal dikjarazzjoni anqas ta’ l-infiq dovut, kif ukoll għal dikjarazzjoni iżjed ta’ l-ammont ta’ garanziji murija fin-noti għar-rendikonti finanzjarji.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

VIII.

Fl-opinjoni tal-Qorti, barra mill-effetti tal-punt deskritt fil-paragrafu IX, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati d-dħul u l-impenji għas-sena finanzjarja, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

IX.

Il-verifika tal-Qorti żvelat livell materjali ta’ żbalji li jolqtu tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-pagamenti.

X.

Mingħajr ma tqajjem dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu VIII, il-Qorti terġa’ tiġbed l-attenzjoni għar-riskju fiduċjarju għoli fir-rigward tas-sostenn mill-baġit li jirriżulta mill-“interpretazzjoni dinamika” tal-Kummissjoni tal-kriterju ta’ eliġibilità, li ma jiddisponix biex il-pajjiżi jissodisfaw l-istandard minimu ta’ ġestjoni kredibbli tal-finanzi pubbliċi qabel ma jingħata s-sostenn mill-baġit.

XI.

Il-Qorti tinnota t-titjib introdott mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll imma tenfasizza l-bżonn li tkompli tfittex żbalji biex tikkjarifika ċerti elementi importanti ta’ l-istrateġija tal-kontroll ġenerali u ttejjeb it-tfassil u/jew l-implimentazzjoni ta’ ċerti sistemi.

It-18 ta’ Settembru 2008

Vitor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi, L-1615 Luxembourg

Informazzjoni li ssostni d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

L-ambitu u n-natura tal-verifika

14.

L-għan tax-xogħol dwar l-affidabilità tal-kontijiet tal-FEI huwa li tinkiseb biżżejjed evidenza sabiex tintlaħaq konklużjoni dwar safejn id-dħul, in-nefqa, l-attiv u l-passiv kollha ġew irreġistrati tajjeb u li l-kontijiet annwali jirriflettu verament il-pożizzjonijiet finanzjarji fi tmiem is-sena. L-osservazzjonijiet dwar l-affidabilità tal-kontijiet, stabbiliti fil-paragrafi VI u VII tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, huma bbażati fuq verifika tar-rendikonti finanzjarji konsolidati (14) u r-rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni tas-sitt, is-seba’, it-tmien u d-disa’ FEI (15). Il-verifika inkludiet firxa xierqa ta’ proċeduri tal-verifika ddiżinjati sabiex jeżaminaw, fuq bażi ta’ test, l-evidenza relatata ma’ l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija. Hija inkludiet evalwazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità użati, estimi sinifikanti magħmula mill-maniġment u l-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet konsolidati.

 

15.

L-osservazzjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, stabbiliti fil-paragrafi VIII sa XI tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, huma bbażati fuq:

a)

evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-servizz ċentrali tal-EuropeAid u f’ħames Delegazzjonijiet (il-Gana, il-Ginea Bissaw, in-Niġer, il-Madagaskar u s-Sudan) li tkopri sitt pajjiżi;

b)

eżami f’kull Delegazzjoni miżjura ta’ kampjun ta’ tranżazzjonijiet magħżula statistikament li jkopru l-oqsma kollha minbarra s-sostenn mill-baġit. Total ta’ 90 pagament u 15-il impenn legali individwali ġew ivverifikati;

c)

għas-sostenn tal-baġit, eżami ta’ 30 pagament u 15-il impenn finanzjarju magħżula statistikament. Din l-għażla tirrappreżenta 46,0 % u 62,1 % tal-pagamenti ta’ sostenn tal-baġit totali u impenji finanzjarji rispettivament. L-eżami kkonsista f’desk review u, għal 8 pagamenti, analiżi ulterjuri f’erba’ mill-pajjiżi miżjura (il-Gana, il-Ginea Bissaw, in-Niġer u l-Madagaskar);

d)

eżami ta’ 30 pagament magħżul statistikament awtorizzat mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid;

e)

eżami ta’ 30 pagament magħżul statistikament diġà kkontrollat ex-post mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid;

f)

eżami ta’ 30 impenn finanzjarju magħżul statistikament;

g)

eżami tar-Rapport Annwali ta’ l-Attività u d-dikjarazzjoni mid-Direttur-Ġenerali tal-EuropeAid u l-proċedura sabiex jiġu preparati.

 

L-affidabilità tal-kontijiet

16.

Kif diġà nnutat il-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha fuq il-FEI dwar is-sena finanzjarja 2006 (16), is-sistema ta’ kontabilità użata għall-FEI m’għandhiex il-karatteristiċi kollha meħtieġa għall-rappurtar effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni ekonomika abbażi tad-dovuti. Konsegwentement, il-bidla ta’ data abbażi tal-likwidità f’kontijiet annwali abbażi tad-dovuti għall-FEI teħtieġ ipproċessar manwali estensiv li jżid ir-riskju ta’ l-iżball. Barra dan, l-impatt finanzjarju ta’ varjazzjonijiet f’rati tal-kambju tal-valuti ma jistax jiġi identifikat separatament mis-sistema tal-kontabilità u lanqas ma jista’ jiġi meħud manwalment (17). L-integrazzjoni tal-FEI fis-sistema tal-kontabilità diġà użata mill-Kummissjoni biex tirreġistra n-nefqa baġitarja oriġinarjament kienet skedata għall-2006 imma, minħabba diffikultajiet tekniċi, ġiet posposta bosta drabi u issa hija ppjanata għall-bidu ta’ l-2009.

16.

L-introduzzjoni ta' sistema ġdida tal-kontabilità mill-2009 se tissupera l-limiti preżenti. L-ipproċessar manwali huwa suġġett għal kontrolli rigorużi sabiex jitnaqqsu r-riskji. Is-sistema kurrenti tal-kontabilità tal-EDF ma tipprovdix għall-identifikazzjoni tal-impatt finanzjarju tal-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju tal-muniti, imma madankollu r-riżultat nett għas-sena finanzjuarja tal-2007 jinkludi l-gwadann u t-telf li jirriżultaw mid-differenzi fir-rati tal-kambju.

Barra minn hekk 9 % biss tal-pagamenti huma eżegwiti f'muniti li huma suġġetti għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax dawn id-differenzi potenzjali fil-kambju bħala materjali meta relatati mal-kontabilità fuq livell globali.

17.

Ir-rendikonti finanzjarji fihom provviżjoni għall-ispejjeż imġarrba fil-perijodu ta’ rappurtar imma għal liema l-ebda fatturi ma jkunu ġew irċevuti fi tmiem is-sena. Din il-provviżjoni hija stmata statistikament fuq għadd ta’ suppożizzjonijiet u ammonti ta’ 2 087 miljun euro, jew 83 % tal-passiv totali. Kif innutat il-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha fuq il-FEI dwar is-sena finanzjarja 2006 (18), il-validità tas-suppożizzjoni dwar il-linearità tan-nefqa tal-proġett ma ġietx murija mill-Kummissjoni. L-analiżi tal-Qorti (19) tindika li l-metodu użat mill-EuropeAid jista’ jwassal għal dikjarazzjoni anqas ta’ nefqa dovuta. Iżda, mhux possibbli li l-impatt fuq il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jiġi kwantifikat fi tmiem l-2007.

17.

Fl-2007 il-Kummissjoni irfinat u tejbet iżjed l-approċċ tagħha biex tikkalkula l-proviżjoni billi tapplika rata ta' implimentazzjoni speċifika għal kull tip ta' kuntratt (sussidji, xogħol ta' kostruzzjoni, servizzi u provvisti).

Analiżi individwali ta' kull kuntratt (hemm madwar 8 000 kuntratt pendenti) twassal għal tagħbija ta' xogħol sproporzjonata fir-rigward tal-approċċ matematiku li qed jintuża fil-preżent. Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi studju sabiex issaħħaħ il-kriterji użati f'dan l-approċċ.

18.

L-ammont ta’ garanziji li ngħatat informazzjoni dwaru fin-nota 1.4 tar-rendikonti finanzjarji kien ta’ 1 004 miljun euro fi tmiem l-2007. Il-Qorti sabet li dan l-ammont huwa ddikjarat iżjed b’4,1 %.

18.

Fl-2007 il-Kummissjoni għamlet sforzi sinjifikanti biex issaħħaħ il-kwalità tal-informazzjoni rreġistrata fis-sistema tal-kontabilità. Waqt l-għeluq annwali tal-kontabilità, saru verifiki u korrezzjonijiet addizzjonali sabiex jiġu stabbiliti l-kontijiet annwali. Bħala riżultat, l-impatt tal-kontijiet annwali huwa ħafif ħafna u mhux meqjus bħala sinjifikanti.

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

Ittestjar sostantiv tat-tranżazzjonijiet

Impenji tal-proġetti

19.

Il-Ftehim ta’ Cotonou (20) jitlob illi ftehim ta’ finanzjamenti bejn il-Kummissjoni u l-Istat jew l-Istati AKP ikkonċernati jiġu magħmula fi żmien 60 jum mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-verifika tal-Qorti żvelat li għadd sinifikanti ta’ ftehim ta’ finanzjament (tmienja minn 30 deċiżjoni tal-Kummissjoni eżaminata) ma ġewx iffirmati mill-pajjiż destinatarji f’dan il-limitu ta’ żmien.

19.

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi benefiċjarji ma kisrux ir-regola tas-60 jum stabbilita fil-Ftehim ta' Cotonou, għaliex din ir-regola tirreferi għat-tfassil tal-ftehimiet finanzjarji u mhux għall-iffirmar tagħhom. L-iskadenza għall-iffirmar tal-ftehimiet finanzjarji hija l-31 ta' Diċembru tas-sena n+1, is-sena n tkun is-sena li matulha ġie adottat l-impenn finanzjarju tal-Kummissjoni (Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-9 EDF). Il-Kummissjoni ssegwi l-prattika diliġenti li mhux biss tfassal imma wkoll tiffirma l-ftehimiet ta' finanzjament fi żmien 60 jum mid-deċiżjoni tagħha.

20.

Instabu żbalji frekwenti (ħames żbalji li jolqtu erbgħa minn 15-il impenn legali individwali kkontrollat) dwar il-garanziji legali preskritti mill-bank li jsostnu s-sejħiet għall-offerti u kuntratti. Fil-każ ta’ impenn legali wieħed individwali, ingħatat deroga mir-regoli tas-sejħiet għall-offerti għalkemm kundizzjoni legali li tippermetti dan ma kinitx issodisfata.

20.

Il-Kummissjoni tqis li m'hemmx riskju finanzjarju minħabba li ma jsir l-ebda ħlas qabel ma' tasal il-garanzija bankarja.

Fir-rigward tad-deroga, il-Kummissjoni tqis li din kienet ġustifikata fuq il-bażi ta' urġenza estrema.

Pagamenti tal-Proġetti

21.

Minn ħdax-il pagamenti lill-organizzazzjonijiet tan-NU magħżula, il-legalità u r-regolarità ta’ żewġ pagamenti ma setgħux jiġu vverifikati kompletament għax il-Qorti ma setgħetx tikseb id-dokumentazzjoni ta’ bażi mill-organizzazzjonijiet tan-NU kkonċernati (21). Għalhekk, il-Qorti ma tistax tikkonkludi dwar il-legalità u r-regolarità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Barra dan, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-verifika tat-tranżazzzjonijiet l-oħra tan-NU kienet imfixkla minn kooperazzjoni inadegwata mill-organizzazzjonijiet tan-NU u kienet eventwalment possibbli biss grazzi għall-intervent fil-ħin mill-Kummissjoni.

