Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0727

    Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta' r-riżervi fuq id-dħul [fuq id-dħul mit-tfaddil] fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax. {SEC(2008) 2767} {SEC(2008) 2768}

    /* KUMM/2008/0727 finali - CNS 2008/0215 */

    52008PC0727

    Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta' r-riżervi fuq id-dħul [fuq id-dħul mit-tfaddil] fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax. {SEC(2008) 2767} {SEC(2008) 2768} /* KUMM/2008/0727 finali - CNS 2008/0215 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 13.11.2008

    KUMM(2008) 727 finali

    2008/0215 (CNS)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta' r-riżervi fuq id-dħul [fuq id-dħul mit-tfaddil] fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax.

    {SEC(2008) 2767}{SEC(2008) 2768}

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Introduzzjoni

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul [tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil] fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (l-‘EUSD’) lilha tiġi applikata fl-Istati Membri (SM) tal-UE mill-1 ta' Lulju 2005. L-għan aħħari tal-EUSD, kif ġie miftiehem fil-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000 f'Santa Maria de Feira u fil-laqgħa tal-ECOFIN tas-26 u s-27 ta' Novembru 2000, huwa biex tiffaċilita li riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax li jsiru fi Stat Membru wieħed lil użufruttwarji [sidien benefiċjarji] li għal skopijiet tat-taxxa huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor jiġu soġġetti għal tassazzjoni effettiva skont il-liġijiet tal-Istat ta' residenza tagħhom.

    Madankollu meta l-EUSD daħlet fis-seħħ fl-2005, ħareġ biċ-ċar li kien rakkomandabbli li jsir aktar irfinar li jqis l-iżviluppi fil-prodotti ta' tfaddil u fl-imġiba tal-investitur. Barra minn hekk sistemi ta' tassazzjoni domestiċi bdew jittrattaw dħul minn ċerti tipi ta' prodotti finanzjarji innovattivi bħala ekwivalenti għal imgħax minn pretensjonijiet ta' debitu. Biex jitqiesu żviluppi bħal dawn, l-EUSD tipprovdi biex il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-ħdima tagħha lill-Kunsill kull tliet snin u, fejn xieraq, tipproponi kwalunkwe emenda neċessarja fid-dawl ta' dawn ir-rapporti biex tiżgura tassazzjoni effikaċi fuq id-dħul mit-tfaddil u biex tneħħi kull distorsjoni fil-kompetizzjoni mhux mixtieqa.

    F'dan l-isfond, il-Kummissjoni fil-15 ta' Settembru 2008 ippreżentat l-ewwel rapport lill-Kunsill (COM (2008) 552 finali, id-Dokument tal-Kunsill 13124/08 FISC 117) dwar l-applikazzjoni tal-EUSD wara li kienet ilha titħaddem għal tliet snin. L-ewwel rapport jibni fuq il-konsultazzjonijiet mal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri tal-UE, fuq id-dejta pprovduta minnhom dwar l-ewwel sentejn fiskali tal-applikazzjoni, u fuq is-sejbiet ta’ grupp espert stabbilit mill-Kummissjoni fl-2007 sabiex jikseb pariri mis-setturi tan-negozju konċernati jew li jistgħu jkunu konċernati mill-EUSD.

    Kif jispjega r-rapport, l-EUSD tat prova li kienet effettiva fil-limiti stabbiliti bl-ambitu tagħha. Kellha wkoll riżultati pożittivi, indiretti u li ma jistgħux jitkejlu għat-titjib tal-konformità pagatur tat-taxxa. Madankollu, il-proċess tar-reviżjoni wera li l-kopertura attwali tal-EUSD mhix wiesgħa daqs l-ambizzjonijiet ta' natural ġenerali mfissra fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Novembru 2000. B'mod partikolari, ir-rapport iffoka fuq il-ħtieġa għal emendi relatati mad-definizzjonijiet tas-sid benefiċjarju u tal-aġent ta’ pagament, it-trattament ta' strumenti finanzjarji ekwivalenti għal dawk li diġà ġew koperti b'mod espliċitu, u xi aspetti ta' proċedura.

    Fuq il-bażi tar-rapport, il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-EUSD, billi tqis il-piż amministrattiv involut u l-opinjonijiet espressi mill-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri u l-grupp ta' esperti, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità deskritti fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

    2. Kummentarju dwar l-emendi proposti għall-EUSD

    2.1. L-Artikolu 1 ta' din il-proposta

    L-emendi proposti l-aktar importanti jirreferu għad-definizzjoni ta' dħul mit-tfaddil, biex jakkomodaw żviluppi fil-prodotti ta' tfaddil f’dawn l-aħħar snin. L-emendi proposti huma intenzjonati biex ikopru mhux biss riżervi ta' dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax, iżda dħul ieħor, ta' ekwivalenza sostanzjali minn ċerti prodotti finanzjarji innovattivi u minn ċerti prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li huma paragunabbli ma' prodotti ta' pretensjoni ta' debitu. Kieku jkollhom jiġu implimentati soluzzjonijiet aktar komprensivi li jiżguraw skambju ta' informazzjoni bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri tal-UE dwar il-firxa sħiħa ta' kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, possibbilment tkun tista' tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-ħtieġa li dawn il-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja jiġu koperti taħt l-EUSD.

