Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0913

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta‘ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)

/* KUMM/2008/0913 finali/2 - COD 2007/0097 */

52008DC0913

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta‘ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni) /* KUMM/2008/0913 finali/2 - COD 2007/0097 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.1.2009

KUMM(2008) 913 finali

2007/0097 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta‘ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)

2007/0097 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta‘ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)

1. SFOND

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2007)264 finali - 2007/0097 (COD): | it-23 ta' Mejju 2007. |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | is-26 ta' Settembru 2007. |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | il-5 ta' Ġunju 2008. |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | it-13 ta' Ġunju 2008. |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 9.1.2009 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan tal-proposta adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Mejju 2007 hu li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank. Il-proposta tissostitwixxi żewġ regolamenti preżentement applikabbli. Wieħed mill-għanijiet prinċipali hu li tissimplifika l-proċedura ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi internazzjonali regolari tal-passiġġieri.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1. Kkummenti ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

Il-pożizzjoni komuni b'mod ġenerali ssegwi l-proposta tal-Kummissjoni u tintegra xi emendi tal-ewwel qari fil-Parlament Ewropew. Il-proposta ma waslitx għall-diskussjonijiet kontroversjali u ħafna tibdiliet fit-test huma ta' natura teknika.

3.2. Osservazzjonijiet dettaljati tal-Kummissjoni

Kif kien ippropona l-Parlament fl-ewwel qari tiegħu (ara l-emendi 2, 3, 4, 8, 16, 20, 21, 22 u 25), il-pożizzjoni komuni tħassar ir-referenzi għal "ksur minuri ripetut". Il-Kummisjoni tista' taċċetta dan l-approċċ gradwali dwar ir-reġistri. Kemm fil-pożizzjoni komuni kif ukoll fl-ewwel qari tal-Parlament, ir-referenza għall-ħin tax-xogħol bħala regoli mandatorji li japplikaw għal kabotaġġ tħassret (l-emenda 14); il-Kummissjoni tista' taċċetta din il-proposta.

Emendi oħrajn tal-Parlament ma ġewx inklużi fil-pożizzjoni komuni. Dan hu parzjalment dovut ukoll għal-limitu qasir ta' żmien bejn l-adozzjoni tal-ewwel qari (il-5 ta' Ġunju 2008) u l-qbil politiku (it-13 ta' Ġunju 2008).

Minn dawn l-emendi li ma ġewx inklużi fil-pożizzjoni komuni, fost oħrajn kienu jkunu aċċettabbli jew aċċettabbli fil-prinċipju għall-Kummisjoni dawk dwar it-tul tal-proċedura tal-applikazzjoni (7), dwar il-formola tal-vjaġġ (11, 12) jew dwar il-possibbiltà li jiġu imposti multi (17, 21). Il-Kummissjoni tista' taċċetta wkoll fil-prinċipju, u b'riformulazzjoni sabiex ma tintmessx is-sikurezza tat-toroq, l-emendi li jikkonċernaw l-introduzzjoni mill-ġdid tar-"regola ta' 12-il ġurnata" fil-leġiżlazzjoni dwar is-sewqan u l-ħinijiet ta' mistrieħ[1].

Emendi oħra li għall-Kummissjoni mhumiex aċċettabbli jew mhumiex aċċettabbli bil-kliem propost ma ġewx inklużi fil-pożizzjoni komuni:

- dwar l-introduzzjoni ta' divrenzjar bejn tipi differenti ta' servizzi regolari għall-passiġġieri (l-emenda 6);

- it-tneħħija tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni f'każ li jaffettwa serjament il-vijabbiltà ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku (9);

- it-twessigħ tal-permess ta' eskursjoni lokali (13);

- ir-referenza għad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema bħala regoli li japplikaw għall-kabotaġġ (15).

L-elementi l-ġodda li ġew introdotti mill-pożizzjoni komuni jikkonċernaw partikolarment:

- l-introduzzjoni ta' definizzjoni ta' trasport internazzjonali (l-Artikolu 2(aa));

- bidla fid-definizzjoni tal-kabotaġġ għas-servizzi regolari (Artikolu 2(e));

- il-perjodu ta' validità tal-liċenzja (Artikolu 4(4));

- it-talba li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji mhux diskriminatorji meta jevalwaw il-vijabbiltà ta‘ kuntratt ta‘ servizz pubbliku matul il-proċedura ta' awtoriżżazzjoni għas-servizzi regolari internazzjonali (l-Artikolu 8(4)(d));

- l-introduzzjoni ta' raġuni ġdida biex ma tingħatax awtoriżżazzjoni għas-servizzi regolari internazzjonali, partikolarment meta hemm stabbilit li l-għan ewlieni tas-servizz mhuwiex il-ġarr tal-passiġġieri bejn postijiet ta' waqfien fi Stati Membri differenti (l-Artikolu 8(4)(e));

- l-inklużjoni ta' fatturi ta' sigurtà għal-liċenzja u għall-kopji attestati veri (l-Aness I).

4. KONKLUŻJONI

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni komuni tirrifletti l-għanijiet prinċipali tal-proposta tagħha u għalhekk tista' tappoġġjaha.

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, ĠU L102/1, 11 04 2006.

Top