21.

Il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Qorti biex tinkiseb mill-organizzazzjonijiet tan-NU l-evidenza neċessarja ta' appoġġ, u dan il-prinċipju huwa stipulat biċ-ċar fil-FAFA. Hekk kif il-Kummissjoni kienet infurmata permezz tal-Qorti bid-diffikultajiet li qamu f'dan ir-rigward, hija avviċinat il-kontrapartijiet tagħha fin-NU sabiex issib soluzzjoni u tiżgura li l-Qorti rċeviet l-informazzjoni li kellha bżonn.

22.

Il-verifika tal-pagamenti tal-Qorti awtorizzata minn Delegazzjonijiet u s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid żvelat livell materjali ta’ żball (27 żball li jolqtu 24 minn 120 tranżazzjoni eżaminata) li jolqtu l-ammont ta’ tranżazzjonijiet ta’ bażi vverifikati. Bosta minn dawn l-iżbalji huma serji (22) u jikkonċernaw prinċipalment:

l-eliġibilità tan-nefqa, bħal pagamenti barra mill-perijodu permess, pagament tal-VAT, pagament li jeċċedi dak permess mill-baġit u pagament ta’ tipi ta’ nefqa li m’hemmx dispożizzjoni għalihom fil-kuntratt (17-il żball li jolqtu 15 minn 120 tranżazzjoni eżaminata);

prefinanzjament approvat minkejja li n-nefqa ma ġietx imġarrba (sitt żbalji li jolqtu sitta minn 120 tranżazzjoni eżaminata);

pagamenti ta’ ammonti ħżiena riżultat ta’ żbalji ta’ kalkolu, pagamenti għal kwantitajiet iddikjarati li ma jikkorrispondux mar-realità u ħtiġijiet tekniċi għal xogħlijiet li ma ġew irrispettati (tliet żbalji li jolqtu tlieta minn 120 tranżazzjoni eżaminata);

22.

Is-sistema ta' kontroll stabbilita mill-Kummissjoni biex tivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa hija bbażata fuq ix-xogħol tal-awdituri esterni u ta' sorveljanti kif ukoll fuq kontrolli interni. Il-Kummissjoni tagħraf li din is-sistema ġġorr magħha ċertu riskju residwu ta' żball. Madankollu, minħabba li huwa impossibbli li wieħed jivverifika t-tranżazzjonijiet kollha minħabba l-ispejjeż involuti f'miżuri ta' kontroll bħal dawn, il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb is-sistema tagħha bbażata fuq il-valur għall-infiq filwaqt li jiġi pprovdut serħan il-moħħ raġonevoli.

23.

il-biċċa l-kbira ta’ l-iżbalji jmisshom ġew evitati jew misjuba u kkoreġuti mill-uffiċjali li jawtorizzaw qabel ma l-approvazzjonijiet tal-prefinanzjament jew pagamenti ġew awtorizzati. Żbalji oħra huma spjegati minn kontrolli mhux xierqa mwettqa minn sorveljanti jew awdituri. Dan jindika nuqqasijiet fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (ara l-paragrafi 32 sa 47). Filwaqt li verifiki ppjanati mill-Kummissjoni jistgħu jsibu jew jikkoreġu xi żbalji, il-livell ta’ żball residwu aktarx jibqa’ materjali (ara l-paragrafu 39).

23.

Il-maġġor parti tal-każi li saret referenza għalihom għandhom x'jaqsmu jew ma' ħlasijiet li saru fuq il-bażi ta' rapport tal-awditur u tqassim tal-ispejjeż imfassla mill-awtorità kontraenti, jew l-approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem li sussegwentement jistgħu jiġu kkoreġuti.

24.

Il-verifika tal-Qorti żvelat ukoll żbalji oħra rikorrenti li jistgħu jkollhom impatt fuq l-ammont ta’ tranżazzjonijiet ta’ bażi, prinċipalment dwar garanziji bankarji preskritti legalment u ħtiġijiet ta’ sejħiet ta’ l-offerti u ta’ kuntrattar (16-il żball li jolqtu 15 minn 120 tranżazzjoni eżaminata). Żbalji li m’għandhomx impatt fuq l-ammont ta’ tranżazzjonijiet ta’ bażi ġew identifikati wkoll, bħal pagamenti qabel iż-żmien, in-nuqqas ta’ viżibilità mogħtija lill-għajnuna finanzjarja tal-FEI u n-nefqa allokata lill-istima tal-programm żbaljata (sitt żbalji li jolqtu sitta minn 120 tranżazzjoni eżaminata).

24.

Żewġ każi għandhom x'jaqsmu mal-estensjonijiet ta' garanziji li jkopru l-kuntratti li qed jitwettqu. Għalhekk ma kienx hemm riskju residwu. Fil-każi l-oħra kollha, il-garanziji ġew provduti wara li l-kuntatt kien iffirmat, imma ma sar l-ebda ħlas qabel ma waslu l-garanziji. Għalhekk ma kienx hemm riskju finanzjarju.

F'April tal-2008 il-Kummissjoni ppubblikat manwal fuq il-viżibbiltà tal-UE għal azzjonijiet esterni.

Impenji tas-sostenn mill-Baġit

25.

Il-Ftehim ta’ Cotonou jgħid illi l-assistenza baġitarja diretta (sostenn mill-baġit) għandha tingħata fejn il-ġestjoni tan-nefqa pubblika tkun biżżejjed trasparenti, responsabbli u effettiva (23). Il-Kummissjoni tinterpreta din id-dispożizzjoni b’mod dinamiku (24). Fl-opinjoni tagħha, in-nuqqasijiet li jaffettwaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ finanzjament ma jipprekludux it-tnedija ta’ programm ta’ għajnuna mill-baġit, dejjem sakemm il-volontà għal riforma tkun teżisti u r-riformi jkunu meqjusa bħala sodisfaċenti. Il-Parlament Ewropew staqsa dwar l-“interpretazzjoni dinamika” tal-Kummissjoni tal-kriterji ta’ eliġibilità għas-sostenn mill-baġit u qal li s-sostenn mill-baġit għandu jseħħ biss f’pajjiżi li diġà jissodisfaw standard minimu ta’ ġestjoni kredibbli ta’ finanzi pubbliċi (25).

25.

Il-Kummissjoni hija konxja li l-approċċ ta' “interpretazzjoni dinamika” kien hemm dubju fuqu min-naħa tal-Parlament Ewropew fir-reviżjoni tiegħu tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ta' kwittanza tal-2006, kif ġie nnutat fl-osservazzjonijiet tal-Qorti. Madankollu, il-Kummissjoni tkompli tikkunsidra li dan l-approċċ huwa utli u xieraq fuq bażi ta' pajjiż pajjiż għaliex jippermetti lill-Kummissjoni biex tgħin aħjar it-titjib fis-sistemi tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi (PFM) u meta tagħmel hekk tkun qed issaħħaħ l-impatt tal-iżvilupp ġenerali tal-appoġġ baġitarju għall-benefiċjarju. Apparti milli huwa metodoloġikament diffiċli, li wieħed jistabblixxi valuri indikattivi ex-ante applikabbli għall-pajjiżi kollha dan inaqqas mill-kapaċità tal-Kummissjoni li tappoġġja r-riformi tal-PFM kemm fejn il-valuri indikattivi ma jintlaħqux kif ukoll fejn jintlaħqu. L-approċċ tal-Kummissjoni, għalhekk, jiffoka fuq reviżjoni djanjostika komprensiva bl-użu tal-metodoloġija tal-Kontabilità tal-Infiq Pubbliku u dik Finanzjarja (PEFA), il-ħtieġa ta' strateġija kredibbli u relevanti ta' riforma u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni sodisfaċenti tagħha. Għalhekk, bħall-biċċa l-kbira tad-donaturi l-oħra (inkluzi l-Istituzzjonijiet tal-Bretton Woods), il-KE tuża d-djanjostika inizjali PFM bħala l-linja bażi li permezz tagħha l-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-riforma jkun imkejjel. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tagħha tal-progress tar-riforma tal-PFM għandha bżonn tkun aktar strutturata u formalizzata, hija tinnota li l-evidenza li qed tiġi pprovduta dejjem iżjed, hekk kif aktar evalwazzjonijiet tal-PEFA qed isiru disponibbli, tippermettilha tagħmel valutazzjoni aktar informata tal-pożizzjoni ta' pajjiż u l-pass tiegħu ta' progress. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li l-eliġibblità hija vverifikata matul il-fażijiet kollha tal-programm u li fil-każ partikolari tal-pajjiżi f'sitwazzjonijiet fraġli, il-Kummissjoni tiġġestixxi r-riskji li jqumu billi tipikament titlob l-eżistenza ta' programm tal-Fond Monetarju Internazzjoni li jindirizza kwistjonijiet bażiċi bħall-ġestjoni tal-flus l-kontroll tat-teżor.

26.

Il-verifika tal-Qorti wriet li f’ħamsa minn 15-il impenn eżaminat (26), l-għajnuna mill-baġit tingħata lill-Istati AKP fejn ir-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou biex il-ġestjoni tan-nefqa pubblika tkun biżżejjed trasparenti, responsabbli u effettivi mhumiex issodisfati. Il-Qorti sabet nuqqasijiet serji fis-sorveljanza interna tal-baġit, fis-sistemi tal-kontabilità, fl-akkwist pubbliku u fil-miżuri kontra l-korruzzjoni. Kwestjonijiet importanti ta’ tħassib huma n-nuqqas li jiġu ppreparati kontijiet ivverifikati fil-ħin u l-ineffettività tal-kontroll estern li, kif il-Qorti diġà ssottolineat, huma essenzjali biex juru trasparenza u responsabilità. L-għoti ta’ għajnuna baġitarja f’dawn il-kundizzjonijiet jimplika riskju ta’ fiduċja għoli ħafna. Fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2006 (27), il-Qorti rrakkomandat li l-osservanza tal-Ftehim ta’ Cotonou għandha tiġi pparagunata mar-rekwiżiti ta’ bażi. Din ir-rakkomandazzjoni għadu ma sar xejn dwarha.

26.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-evalwazzjoni tal-Qorti fir-rigward tal-erba' pajjiżi inkwistjoni. Kif indikat fil-paragrafu 25, l-impenji kollha f'dawk l-istati f'sitwazzjonijiet fraġli msemmija mill-Qorti saru wara evalwazzjoni ta' progress pożittiv suffiċjenti fis-sistemi tal-PFM, sostnuti mill-evalwazzjonijiet tal-IMF. Il-pajjiżi kkonċernati sussegwentement baqgħu juru progress fil-PFM u baqgħu fit-triq it-tajba għal iżjed appoġġ baġitarju.

Il-Kummissjoni ma fehmitx ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti bħala talba biex tiffissa standards minimi applikabbli għall-pajjiżi kollha u, kif deskritt f'paragrafu 25, ma tikkunsidrahiex bħala xierqa. Matul l-2007, il-Kummissjoni kompliet tapplika approċċ dinamiku, li hi tqis li huwa dak xieraq.

Miżuri għal kontra l-korruzzjoni huma analizzati fil-kuntest tal-Arraġmenti Finanzjarji (Fas) u ssorveljati fi ħdan il-qafas tar-Rapporti Annwali PFM tad-Delegazzjonijiet.

27.

F’bosta każijiet (sebgħa minn 33 ftehim ta’ finanzjament eżaminat), id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ finanzjament għas-sostenn mill-baġit kienu inkompleti jew mhux ċari; ma kienx fihom kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna mill-baġit, jew jiddefinixxu b’mod ambigwu l-metodu tal-kalkolu ta’ l-ammonti biex jintefqu; jew kienu jirreferu għal impenji li saru mill-gvern mingħajr ma jiddefinixxu skadenza u l-konsegwenzi meta dawn l-impenji ma jiġux issodisfati.

27.

Il-Kummissjoni tinvoka l-applikazzjoni legali tal-Ftehim ta' Cotonou fil-FAs kollha tiegħu u l-evalwazzjonijiet tar-rilaxxi tal-kwoti. Il-Kummissjoni madankollu tirrikonoxxi li huwa ppreferut li l-kriterji tal-eliġġiblità jkunu msemmija espliċitament fil-ftehimiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet ġenerli ta' magħhom, b'konformità mal-Gwidi dwar l-Ipprogrammar, Disinn u Ġestjoni tal-GBS (Appoġġ Ġenerali tal-Baġit). Il-Kummissjoni għalhekk se tfittex li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ftehimiet finanjzjarji taħt l-għaxar EDF. Dwar l-iffissar tad-dati għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-ħlas, it-tempestività indikata fl-FA hija biss indikattiva.

Pagamenti ta’ sostenn mill-Baġit

28.

Il-verifika tal-Qorti dwar pagamenti ta’ sostenn mill-baġit żvelat livell materjali ta’ żball (erba’ żbalji li jolqtu erbgħa minn 30 pagament eżaminat) li jolqot l-ammont ta’ tranżazzjonijiet ta’ bażi vverifikati. Il-każijiet identifikati jikkonċernaw kalkoli ta’ ammonti għall-infiq ibbażati fuq konklużjoni pożittiva fir-rigward tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li mhix konsistenti ma’ l-evalwazzjoni ta’ bażi tas-sitwazzjoni u l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu li m’hemmx dispożizzjoni għalih fil-Ftehim ta’ Finanzjament. Fi tliet każi oħra, saru pagamenti mingħajr ma kienu disponibbli rapporti aġġornati dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Dan ifisser riskju li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità ma ġewx issodisfati.

28.

F'kull wieħed mill-każi kkwotati mill-Qorti, il-Kummissjoni ppruvat tasal għal deċiżjoni infurmata bbażata fuq interpretazzjoni rraġunata tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Finanzjarji rispettivi.

Fi tnejn mit-tliet każi (il-Botswana u n-Namibia) kienu disponibbli rapporti dwar is-sitwazzjoni tal-PFM skont il-linji gwida fuq il-GBS, u l-eliġibblità kienet murija. Fil-każ tan-New Caledonia (2007BS-EE16) l-impenji li l-Qorti rreferiet għalihom huma miżuri ta' akkumpanjament u mhux kundizzjonijiet għall-ħlas

29.

F’għadd sinifikanti ta’ każijiet (sitta minn 30 pagament eżaminat), il-Kummissjoni ma wrietx b’mod strutturat u formalizzat jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ġewx irrispettati. Sitwazzjonijiet misjuba jinkludu evalwazzjonijiet tal-progress li kienu jew ottimistiċi żżejjed jew ibbażati fuq informazzjoni qadima jew mhux xierqa, konklużjonijiet mhux sostnuti mill-informazzjoni ta’ bażi, affidabilità fuq avvenimenti fil-ġejjieni aktar milli fuq avvenimenti li seħħew u evalwazzjoni mhux preċiża ta’ indikaturi.

29.

Il-Kummissjoni taqbel li huwa neċessarju li għandu jintwera b'mod struttural u formalizzat li l-kundizzjonijiet tal-ħlas relatati mal-PFM ikunu rispettati.

L-għodda primarja użata mill-Kummissjoni biex tevalwa s-sistema tal-PFM hija l-evalwazzjoni tal-PEFA, li hija kkumplimentata b'informazzjoni oħra dwar l-aktar progress reċenti fir-riformi tal-PFM (ta' spiss flimkien ma' imsieħba oħra tal-iżvilupp).

Meta taffettwa ħlas, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni fuq l-informazzjoni kollha disponibbli. Addizzjonalment id-Delegazzjonijiet huma mitluba jissottomettu r-Rapport Annwali tal-PFM, u jipprovdu fihom informazzjoni dwar ir-riformi reċenti u ppjanati. Madakollu, il-Kummissjoni taqbel li għal uħud mill-ħlasijiet ikkwotati, id-Delegazzjonijiet setgħu kienu aktar espliċiti dwar l-informazzjoni li użaw biex jagħmlu l-evalwazzjonijiet tagħhom.

Rigward l-osservazzjoni li qed tkun ottimista b'mod mhux raġonevoli meta tagħmel l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis il-progress li jkun qed isir tal-PFM, l-impenn kredibbli u relevanti għal riformi futuri, ir-riżultati ta' djalogu mal-pajjiżi msieħba u l-imsieħba tal-iżvilupp, u l-proviżjoni ta' assistenza kumplimentari. Għalhekk, il-Kummissjoni tibbilanċja l-progress li sar, l-impenn politiku għar-riforma u l-oqsma ta' tħassib li fadal biex tasal għal deċiżjoni infurmata.

Rapport ta’ Attività mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid

30.

Ir-rapport ta’ attività mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid jippreżenta l-kisbiet tal-politika, il-prestazzjoni tal-ġestjoni tas-servizzi u r-riżultati prinċipali tal-kontrolli. Huwa jirrifletti wkoll is-segwitu tal-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti ta’ l-Awdituri, is-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) u l-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) tal-EuropeAid.

 

31.

Ir-rapport ta’ attività jinkludi indikaturi speċifiċi dwar il-legalità u r-regolarità (28). L-indikaturi iżda ma jinkludux informazzjoni finanzjarja bħall-kopertura tal-verifiki, rati ta’ żbalji misjuba mill-kontrolli varji, l-ammont ta’ ordnijiet ta’ rkupru maħruġa u l-ammonti reali rkuprati. Għalhekk mhux ċar abbażi ta’ xiex id-Direttur-Ġenerali tal-EuropeAid iddikjara li kiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ taw il-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-verifika tal-Qorti sabet livell materjali ta’ żball u nuqqasjiet fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

31.

L-AAR tal-2007 tal-EuropeAid u l-annessi tiegħu kien jinkludi indikaturi ta' legalità u regolarità bħal pereżempju r-riżultati tal-kontrolli ex post u l-implimentazzjoni tal-Pjani Annwali ta' Verifika. Ir-riżultati tal-attivitajiet ta' rkupru mwettqa mis-servizzi ta' EuropeAID kif ukoll ta' kontrolli oħra kienu disponibbli għad-Direttur Ġenerali.

Il-garanzija raġonevoli tad-Direttur Ġenerali ma toħroġx b'mod mekkaniku min indikatur wieħed. Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq il-valutazzjoni ta' numru ta' elemnti, li jinkludu: attivitajiet regolari ta' superviżjoni tal-ġestjoni, riżultati ta' evalwazzjonijiet regolari tal-funzjonament tal-kontrolli interni, rappurtaġġ regolari mill-Uffiċjali Awtorizzanti permezz ta' soottodelegazzjoni, l-implimentazzjonu ta' pjanijiet ta' azzjoni li joħorġu mir-rakkomandazzjonijiet ta' korpi differenti ta' kontroll, riżultati ta' kontrolli ex post.

Sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Strateġija tal-kontroll ġenerali

32.

Wara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas tal-Kontroll Intern Integrat u r-rakkomandazzjoni tal-Qorti (29) dwar l-istabbiliment ta’ strateġija ta’ kontroll ġenerali tal-EuropeAid, id-deskrizzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll prinċipali ġiet żviluppata f’mudelli ta’ kontroll intern inklużi fir-rapport ta’ attività mid-Direttur-Ġenerali tal-EuropeAid. Filwaqt li dan jikkostitwixxi progress sinifikanti, dan s’issa ma fihx elementi importanti bħal indikaturi prinċipali li jsostnu l-livell ta’ assigurazzjoni li għandu jinkiseb, il-kopertura ta’ xi kontrolli u l-koordinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u ex-post.

32.

EuropeAid hija impenjata li ttejjeb il-preżentazzjoni ta' dawn l-elementi tal-istrateġija tagħha tal-kontroll.

33.

L-għadd ta’ persunal tal-Kummissjoni mqabbel mal-fondi impenjati qed jonqos (30). Barra dan, l-ebda żieda sinifikanti fil-persunal ma hi prevista minkejja ż-żieda sostanzjali ta’ impenji prevista taħt l-għaxar FEI. Filwaqt li fil-fatt huwa leġittimu li jiġi assigurat użu effiċjenti tar-riżorsi umani, hemm riskju li nuqqas jew distribuzzjoni mhux xierqa tal-persunal jew indisponibilità ta’ ħila speċifika u tagħrif jkollu impatt fuq il-kwalità tal-kontrolli, il-verifikazzjonijiet u l-monitoraġġ. Ġie espress tħassib f’dan ir-rigward mill-Parlament Ewropew (31). Barra dan, iż-żieda ta’ għajnuna mill-baġit fil-FEI toħloq il-bżonn għal ħila u tagħrif speċifiku, u l-Qorti tinnota li l-Kapaċità Interna tal-Verifika tal-EuropeAid (IAC) irrakkomandat li l-politika tar-riżorsi umani fir-rigward ta’ l-għajnuna mill-baġit tiġi żviluppata biex tinkorpora objettivi fuq l-għadd, il-ħila u t-tagħrif tal-persunal ta’ għajnuna mill-baġit.

33.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li kemm in-numru kif ukoll il-ħiliet tal-impejgati, jirrappreżentaw sfida.

Organizzazzjonijiet implimentattivi

34.

Il-Qorti sabet li entitajiet żgħar li jġestu l-estimi tal-programm (32), u benefiċjarji ta’ ftehim ta’ għotja ta’ sikwit huma kkaratterizzati b’sistemi dgħajfa tal-kontroll intern. Dawn l-entitajiet, għaldaqstant, ta’ sikwit ma għandhomx sistema ta’ kontabilità biex jirreġistraw in-nefqa tal-proġett. Barra dan, il-verifiki meħtieġa minn organizzazzjonijiet implimentattivi ta’ sikwit jonqsu milli jsibu kwestjonijiet li jolqtu l-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjonijiet.

34.

Sabiex titjieb il-kwalità tas-sistemi interni ta' kontroll għat-taqsimiet tal-ġestjoni, il-Kummissjoni pproduċiet gwidi għal dan il-għan u tipprovdi taħriġ regolari (fi 22 pajjiż fl-2007). Il-Kummissjoni wkoll qed tistudja l-possibbiltà li toħloq għodod ta' kontabilità u ġestjoni finanzjarja għall-utenti kollha.

Minn Frar tal-2006, it-Termini ta' Referenza li jikkonċernaw il-verifika tal-infiq iffurmaw parti integrali mill-ftehimiet ta' għotja (Anness VII). It-Termini ta' Referenza jiddefinixxu strettament il-firxa u l-metodoloġija li għandhom ikunu applikati mill-awditur awtorizzat mill-organizzazzjoni destinatarja, u jikkontribwixxu għat-titjib fil-kontrolli.

Sorveljanti

35.

Għal kuntratti importanti ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, sorveljant estern jinħatar sabiex jiddirieġi u/jew jissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kuntratt. F’xi każijiet, il-verifika tal-Qorti turi li l-kwalità tal-kontrolli mwettqa mis-sorveljanti ma kinitx xierqa u din effettwat il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

35.

Il-Kummissjoni talbet lid-Delegazzjonijiet tagħha biex isaħħu l-kontroll tax-xogħol li jsir mill-sorveljanti. Hija se teżamina l-possibbilità li tintroduċi mekkaniżmu mfassal biex jiżgura li l-kwalità tal-kontrolli li jsiru mill-kontrolluri tissodisfa r-rekwiżiti dwar il-leglità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, u biex iżżid l-effettività tal-ħidmiet ta’ superviżjoni.

Stati AKP

36.

Il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha sabiex iżżid il-kapaċità ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Uffiċjal ta’ l-Awtorizzazzjoni Nazzjonali (NAO) billi tipprovdi assistenza teknika, tagħmir u taħriġ sabiex tippermetti kontroll effettiv tan-nefqa tal-FEI mill-amministrazzjonijiet tan-NAO. Minkejja dan, in-nuqqas ta’ involviment mill-Istati AKP f’bosta każijiet ifisser li Delegazzjonijiet jistgħu jserrħu b’mod limitat fuq il-kontrolli mwettqa mill-amministrazzjonijiet tan-NAO, li jwassal f’ammont ta’ xogħol akbar għal persunal Delegat biex jassigura li l-kontrolli huma adegawati.

36.

Il-Kummissjoni qed tkompli bl-għajnuna tagħha u bl-isforz għat-taħriġ. Fl-2007, 1 430 parteċipant minn 22 pajjiżi tal-ACP rċevew taħriġ sħiħ dwar il-proċeduri finanzjarju u kuntrattwali tal-EDF.

Uffiċjali li Jawtorizzaw f’Delegazzjonijiet u servizzi ċentrali tal-EuropeAid

37.

Il-Qorti sabet nuqqasijiet fil-kwalità ta’ xi kontrolli li saru mill-uffiċjali li jawtorizzaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall- approvazzjoni ta’ finanzjament minn qabel u l-iskrutinju ta’ dokumenti li jiġġustifikaw in-nefqa inkluż ix-xogħol u r-riżultati ta’ l-awdituri, kif ukoll is-segwitu tas-sejbiet tal-verifika. Hemm ukoll preżenza insuffiċjenti ta’ persunal Delegat fil-qasam, per eżempju għas-sorveljanza tas-sorveljaturi.

37.

Sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li għandu x'jaqsam mal-validazzjoni tal-infiq mill-uffiċjal awtorizzanti, il-Kummissjoni tuża ċikli finanzjarji standard u listi ta' kontroll għal kull tranżazzjoni mwettqa, biex b'hekk tkun qed tikkontribwixxi għall-istandardizzazzjoni tal-kwalità tat-tranżazzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tfakkar lill-uffiċjali awtorizzanti l-prinċipji tal-approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem. Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-verifiki, l-uffiċjali awtorizzanti joqgħodu attenti li joħorġu ordnijiet ta' rkupru meta jkun meħtieġ.

38.

Il-verifiki tan-nefqa li huma mibdija mid-Delegazzjonijiet u s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u fdati lill-intrapriżi tal-verifika privati huma komponent prinċipali tal-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni u huma mfassla biex jikkontribwixxu biex tingħata assigurazzjoni dwar in-nefqa tal-FEI.

 

39.

Il-pjan tal-verifika annwali fih verifiki mandatorji u verifiki bbażati fuq ir-riskju. Minħabba dokumentazzjoni insuffiċjenti fuq l-analiżi tar-riskju, hemm nuqqas ta’ ċarezza fuq il-proċess li bih titwettaq l-analiżi tar-riskju u jekk dan il-proċess hux imwettaq b’mod konsistenti mid-Delegazzjonijiet. Il-livell ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-pjan tal-verifika annwali, speċifikament fid-Delegazzjonijiet, huwa baxx, 55 % tal-verifiki kollha ppjanati li nbdew fi żmien is-sena, l-oħrajn jiġu posposti jew xi kultant ikkanċellati. Dan huwa parzjalment minħabba l-kapaċità limitata tad-Delegazzjonijiet biex jorganizzaw jew isegwu l-verifiki. Barra dan, anke meta l-verifiki jitnedew, iċ-ċiklu huwa wieħed twil fejn rapporti finali jiġu prodotti tul ta’ żmien sinifikanti wara li n-nefqa tkun iġġarrbet. Tali nuqqasjiet fis-sistema jistgħu jkunu ta’ detriment għal-livell ġenerali ta’ assigurazzjoni disponibbli meta mqabbel ma’ dak ippjanat.

39.

Il-process li permezz tiegħu l-analiżi tar-riskju għandha ssir huwa indikat fil-Linji Gwida Operattivi għall-Pjan Annwali tal-Verifika u l- Analiżi tar-Risjku Il-Kummissjoni taqbel li l-proċess tad-dokumentazzjoni tal-analiżi tar-riskju għandu jiġi msaħħaħ.

Il-Pjan Annwali tal-Verifika jidentifika l-verifiki li għandhom jiġu mnedija, li ġeneralment huma marbuta mal-verifika tal-ispiża tal-proġett. Uħud minn dawn il-verifiki se jiġu mnedija u rċevuti fl-istess sena (n + 1) filwaqt li uħud mill-oħrajn fiss-sena ta' wara (n + 2), jiddependi mill-pass tal-implimentazzjoni tal-proġett/programm u l-proċess innifsu tal-verifika.

Dan jirriżulta f'tibdiliet fil-pjan inizjali, u kull verifika kkanċellata jew posposta tirrikjedi ġustifikazzjoni xierqa. Dan ma jfissirx li awtomatikament il-verifiki kollhja li ma jibdewx matul is-sena jkunu posposti. Ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pjan tal-verifika għall-2007 li tirriżulta minn tibdiliet bħal dawn hija ta' 77 %. Dan huwa fl-istess livell mal-pjanijiet tas-sena ta' qabel, li għandhom ciklu tal-ħajja ta' sentejn.

L-Assigurazzjoni hija garantita mill-fatt li l-ebda pagament suġġett għall-verifika ma jsir qabel ma' jiġu rċevuti u kkunsidrati r-riżultati ta' tali verifika.

40.

Il-Kummissjoni għamlet pass importanti ’l quddiem fil-qasam tal-verifiki billi f’Ottubru 2007 ħarġet termini ta’ referenza ġodda applikabbli għall-verifiki kollha. Għalkemm l-effetti ta’ dawn għad iridu jidhru minħabba tali implimentazzjoni riċenti, hemm sinjali pożittivi li għandhom jippermettu aktar rappurtar konsistenti mill-awdituri, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-forma ta’ l-opinjoni tal-verifika mogħtija u l-livell ta’ materjalità li huwa applikat.

 

Sorveljanza mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid

41.

L-għodod prinċipali għas-sorveljanza tad-Delegazzjojijiet huma r-Rapporti dwar l-Assistenza Esterna lill-Maniġment (EAMRs), rapporti dwar il-ġestjoni ppreparati mid-Delegazzjonijiet kull sitt xhur. Huma sors ta’ informazzjoni perjodika li jippermetti lid-Delegazzjonijiet devoluti li jibgħatu lis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid il-punti ta’ informazzjoni l-aktar importanti dwar l-organizzazzjoni interna, l-implimentazzjoni tal-proġett u l-verifiki esterni. Sussegwentement, is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid jagħtu reazzjoni lid-Delegazzjonijiet. Kwestjonijiet irrapportati regolarment mid-Delegazzjonijiet jikkonċernaw in-nuqqas ta’ kapaċità u riżorsi fl-amministrazzjonijiet tan-NAO (ara l-paragrafu 36) u l-limitazzjonijiet tal-persunal (ara l-paragrafu 33).

 

42.

Ma kienx hemm informazzjoni tal-ġestjoni ċentralizzata relatata mal-kopertura u mar-riżultati tal-verifiki mibdija mid-Delegazzjonijiet fl-2007. Dan ifisser li l-livell ta’ assigurazzjoni li jista’ jittieħed minn dawn il-verifiki huwa mnaqqas ħafna meta mqabbel ma’ dak li jista’ jinkiseb li kieku kien hemm sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni b’saħħitha. Għodda kompjuterizzata eżistenti, il-verifika CRIS, ġiet mibdula sabiex tiffaċilita l-użu tagħha, li sar mandatorju f’Jannar 2008. Din l-implimentazzjoni riċenti ma ppermettietx evalwazzjoni ta’ l-effettività tagħha imma hemm sinjali pożittivi li ser tkun ta’ benefiċċju bħala sistema biex il-progress jiġi ssorveljat. Jonqos li jsir ċertu raffinar biex jippermetti l-evalwazzjoni tal-kopertura tal-verifika tan-nefqa u l-użu ta’ din is-sistema fil-ġbir, l-analiżi u l-azzjoni li tittieħed skond is-sejbiet tal-verifika u rakkomandazzjonijiet li jippermettu evalwazzjoni kontinwa ta’ kwistjonijiet u li jassiguraw li tittieħed azzjoni malajr u fil-ħin fejn meħtieġ.

42.

EuropeAid żviluppat għodod xierqa biex twettaq il-verifiki filwaqt li bosta mekkaniżmi jikkontribwixxu għall-kontroll tal-kwalità tagħhom kif ukoll għall-konsolidazzjoni u l-użu tas-sejbiet tal-verifiki sistemiċi.

L-ippjanar u s-segwitu tar-riżultati tal-verifika huma assigurati kemm mid-Delegazzjonijiet u kemm mill-Kwartieri Ġenerali. Ma jiġi awtorizzat l-ebda ħlas suġġett għal verifika qabel ma jaslu u jitqiesu r-riżultati ta' tali verifika. Ir-riżultati ta' verifiki preċedenti jkunu kkunsidrati meta jiġi stabbilit il-Pjan Annwali tal-Verifika.

EuropeAid issegwi l-implimentazzjoni tal-AAP fil-livell ċentrali u, mill-2005, kienet qed twettaq reviżjoni tar-rapporti tal-verifika maħruġa matul is-sena. L-objettiv ta' din ir-reviżjoni huwa li jkun hemm kontribut għall-monitoraġġ tal-avvità tal-verifika fil-Kwartieri Ġewnerali u fid-Delegazzjonijiet u biex tiġi mtejba iżjed is-sistema tal-verifika ibbażata, inter alia, fuq analiżi tat-tipoloġija tar-riżultati tal-verifika.

43.

Għal bosta snin, il-verifiki mitluba mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid kienu soġġetti għal kontroll riġoruż u rapport ta’ sinteżi jiġi prodott annwalment biex minnhom jiġbor informazzjoni bl-intenzjoni biex fejn neċessarju jseħħ titjib lis-sistemi. Eżerċizzju simili nbeda waqt l-2007 biex jindirizza l-verifiki mitluba mid-Delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-verifiki. L-approċċ għal dan huwa metodiku u jkopri oqsma prinċipali ta’ interess, bħall-osservazzjoni tat-termini ta’ referenza. Ir-rapport li ġie prodott kien fih ħafna informazzjoni fattwali dwar l-għadd u l-klassifikazzjoni tas-sejbiet.

 

Verifikazzjoni mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid

44.

Verifikazzjonijiet mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid jinkludu missjonijiet sabiex jiġi vverifikat kif qed jiffunzjonaw is-sistemi ta’ kontroll intern tad-Delegazzjonijiet, il-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet u l-verifiki mibdija mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid.

 

45.

Fl-2007, is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid wettqu missjoni ta’sorveljanza f’Delegazzjoni li kkonsistiet f’eżami ta’ kif inhuma u kif jaħdmu s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Il-missjoni kienet imfassla tajjeb u pprovdiet rakkomandazzjonijiet prattiċi għat-titjib tas-sistemi ta’ kontroll imma din hija l-unika missjoni ta’ dan it-tip li twettqet. Fl-2007 l-EuropeAid kien qiegħed jiżviluppa metodoloġija standardizzata għal dawn il-missjonijiet. F’dan il-proċess, twettqu żewġ missjonijiet pilota u waqthom ingħatat prijorità għal kwistjonijiet operattivi aktar milli għall-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

45.

EuropeAid adottat metodoloġija standardizzata għal dawn il-missjonijiet f'Marzu tal-2008.

46.

Is-sistema ta’ kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet tal-EuropeAid tipprovdi mekkaniżmu effettiv biex tidentifika żbalji li jolqtu aspetti formali ta’ tranżazzjonijiet imma hija inqas effettiva biex tidentifika żbalji li għandhom impatt fuq l-ammont ta’ pagament. Kif intqal fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet jista’ jagħti biss kontribuzzjoni limitata lill-assigurazzjoni ġenerali fuq is-sistemi u l-proċeduri, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Ir-reviżjoni tal-Qorti ta’ kampjun ta’ tranżazzjonijiet iċċekkjati ex-post wriet wkoll li dawn il-kontrolli f’xi każijiet ma ġewx dokumentati b’mod xieraq, li xi żbalji ma nstabux u li s-sejbiet mhux dejjem ġew segwiti fil-ħin kif seta’ jsir.

46.

It-twaqqif ta' sistema ta' kontroll tat-tranżazzjonijiet ex-post u l-istipular tal-karatteristiċi tagħha huma t-tnejn ibbażati fuq l-apprezzament tar-riskju residwu u tal-interazzjoni ma' komponenti oħra tas-sistema ta' kontroll. Il-kontrolli tranżitorji ex post jipprovdu strat ulterjuri ta' garanzija għall-ivvalutar tal-elementi suġġetti għal dan it-tip ta' kontroll.

Dan ikopri ħlasijiet, rkupri u approvazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' prefinanzjament imwettqa mill-Kummissjoni. L-analiżi ta' kull operazzjoni tinkludi l-iċċekkjar sistematiku tal-kundizzjonijiet kuntrattwali applikabbli.

Id-dokumentazzjoni mitluba għal kull tip ta' tranżazzjoni magħżula hi stipulata b'mod ċar fil-manwal tal-kontrolli ta' tranżazzjonijiet ex post.

47.

Verifiki bbażati fuq ir-riskju mibdija mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid jidentifikaw livell għoli ta’ żball. Id-dokumentazzjoni ta’ l-analiżi tar-riskju mhix biżżejjed biex turi li l-EuropeAid għażel it-temi kollha ta’ riskju għoli għall-verifika.

47.

Il-Kummissjoni taqbel li l-proċess tad-dokumentazzjoni tal-analiżi tar-riskju għandu jiġi msaħħaħ.

Verifika interna

48.

L-għan prinċipali tal-IAC tal-EuropeAid huwa li tistma u tevalwa s-sistema ta’ kontroll intern. Il-IAC twettaq il-funzjoni tagħha b’mod effettiv. Minkejja dan il-Qorti tinnota li l-analiżi tar-riskju tal-IAC ma tikkunsidrax biżżejjed ir-reġistru tar-riskju tal-EuropeAid u li l-programm tal-verifika mhux biżżejjed flessibbli biex jadatta għal tibdil fir-riskji possibbli tul iż-żmien. Fl-2007, il-IAC lestiet verifiki fuq is-sostenn tal-baġit, fondi ta’ pool u ta’ trust; il-proċess ta’ identifikazzjoni; standards ta’ kontroll intern magħżula f’Delegazzjonijiet magħżula u ġestjoni tar-riskju f’Delegazzjonijiet kif ukoll għadd ta’ verifiki ta’ segwitu. Il-konklużjonijiet tal-IAC huma ġeneralment konsistenti mas-sejbiet tal-Qorti.

48.

L-analiżi tar-riskju tal-IAC tifforma l-bażi tal-pjan annwali tal-verifika tagħha stess. Barra minn hekk, ir-riskji fir-reġistru ta' EuropeAid huma meqjusa f'relazzjoni mal-impatt li għandhom fuq il-qasam li jkun se jiġi vverifikat. Filwaqt li r-reġistru tar-riskju tal-IAC jista' jikkunsidra qasam li jkun qiegħed f'riskju għoli dak il-qasam jista' ma jidhirx fil-pjan tal-verifika għal sena partikolari għaliex il-proċess tax-xogħol ma jkunx għadu fi ħdan il-prattika tax-xogħol tad-DĠ jew taċ-ċiklu tal-ġestjoni għal ċerti programmi. Ir-reġistru tar-riskju tal-IAC huwa aġġornat bosta drabi matul is-sena biex jikkunsidra kwalinkwe evidenza ta' tibdiliet fl-ambjent tar-riskju ta' EuropeAid.

49.

Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni (IAS) wettaq verifika ex-post fuq attivitajiet ta’ kontroll (33) fil-EuropeAid. Il-konklużjonijiet tiegħu jikkorroboraw mas-sejbiet tal-Qorti dwar l-istrateġija ta’ kontroll ġenerali (ara l-paragrafu 32) u l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-verifiki (ara l-paragrafi 38 u 42).

49.

Il-verifika tal-IAS saret fi żmienmeta l-istrateġija tal-kontroll kienet qed tiġi mħejjija għall-formalizzazzjoni. Il-konklużjonijiet tagħha ma setgħux jikkunsidraw l-iżviluppi li seħħew wara.

50.

Il-IAS wettaq ukoll verifika ta’ segwitu finali fuq l-iffinanzjar ta’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-EuropeAid u verifika ta’ l-eliġibiltà ta’ l-ispejjeż skond il-ftehim ta’ qafas finanzjarju u amministrattiv (FAFA) man-Nazzjonijiet Uniti. Din ta’ l-aħħar ikkonfermat li t-tfassil tal-FAFA huwa xieraq, iżda wkoll li l-mekkaniżmi ta’ kontroll jonqoshom jiġu implimentati b’mod effettiv u implimentati aktar kemm fil-livelli tal-proġett kif ukoll fil-livell ta’ l-imsieħba, per eżempju billi jissaħħu kontrolli fuq pagamenti u jassiguraw kopertura xierqa ta’ missjonijiet ta’ verifikazzjoni (34).

50.

Sar progress sinjifikanti mill-EuropeAid mit-tlestija tal-verifiki tal-IASli twettqu fl-2006 u l-bidu tal-2007 fuq il-FAFA:

l-analiżi formali tal-konformità tal-aġenziji tan-NU mal-istandardsa rikonoxxuti internazzjonalment ġiet imwettqa (medja ta' 97 %);

fl-istess livell taż-żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni għan-NU, kien hemm żieda sinjifikanti fin-numru ta' missjonijiet ta' verifika tan-NU (39 fl-2007 mqabbla ma' 7 fl-2005-2006);

l-ippjanar ta' dawn il-verifiki qed isir kull sena;

ir-riżultati tagħhom huma konsolidati;

il-Kummissjoni u n-NU iffirmaw linji gwida komuni immirati biex itejbu l-kwalità tar-rappurtaġġ.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

51.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEI għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2007, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli imma l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjoni fil-paragrafu 17 dwar il-provviżjoni għall-ispejjeż imġarrba.

 

52.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li:

a)

b’eċċezzjoni għall-effetti tal-kwestjoni deskritta fil-paragrafi 19, 20 u 27, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati d-dħul u l-impenji tal-FEI huma ħielsa minn żball materjali. Barra dan, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għar-riskju fiduċjarju għoli għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 25 u 26;

b)

it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-pagamenti tal-FEI huma milquta minn livell materjali ta’ żball.

 

53.

L-evalwazzjoni tal-Qorti ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija li huma parzjalment effettivi. It- Tabella 3 tagħti ħarsa lejn l-evalwazzjoni tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid (35).

53.

Minħabba r-riżorsi finanzjarji u umani li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li stabbilixxiet sistemi ta' kontroll li jipprovdu serħan il-moħħ raġonevoli.

54.

Il-EuropeAid kompla jirrimedja xi nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti fir-Rapporti Annwali preċedenti tagħha. Il-EuropeAid żviluppa termini ta’ referenza ġodda għall-verifiki u implimenta sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni, il-verifika CRIS, dwar il-kopertura u r-riżultati tal-verifiki. Il-Qorti tilqa’ l-isforzi tal-EuropeAid biex jiżviluppa strateġija ta’ kontroll imma għad hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar ċerti elementi importanti, b’mod partikolari l-kopertura ta’ xi kontrolli, il-kordinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u ex-post u indikaturi prinċipali li jsostnu l-assigurazzjoni ġenerali li għandha tingħata mid-Direttur Ġenerali.

54.

Il-Kummissjoni tilqa' r-rikonoxximent tal-Qorti għall-progress kontinwu li sar matul is-snin preċedenti.

55.

Hemm bżonn li jkomplu l-isforzi biex jittejjeb it-tfassil u/jew l-implimentazzjoni ta’ xi sistemi. Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu f’dan il-kuntest:

55.

 

a)

l-istrateġija ta’ kontroll tal-EuropeAid għandha tinkludi indikaturi prinċipali li jsostnu l-livell ta’ assigurazzjoni li għandu jingħata mid-Direttur-Ġenerali, il-kopertura ta’ xi kontrolli, il-koordinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u verifiki ex-post, kif ukoll ir-riżorsi umani meħtieġa;

(a)

EuropeAid hija impenjata li ttejjeb il-preżentazzjoni ta' dawn l-elementi tal-istrateġija tagħha tal-kontroll.

b)

għandha titwettaq reviżjoni biex tevalwa jekk is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u d-Delegazzjonijiet għandhomx il-livell u t-tip ta’ riżorsi umani meħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-kontrolli;

(b)

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li teżisti sfida biex wieħed ikollu impjegati adegwati kemm fin-numru kif ukoll fil-ħiliet u hija lesta li twettaq reviżjoni.

c)

il-ġestjoni ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi għandha tkun sostnuta aħjar. Din għandha tinvolvi preżenza akbar ta’ persunal Delegat fil-qasam, sostenn tas-sistemi tal-kontabilità u taħriġ speċjalment għal proġetti implimentati minn estimi tal-programm;

(c)

EuropeAid se tiżviluppa bosta għodod sabiex ittejjeb il-ġestjoni tal-organizzazzjoni implimentattivi u se tintroduċi termini ta' referenza ġodda għall-verifiki tal-estimi l-ġodda tal-programmi.

d)

kontrolli mwettqa mid-Delegazzjonijiet qabel ma jawtorizzaw il-pagamenti għandhom jagħmlu skrutinju aħjar tat-talbiet għall-pagamenti u jagħmlu enfażi akbar fuq ir-realtà, l-eliġibilità u l-preċiżjoni tan-nefqa. Il-kwalità tax-xogħol tas-sorveljanti u l-awdituri għandha tiġi ssorveljata aħjar;

(d)

Sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li għandu x'jaqsam mal-validazzjoni tal-infiq mill-uffiċjal awtorizzanti, il-Kummissjoni tuża ċikli finanzjarji standard u listi ta' kontroll għal kull tranżzazzjoni mwettqa, biex b'hekk tkun qed tikkontribwixxi għall-istandardizzazzjoni tal-kwalità tat-tranżazzjonijiet.

e)

l-implimentazzjoni tal-Verifika CRIS għandha tippermetti sorveljanza tal-kopertura tal-verifika u r-riżultati tal-verifika. Informazzjoni kwalitattiva fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet magħmula u t-titjib li għandu jitwettaq biex jindirizza s-sejbiet hija importanti ħafna biex tassigura li l-objettivi aħħarija ta’ l-ikkommissjonar tal-verifiki jintlaħqu;

(e)

Id-dħul fis-seħħ tal-modulu il-ġdid tal-Verifika tal-CRIS fl-1 ta' Jannar 2008, billi jgħaqqad l-ammont tal-kuntratt li se jiġi vverifikat mal-ammont ivverifikat, se jiffaċilita l-kalkolu tal-kopertura tal-verifika, kif ukoll l-analiżi tar-riżultati tal-verifika, skont it-tipoloġija tagħhom.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti u kull sena tiġbor u tanalizza r-riżultati tal-verifika bl-iskop li tieħu l-lezzjonijiet u tintroduċi titjib xieraq.

f)

kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu eżami aħjar ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn biex jassiguraw li tranżazzjonijiet mhumiex milquta minn żbalji ta’ eliġibilità jew ta’ okkorrenza kif ukoll biex jivverifikaw jekk il-kontrolli mwettqa qabel ġie awtorizzat il-pagament kinux xierqa;

(f)

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem kontinwament biex ittejjeb iżjed is-sistema tagħha u se tiddedika attenzjoni speċifika għall-kwistjoni tad-dettall tad-dokumentazzjoni ta' appoġġ fuq l-estimi tal-programmi.

g)

il-metodoloġija standardizzata biex tissorvelja l-missjonijiet għandha tiġi finalizzata u l-għadd ta’ tali missjonijiet għandu jiżdied. Il-metodoloġija l-ġdida għandha żżomm il-fok fuq l-eżami ta’ l-istabbiliment u l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

(g)

EuropeAid adottat metodoloġija standard għal dawn il-missjonijiet f'Marzu tal-2008 u n-numru ta' missjonijiet ta' monitoraġġ huwa ppjanat li jiżdied.

56.

Fir-rigward tas-sostenn tal-baġit, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati:

56.

 

a)

l-osservanza tal-Ftehim ta’ Cotonou għandha titqabbel kontra r-rekwiżiti bażiċi, bħad-disponibilità ta’ kontijiet ippubblikati u vverifikati fil-ħin, u għandhom ikunu ssodisfati qabel ma tingħata l-għajnuna mill-baġit;

(a)

Kif hemm fil-paragrafu 25, bħala parti mill-approċċ dinamiku, il-Kummissjoni tuża d-djanjostika inizjali PFM u l-programm ta' riforma bħala l-bażi li fuqu jkun imkejjel il-progress fuq bażi ta' pajjiż pajjiż u tikkunsidra li t-twaqqif ta' standards minimi komuni biex jiġu applikati b'mod uniformi għall-pajjiżi kollha, mhux xieraq.

b)

l-indikaturi tal-prestazzjoni użati għandhom jippermettu li toħroġ evidenza ċara tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fejn dan ikun xieraq. Dan ikun jista’ jinkiseb bit-tisħiħ ta’ indikaturi li jkejjlu l-progress tar-riżultati fuq firxa ta’ żmien, flimkien ma’ indikaturi tal-proċess fuq il-prestazzjoni ta’ avvenimenti ta’ darba.

(b)

Imqabbel ma' setturi oħra, huwa aktar diffiċli u kumpless biex wieħed jiddefinixxi l-indikaturi tar-riżultati għall-PFM. Madankollu l-Kummissjoni tiffavorixxi l-użu tal-indikaturi tar-riżultati, fejn huma disponibbli, li jkejlu l-effett tar-riformi, imma tuża wkoll indikaturi u miżuri tal-proċess biex tissorvelja l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tar-riforma.

c)

sabiex tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi b’mod strutturat, il-Kummissjoni għandha tassigura illi d-data użata bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta’ l-infiq tkun affidabbli u għandha toqgħod aktar fuq il-kejl ta’ avvenimenti li jkunu diġà seħħew milli fuq previżjonijiet ta’ avvenimenti fil-ġejjieni;

(c)

Meta tevalwa l-eliġibbiltà, il-Kummissjoni tqis il-bilanċ bejn il-prestazzjoni tal-passat u l-impenji tal-ġejjieni. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni taqbel li meta tevalwa l-pagamenti l-enfasi għandha tkun fuq it-turija tal-kisbiet.

d)

il-EuropeAid għandu jassigura, qabel il-bidu ta’ programm ta’ sostenn tal-baġit, li hemm evalwazzjoni ċara u kompleta tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u li l-pajjiż destinatarju għandu programm ta’ riforma kredibbli u rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet kollha sinifikanti fuq tabella ta’ żmien prevedibbli;

(d)

Il-Kummissjoni taqbel li s-sistemi PFM għandhom bżonn li jiġu evalwati qabel il-proviżjoni tal-BS u l-Kummissjoni tippreferi li twettaq tali valutazzjoni fi ħdan il-qafas tal-PEFA. Huwa mistenni li f'kull pajjiż li jirċievi l-BS mill-EDF, il-valutazzjonijiet tal-PEFA ikunu saru qabel it-tmien tal-2008. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, il-gvernijiet diġa jkollhom il-programmi PFM ta' riforma f'posthom li jista' jkollhom jiġu adtattati skont ir-riżultati. Fil-każ li jkun hemm il-ħtieġa ta' programmi ġodda, il-Kummissjoni għadha m'hix konvinta mill-impenji tal-gvernijiet li jiżviluppaw u jimplimentaw il-miżuri PFM rikjesti tar-riforma, qabel ma jiġi pprovdut il-BS.

e)

il-kwalità tal-Ftehim ta’ Finanzjament għandha tittejjeb billi jiġu inklużi kundizzjonijiet ġenerali fil-każijiet kollha, stipulazzjonijiet mhux ambigwi u rekwiżiti ċari għall-progress tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

(e)

Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura li l-FAs se jinkludu l-Kundizzjonijiet Ġenerali u li l-valutazzjoni tal-eliġibblità tal-PFM se ssir b'manjiera strutturata u formalizzata. Hemm il-ħtieġa li indikaturi ta' prestazzjoni PFM speċifiċi fi ħdan kwoti varjabbli ikunu ċari u preċiżi u jippermettu li l-progress jiġi mkejjel matul il-medda taż-żmien.

f)

għandha tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani abbażi ta’ analizi ta’ ħila u tagħrif meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni ta’ l-għajnuna tal-baġit b’konsiderazzjoni għaż-żieda fl-importanza tagħha.

(f)

Barra milli r-reklutaġġ ta’ persunal jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-programmi BS, is-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni qed jorganizzaw numru sinjifikanti ta' korsijiet ta' taħriġ għall-persunal tal-KE minn Delegazzjonijiet u KĠ, fuq kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-BS (korsijiet tal-PFM, Makro-Ekonomiċi, tat-Tkejjil tal-Prestazzjoni, Speċici għas-Settur, eċċ.).


(1)  Il-Konvenzjoni Yaoundé I ġejja mill-1964. Il-ftehim l-aktar reċenti (Cotonou) ġej mit-23 ta’ Ġunju 2000 u ġie rrevedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005.

(2)  Għalhekk, taħt id-disa’ FEI, l-allokazzjoni inizjali ammontat għal 13 800 miljun euro, u l-BEI huwa responsabbli għal 2 200 miljun euro minnhom.

(3)  Ara l-Artikoli 96, 103 u 112 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ FEI (ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1). Fl-Opinjoni tagħha Nru 12/2002 dwar il-proposta għal dan ir-Regolament (ĠU C 12, 17.1.2003), il-Qorti enfasizzat illi dawn id-dispożizzjonijiet inaqqsu l-ambitu tal-poteri ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew.

(4)  Ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ FEI (li hemm referenza għalih fuq) jiffissa r-regoli għall-verifika ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti.

(5)  Tirrappreżenta 0,8 % tal-pagamenti għall-2007.

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-25 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 35).

(7)  Id-Deċiżjoni 2005/446/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19), kif emendat mid-Deċiżjoni 2007/792/KE tas-26 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 31).

(8)  L-Artikoli 96 u 102.

(9)  L-importanza finanzjarja tal-programm Stabex qed tonqos hekk kif il-miżura qed tinqata’ gradwalment. Fl-aħħar ta’ l-2007, madwar 100 miljun euro baqgħu f’kontijiet ta’ sigurtà miżmuma fl-Ewropa taħt il-kontroll ewlieni tal-Kummissjoni meta mqabbla ma’ 192 miljun euro fi tmiem l-2006. Il-mira tal-Kummissjoni hija li dawn il-fondi għandhom jitħallsu sal-31 ta’ Diċembru 2010 ladarba l-kundizzjonijiet kollha ta’ infiq ikunu sodisfatti.

(10)  Ir-rendikonti finanzjarji kkonsolidati jikkomprendu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-likwidità u t-tabella ta’ punti pagabbli lill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp. Ir-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni mogħtija mill-BEI mhux koperti minn din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (ara n-nota ta’ qiegħ 11).

(11)  Skond l-Artikoli 1 u 103(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa’ FEI, id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tad-disa’ FEI li hija ġestita mill-BEI u li huwa responsabbli minnha.

(12)  Fil-livell tal-Kummissjoni l-maniġment jinkludi l-Membri ta’ l-Istituzzjoni, l-Uffiċjali li Jawtorizzaw b’delega u sub-delega, l-Uffiċjal tal-Kontabilità u l-persunal prinċipali ta’ l-unitajiet tal-finanzi, tal-verifika u tal-kontroll. Fil-livell ta’ l-Istati Benefiċjarji, il-manigment jinkludi Uffiċjali Nazzjonali li Jawtorizzaw, Uffiċjali tal-Kontabilità, Aġenti ta’ Pagament u l-persunal prinċipali ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi.

(13)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEI huma dedotti mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fl-assenza ta’ dawn, Standards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali ta’ l-Istandards tal-Kontabilità. Skond ir-Regolament Finanzjarju, ir-“Rendikonti finanzjarji kkonsolidati” għas-sena finanzjarja 2007 huma ppreparati abbażi ta’ dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEI, li jadattaw prinċipji tal-kontabilità bbażati fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Komunitajiet, filwaqt li r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-FEI ikomplu jkunu bbażati primarjament fuq il-moviment tal-flus kontanti.

(14)  Ara l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ FEI: ir-rendikonti finanzjarji ser jikkomprendu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-likwidità, u t-tabella tal-punti dovuti lill-FEI.

(15)  Ara l-Artikolu 101 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ FEI: ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni finanzjarja ser jikkomprendu tabelli li jiddeskrivu l-approprijazzjonijiet, l-impenji u l-pagamenti.

(16)  Il-paragrafu 15 (ĠU C 259, 31.10.2007).

(17)  L-informazzjoni mogħtija hija meħtieġa minn IPSAS 4 — L-Effetti tal-Bidliet f’Rati tal-Kambju Barranin.

(18)  Il-paragrafu 17.

(19)  Peress li informazzjoni insuffiċjenti kienet disponibbli dwar is-sitwazzjoni fi tmiem l-2007, il-Qorti eżaminat il-validità tal-metodu biex tikkontrolla d-dispożizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2006 għal kampjun ta’ 60 kuntratt individwali statistikament magħżula u b’relazzjoni ma’ 18-il proġett fi 13-il pajjiż AKP.

(20)  L-Artikolu 17, il-paragrafu 2, ta’ l-Anness 4.

(21)  Il-Fond tal-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti.

(22)  Għall-Qorti, żbalji huma klassifikati bħala “serji” jekk jaqbżu r-rata ta’ 2 %.

(23)  L-Artikolu 61(2)(a).

(24)  Ara l-paragrafi 28 u 29 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2005 dwar l-għajnuna mill-baġit ta’ l-FEI lill-pajjiżi AKP (ĠU C 249, 7.10.2005).

(25)  Ir-rapport tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2008 dwar il-kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjara 2006, il-punt 32.

(26)  Il-5 impenji huma tal-Burundi, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, il-Guinea-Bissaw u l-Ħaiti. Impenji ta’ għajnuna mill-Baġit għal dawn il-pajjiżi fl-2007 ammontaw għal 83,7 miljun euro jiġifieri 24,9 % ta’ l-impenji ta’ għajnuna mill-baġit.

(27)  Il-paragrafu 55.

(28)  Ir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-EuropeAid 2007, il-paġna 57.

(29)  Ara l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fuq il-mudell ta’ verifika singola (u proposta għal qafas ta’ kontroll intern Komunitarju) (ĠU C 107, 30.4.2004), ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-sitt, is-seba’, it-tminn u d-disa’ FEI dwar is-sena finanzjarja 2005 (ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205), il-paragrafu 40, u r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-sitt, is-seba’, it-tminn u d-disa’ FEI dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 54.

(30)  4,8 membru tal-persunal għal kull 10 miljun euro impenjat fl-2004 u 4,2 fl-2007.

(31)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ April 2007 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005 (ĠU C 74 E, 20.3.2008) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2008 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali tad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006.

(32)  Aġenziji jew dipartimenti pubbliċi jew semi-pubbliċi ta’ l-Istat jew l-Istati kkonċernati jew il-persuna legali responsabbli mit-twettiq ta’ l-operazzjoni.

(33)  Kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet u verifiki finanzjarji

(34)  Ir-Rapport Annwali lill-Awtorità ta’ Kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007 (ippreżentat mill-Kummissjoni (SEC(2008) 2361 finali tat-30.7.2008)).

(35)  Ara l-kapitolu 8, Azzjonijiet esterni, żvilupp u tkabbir, tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007 għal evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ECHO.

 

Tabella 1 — Użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEI ġestiti mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru 2007

(miljun euro)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2006

Implimentazzjoni baġitarja matul is-Sena Finanzjarja 2007

Sitwazzjoni fi tmiem l-2007

Ammont globali

Rata ta' implimentazzjoni (2)

is-7 FEI

it-8 FEI

id-9 FEI

Ammont globali

is-7 FEI

it-8 FEI

id-9 FEI

Ammont globali

Rata ta' implimentazzjoni (2)

A —

RIŻORSI  (1)

37 269,8

 

–71,9

– 211,0

341,8

58,8

10 583,0

10 839,3

15 906,4

37 328,7

 

B —

UŻU  (3)

 

1. Impenji finanzjarji

34 107,2

91,5 %

–71,9

– 211,0

3 455,1

3 172,2

10 583,0

10 839,3

15 857,1

37 279,4

99,9 %

 

2. Impenji legali individwali

28 699,1

77,0 %

–5,5

35,0

3 317,3

3 346,9

10 517,2

10 484,6

11 044,2

32 046,0

85,8 %

 

3. Pagamenti

23 826,0

63,9 %

96,7

483,4

2 293,9

2 874,0

10 340,8

9 605,5

6 753,7

26 700,0

71,5 %

C —

PAGAMENTI PENDENTI (B1-B3)

10 281,2

27,6 %

 

 

 

 

242,2

1 233,8

9 103,4

10 579,4

28,3 %

D —

BILANĊ DISPONIBBLI (A-B1)

3 162,6

8,5 %

 

 

 

 

0,0

0,0

49,3

49,3

0,1 %

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri, ibbażata fuq ir-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2007.


Tabella 2 — Implimentazzjoni finanzjarja fis-snin finanzjarji 2003-2007 inklużi

(miljun euro)

 

2003

2004

2005

2006

2007

1. Impenji finanzjarji

3 395,8

2 375,2

3 035,1

2 718,7

3 172,2

2. Impenji legali individwali

2 742,7

2 746,3

2 652,0

3 072,6

3 346,9

3. Pagamenti

2 179,5

2 197,8

2 489,1

2 761,9

2 874,0

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri, abbażi tar-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-Rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2007.


Tabella 3 — Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Sistema kkonċernata

Kontroll intern prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali

Kontrolli mwettqa qabel mat-tranżazzjonijiet jiġu awtorizzati

Missjonijiet ta' monitoraġġ

Kontrolli ex-post

Verifiki esterni

Verifika interna

Kwalità

Kwantità

Kwalità

Kwantità/implimentazzjoni tal-pjan tal-verifika

Segwitu ta' sejbiet tal-verifika individwali/Proċeduri ta' rkupru effettivi

Monitoraġġ ġenerali mis-servizzi ċentrali ta' verifiki kkummissjonati mid-Delegazzjonijiet

Servizzi Ċentrali EuropeAid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Delegazzjonijiet

 

N/A

N/A

N/A

 

 

 

N/A

 

 


Kodiċi:

 

Effettiva

 

Parzjalment effettiva

 

Mhux effettiva

N/A

Mhux applikabbli: ma japplikax jew mhux evalwat


Riżultati ta' l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

 

Pagamenti tal-Proġetti

Pagamenti ta' għajnuna mill-baġit

Stima tal-kampjun tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

30 %

30 %

Rata ta' żball

il fuq minn 5 %

Bejn 2 % u 5 %


Tabella 4 — Segwitu għall-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta' Assigruazzjoni

 

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Commission reply

1

L-istrateġija ta' kontroll għandha tiġi stabbilita u ssir operattiva sa tmiem l-2007. Kif indikat diġà l-Qorti, għandha tistabbilixxi objettivi ċari u konsistenti, tassigura koordinazzjoni u tistabbilixxi t-tip u l-intensità tal-kontrolli. Dan għandu neċessarjament jinvolvi l-ilħuq ta' bilanċ bejn l-ispejjeż tal-kontrolli varji u l-benefiċċji li jakkumpanjaw, filwaqt li jieħu kont tar-riskju ta' żbalji tollerat fit-tranżazzjonijiet ta' bażi. L-istrateġija tal-kontroll għandha tinkludi analiżi tar-riskju strutturata u dokumentata sewwa, illi tinvolvi formalment il-parteċipazzjoni sħiħa tad-Delegazzjonijiet.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 54(a))

Il-EuropeAid ifformalizza l-istrateġija ta' kontroll ġenerali tiegħu u inkludiha fir-rapport ta' attività mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid. Jippreżenta deskrizzjoni tal-proċessi ta' kontroll għal kull tip ta' ġestjoni. Għad hemm nuqqas ta' ċarezza dwar ċerti elementi importanti ta' l-istrateġija tal-kontroll, b'mod partikolari l-kopertura ta' xi kontrolli, il-koordinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u ex-post u indikaturi prinċipali li jsostnu l-assigurazzjoni ġenerali li għandha tingħata mid-Direttur Ġenerali.

L-istrateġija ta' kontroll tal-EuropeAid għandha tinkludi indikaturi prinċipali li jsostnu l-livell ta' assigurazzjoni li għandu jingħata mid-Direttur Ġenerali, il-kopertura ta' xi kontrolli, il-koodinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u ex-post, kif ukoll ir-riżorsi umani meħtieġa. (Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(a))

EuropeAid hija impenjata li ttejjeb aktar il-preżentazzjoni ta' dawn l-elementi tal-istrateġija tagħha tal-kontroll.

2

Il-ġestjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-programmi ta' xogħol għandha tkun sostnuta aħjar. Dan għandu jinvolvi preżenza akbar ta' persunal tad-Delegazzjoni fil-qasam li jsostni s-sistemi ta' kontabilità u t-taħriġ. It-twettiq ta' aktar verifiki fi stadju bikri ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti jgħin ukoll sabiex jiġu ssorveljati u, fejn xieraq, tiġi mtejjba l-kwalità tas-sistemi ta' kontroll implimentati mill-benefiċarji;

(Ir-rapport annwali għas-sena 2006, il-paragrafu 54(b)

Il-EuropeAid segwa l-isforzi tiegħu biex itejjeb il-kwalità ta' proġetti ġestiti fil-forma ta' estimi tal-programm. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ħejjiet gwida prattika ġdida u qed jingħataw korsijiet ta' taħriġ speċifiku fuq bażi regolari fil-pajjiżi AKP.

Il-maniġment ta' l-organizzazzjonijiet implimentattivi għandu jingħata sostenn aħjar. Dan għandu jinvolvi preżenza aktar ta' persunal Delegat fil-qasam, sostenn tas-sistemi ta' kontabilità u taħriġ speċjalment għal proġetti implimentati mill-estimi tal-programm. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(c))

EuropeAid se tiżviluppa bosta għodod sabiex ittejjeb il-ġestjoni tal-organizzazzjoni implimentattivi u se tintroduċi termini ta' referenza ġodda għall-verifiki tal-estimi l-ġodda tal-programmi.

3

Kontrolli mwettqa mid-Delegazzjonijiet qabel ma jiġu awtorizzati l-pagamenti għandhom jiskrutinaw aħjar it-talbiet għal pagamenti u jenfasizzaw fuq ir-realtà, l-eliġibilità u l-preċiżjoni tan-nefqa. Il-kwalità tax-xogħol tas-sorveljanti għandha tkun issorveljata aħjar;

(Ir-rapport annwali għas-sena 2006, il-paragrafu 54(c))

L-ebda azzjonijiet speċifiċi ma ttieħdu mill-EuropeAid. L-għadd ta' żbalji żvelati wara l-verifika tal-Qorti tal-pagamenti individwali jikkorrobora l-osservazzjoni illi l-kontroll finanzjarju eżerċitat mid-Delegazzjonijiet hemm bżonn jissaħħaħ.

Kontrolli mwettqa mid-Delegazzjonijiet qabel ma jiġu awtorizzati l-pagamenti għandhom jiskrutinaw aħjar it-talbiet għal pagamenti u jenfasizzaw ir-realtà, l-eliġibilità u l-preċiżjoni tan-nefqa. Il-kwalità tax-xogħol imwettaq mis-sorveljanti għandu jkun issorveljat aħjar. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(d))

Il-Kummissjoni hija konxja li hemm bżonn li jsir titjib fil-kontroll tal-eżekuzzjoni ta' ċerti tipi ta' kuntratt, u qed teżamina l-possibbiltà li tintroduċi mekkaniżmu mfassal biex jiżgura li l-kwalità tal-kontrolli li jsiru mis-sorveljanti jissodisfaw ir-rekwiżiti rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Se tfakkar lill-uffiċjali awtorizzanti il-prinċipji tal-approvazzjoni ta' pagamenti bil-quddiem.

4

Il-kwalità tal-kontrolli mwettqa mill-awdituri esterni għandha tkun imtejjba billi jiġi assigurat illi t-termini ta' referenza ġodda jinkludu definizzjoni ċara ta' l-iskop tal-verifika; il-limitu tal-materjalità li għandu jiġi applikat; it-teħid tal-kampjuni; in-natura tal-proċeduri tal-verifika li għandhom jitwettqu; gwida dwar kif għandhom jiġu trattati l-iżbalji; u kif il-konklużjonijiet għandhom jiġu rrappurtati. Dawn it-termini ta' referenza standard għandhom jintużaw ukoll għall-verifiki esterni kollha mibdija mid-Delegazzjonijiet;

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 54(d))

F'Ottubru 2007, il-EuropeAid ħareġ żewġ termini ta' referenza applikabbli għall-verifiki kollha. Minkejja li l-effetti ta' dawn għadhom ma nħassux minħabba implimentazzjoni reċenti, hemm sinjali ċari li dawn għandhom jippermettu rappurtar aktar konsistenti mill-awdituri, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-forma ta' l-opinjoni tal-verifika mogħtija u l-livell ta' materjalità li huwa applikat.

Ittieħdet azzjoni sodisfaċenti.

 

5

Il-monitoraġġ ċentrali tal-verifiki esterni organizzati mid-Delegazzjonijiet għandu jittejjeb sabiex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu komunikati b'mod effettiv lill-livelli relevanti kollha tal-maniġment. Dan għandu jiġi mtejjeb permezz tad-disponibilità, sa tmiem l-2007, ta' sistema ta' ġestjoni li tipprovdi informazzjoni fuq il-proċess tal-verifika u tiffaċilita l-aċċess għal riżultati tal-verifika relevanti

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 54(e))

Sar tibdil fl-għodda kompjuterizzata, il-Verifika CRIS, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħha, li sar mandatorju f'Jannar 2008. Għad jonqos li jsir ċertu raffinar biex jippermetti l-evalwazzjoni tal-kopertura tal-verifika u l-użu ta' din is-sistema fil-ġbir, l-analiżi u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika.

L-implimentazzjoni tal-Verifika CRIS għandha tippermetti l-kopertura tal-verifika u r-riżultati tal-verifika. Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-rakkomandazzjonijiet u t-titjib li għandu jsir biex jindirizza s-sejbiet huwa importanti ħafna biex jassigura li l-objettivi aħħarija għall-kummissjonar tal-verifiki jintlaħqu. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(e))

Id-dħul fis-seħħ tal-modulu il-ġdid tal-Verifika CRIS fl-1 ta' Jannar 2008, li jgħaqqad l-ammont tal-kuntratt li se jiġi vverifikat mal-ammont ivverifikat, se jiffaċilita l-kalkolu tal-kopertura tal-verifika, kif ukoll l-analiżi tar-riżultati tal-verifika, skont it-tipoloġija.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti u kull sena tiġbor u tanalizza r-riżultati tal-verifika bl-iskop li tieħu l-lezzjonijiet u tintroduċi titjib xieraq.

6

Il-verifikazzjoni tad-Delegazzjonijiet tas-servizzi ċentrali tal-EuropeAid għandha tittejjeb billi jiżdied l-għadd ta' missjonijiet

(Ir-rapport annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 54(f))

Il-missjonijiet huma mfassla tajjeb u jipprovdu rakkomandazzjonijiet prattiċi għal titjib fis-sistemi ta' kontroll. Iżda, l-għadd ta' missjonijiet ma ġiex miżjud.

L-għadd ta' missjonijiet ta' monitoraġġ għandu jiżdied. Għandhom iżżommu l-enfasi fuq l-eżami tat-twaqqif u l-ħidma tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(g))

Il-metodoloġija standardizzata għall-missjonijiet ta' monitoraġġ ġiet iffinalizzata f'Marzu tal-2008. In-numru ta' missjonijiet bħal dawn se jiżdied matul l-2008.

7

Minħabba li l-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet huma ristretti fl-ambitu, jistgħu jagħtu biss kontribut limitat lejn l-assigurazzjoni ġenerali fuq is-sistemi u l-proċeduri u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Barra dan, huma jitwettqu mingħajr wisq dewmien.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 33 u 42)

L-ambitu tal-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet xorta waħda għadu jeskludi aspetti relatati ma' l-impenji legali kif ukoll dokumentazzjoni ta' sostenn dettaljata tan-nefqa tal-programmi ta' xogħol.

Kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu eżami aħjar tad-dokumenti ta' sostenn biex jassiguraw li t-tranżazzjonijiet mhumiex milquta minn żbalji ta' eliġibilità jew ta' okkorrenza kif ukoll biex jivverifikaw jekk il-kontrolli mwettqa qabel il-pagament ġie awtorizzat kinux xierqa. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(f))

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem kontinwament biex ittejjeb iżjed is-sistema tagħha u se tiddedika attenzjoni speċifika għall-kwistjoni tad-dettall tad-dokumentazzjoni ta' appoġġ fuq l-estimi tal-programmi.

8

L-osservanza tal-Ftehim ta' Cotonou għandha tkun imqabbla mar-rekwiżiti bażiċi, bħad-disponibilità ta' kontijiet ippubblikati u vverifikati fil-ħin. Preżentazzjoni formali ċara tal-konklużjonijiet milħuqa titlob illi l-parametri ta' l-'interpretazzjoni dinamika 'jkunu espliċiti, biex b'hekk jippermettu illi ssir evalwazzjoni dwar jekk id-deċiżjonijiet ta' nfiq kinux xierqa

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 55(a))

Il-EuropeAid ma ddefinixxiex ir-rekwiżiti bażiċi. Il-verifika tal-Qorti żvelat li f'5 minn 15-il impenn eżaminati, is-sostenn tal-baġit jingħata lill-Istati AKP fejn il-Qorti tikkunsidra li l-ġestjoni tan-nefqa pubblika mhix biżżejjed trasparenti, responsabbli u effettiva. Għall-każijiet identifikati, l-applikazzjoni vigoruża ta' l-interpretazzjoni dinamika tal-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet għall-għajnuna mill-baġit tal-Ftehim ta' Cotonou timplika riskju fiduċjarju għoli ħafna.

L-osservanza tal-Ftehim ta' Cotonou għandha tiġi mqabbla mar-rekwiżiti bażiċi, bħad-disponibilità ta' kontijiet ippubblikati u vverifikati fil-ħin, li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma tingħata l-għajnuna mill-baġit (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(a)) Il-EuropeAid għandu jassigura, qabel il-bidu tal-programm ta' għajnuna mill-baġit, li hemm evalwazzjoni ċara u kompleta tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u li l-pajjiż destinatarju għandu programm ta' riforma kredibbli u rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet kollha sinifikanti fuq perijodu ta' żmien prevedibbli (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(d))

Matul l-2007 il-Kummissjoni kompliet tapplika approċċ dinamiku, li hi tqis li huwa dak xieraq.

Qabel il-bidu ta’ programm ta’ sostenn tal-baġit, il-Kummissjoni se tkompli tiżgura li jkun hemm evalwazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, preferibbilment fi ħdan il-Qafas PEFA, u li l-pajjiż destinatarju għandu programm ta’ riforma kredibbli u rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet sinjifikanti kollha skont skeda ppjanata minn qabel. Dan ikun jeħtieġ applikazzjoni rigoruża tal-interpretazzjoni dinamika tal-kundizzjonjijiet tal-Ftehim Cotonou u ġestjoni tar-riskju konformi mal-objettivi tal-iżvilupp tal-Kummissjoni.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-evalwazzjoni tal-Qorti rigward il-ħames impenji inkwistjoni.

9

Sabiex tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha b'mod strutturat, il-Kummissjoni għandha tassigura illi d-data użata bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' nfiq tibbaża aktar fuq il-kejl ta' avvenimenti li jkunu diġà seħħew milli fuq previżjonijiet ta' avvenimenti fil-ġejjieni;

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 55(b))

Il-verifika ta' l-2007 żvelat li f'għadd kbir ta' każijiet, il-Kummissjoni ma wrietx b'mod strutturat u formalizzat l-osservanza tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. L-ispjegazzjoni f'xi wħud minn dawn il-każijiet hija l-affidabilità ta' avvenimenti fil-ġejjieni aktar milli fuq avvenimenti li diġà seħħew u l-evalwazzjoni mhux preċiża ta' indikaturi.

Sabiex tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tassigura illi d-data użata bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' l-infiq tkun affidabbli u toqgħod fuq il-kejl ta' avvenimenti li jkunu diġà seħħew milli fuq previżjonijiet ta' avvenimenti fil-ġejjieni; (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(c))

Meta tevalwa l-eliġibbiltà, il-Kummissjoni tqis il-bilanċ bejn il-prestazzjoni tal-passat u l-impenji tal-ġejjieni. Fl-istess waqt il-Kummissjoni taqbel li meta tevalwa l-pagamenti l-enfasi għandha tkun fuq it-turija tal-kisbiet.

10

L-indikaturi użati għandhom jippermettu li toħroġ evidenza ċara tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fejn dan ikun xieraq. Dan ikun jista' jinkiseb billi jiġu inklużi indikaturi li jkunu jistgħu jiġu mkejjla fuq firxa ta' żmien, u mqabbla minn perijodu għall-ieħor, minflok fuq indikaturi bbażati fuq il-prestazzjoni ta' avveniment ta' darba.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 55(c))

Il-verifika attwali żvelat nuqqas frekwenti kemm ta' analiżi ċara tan-nuqqasijiet tal-ġestjoni finanzjarja pubblika fil-bidu tal-programm kif ukoll approċċ strutturat biex ikejjel il-progress ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sussegwentement. Riżultat ta' dan, huwa aktar diffiċli li l-progress jiġi evalwat fil-fond u b'mod objettiv.

L-indikaturi tal-prestazzjoni użati għandhom jippermettu li toħroġ evidenza ċara tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fejn dan ikun xieraq. Dan ikun jista' jinkiseb billi jissaħħu l-indikaturi li jkejjlu l-progress tar-riżultati fuq firxa ta' żmien flimkien ma' indikaturi tal-proċess dwar il-prestazzjoni ta' avvenimenti ta' darba. (Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(b))

Imqabbel ma' setturi oħra, huwa aktar diffiċli u kumpless biex wieħed jiddefinixxi l-indikaturi tar-riżultati għall-PFM. Madankollu l-Kummissjoni tiffavorixxi l-użu tal-indikaturi tar-riżultati, fejn huma disponibbli, li jkejlu l-effett tar-riformi, imma tuża wkoll indikaturi u miżuri tal-proċess biex tissorvelja l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tar-riforma.


(1)  Allokazzjonijiet inizjali għas-7, it-8, u d-9 FEI, interessi, riżorsi varji u trasferimenti minn FEI preċedenti.

(2)  Bħala persentaġġ tar-riżorsi.

(3)  L-ammonti tad-9 FEI jinkludu l-kontribuzzjonijiet volontarji ta' l-Istati Membri lill-faċilità Afrikana tal-Paċi (impenji finanzjarji: 39,1; impenji individwali legali: 37,0; pagamenti: 29,2).

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri, ibbażata fuq ir-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2007.

 

Image


Top