    Huwa propost ukoll li l-ambitu tad-Direttiva jiġi estiż biex tkopri, taħt ċerti kundizzjonijiet, pagamenti ta' mgħax li jinkisbu minn xi entitajiet u arranġamenti legali għall-benefiċċju aħħari tas-sidien benefiċjarji individwali. Qed jiġi propost ukoll irfinar sinifikanti fid-definizzjoni tal ‘aġent ta’ pagamenti mal-irċevuta ta' pagament ta' mgħax’, sabiex tittejjeb l-effettività ta' dan il-mekkaniżmu u ċ-ċertezza legali għall-operaturi tas-suq.

    Emendi proposti fl-Artikoli 1 u 2 tal-EUSD

    L-Artikoli 1 u 2 bħalissa għandhom x'jaqsmu biss mal-pagamenti tal-imgħax li saru għall-benefiċċju immedjat ta' individwi. L-emenda proposta għall-Art 1 hija biex tinkiseb konformità mad-definizzjoni aktar wiesgħa proposta għall-Art 6 tal-pagament tal-imgħax.

    Aktar emendi sinifikanti huma proposti għall-Artikolu 2. L-EUSD fil-preżent ma jkoprix pagamenti li saru lil entitajiet u arranġamenti legali miżmuma minn individwi. Din il-limitazzjoni tista' toffri individwi opportunitajiet biex jevadu l-EUSD billi jużaw persuna jew arranġament legali intermedjarji.

    Estensjoni mingħajr diskriminazzjoni li tkopri l-pagamenti kollha lil entitajiet u arranġamenti legali stabbiliti fil-ġuriżdizzjonijiet li mhumiex tal-UE ma tidhirx li tkun soluzzjoni adegwata.

    Soluzzjoni aktar effiċjenti tkun li l-aġenti ta' pagament soġġetti għall-obbligi kontra l-ħasil tal-flus (AML) jintalbu jużaw l-informazzjoni diġà disponibbli għalihom taħt dawn l-obbligi, safejn tirrelata mas-sid benefiċjarju attwali ta' pagament li jkun sar lil ċerti persuni jew arranġamenti legali (‘metodu ta' trasparenza’). L-aġenti ta' pagament tal-UE għandhom jiffokaw biss fuq persuni u arranġamenti legali stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet magħżula barra mill-UE, fejn tassazzjoni xierqa tad-dħul f'imgħax imħallas lil dawn il-persuni jew arranġamenti legali mhix żgurata. Fejn is-sid benefiċjarju identifikat għall-iskopijiet tal-AML ikun individwu residenti fi Stat Membru ieħor tal-UE, il-pagament għandu jiġi ttrattat mill-aġent ta’ pagament tal-UE daqslikieku sar direttament lil dan is-sid benefiċjarju.

    Għandu jiġi nnutat li metodu ta' trasparenza ma jkunx l-aħjar għażla għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju fejn l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-UE jagħmlu pagamenti ta' mgħax lil operaturi ekonomiċi li huma wkoll stabbiliti fl-UE u li għalhekk jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-‘aġent ta’ pagament’. Dan jista' jwassal għal multiplikazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-aġent ta’ pagament f'livelli differenti ta' pagamenti. F'dan il-każ, kjarifika tad-definizzjoni u tal-obbligi tal-aġenti tal-ħlas, kif proposta f'relazzjoni mal-Artikolu 4, tidher li tkun soluzzjoni aktar affidabbli u proporzjonali milli metodu ta' trasparenza.

    Sabiex jitnaqqsu l-inċertezzi u l-piżijiet amministrattivi fuq l-aġenti tal-ħlas, l-Anness I jinkludi lista ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti legali residenti f'ġuriżdizzjonijiet li mhumiex tal-UE li ma jiżgurawx tassazzjoni xierqa u effettiva ta' dħul miksub minn tali entitajiet u arranġamenti. L-Artikolu 18b il-ġdid jipprovdi proċeduri għall-adattament tal-Anness.

    Emendi proposti fl-Artikolu 3 tal-EUSD

    Tlett irfinazzjonijiet prinċipali tal-Artikolu 3 huma proposti li jikkonċernaw ir-residenza tas-sid benefiċjarju.

    L-ewwel wieħed hu li jiġi żgurat aġġornament regolari tal-informazzjoni fuq l-indirizz permanenti tas-sid benefiċjarju billi l-aġenti ta' pagament jintalbu jirreferu għall-‘aħjar informazzjoni disponibbli għalihom fid-data tal-pagament.’ Dan jinkludi informazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet kontra l-ħasil tal-flus jew prova oħra li tiġi ddeterminata skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18b il-ġdid.

    It-tieni, huwa propost li l-approċċ ta' ‘indirizz permanenti’ li jistabbilixxi r-residenza tas-sid benefiċjarju jiġi kkomplementat ma' ieħor ibbażat fuq l-għoti ta' referenza minn qabel għal prova uffiċjali tar-residenza fiskali f'pajjiż speċifiku fejn tali prova tkun ingħatat fuq bażi volontarja mis-sid benefiċjarju lill-aġent ta’ pagament. Dan japplika għal ċertifikati tar-residenza fiskali validi li nħarġu fl-aħħar tliet snin. Din l-emenda hija konformi mal-għan aħħari tal-EUSD.

    Barra minn hekk, huwa propost li meta l-aġent ta’ pagament ikollu dokumentazzjoni uffiċjali li turi li r-residenza għal-skopijiet tat-taxxa tas-sid benefiċjarju huwa fi Stat Membru differenti minn dak tal-indirizz permanenti minħabba privileġġi diplomatiċi jew regoli internazzjonali oħra, ir-residenza għall-iskopijiet tal-EUSD tkun ir-residenza fiskali skont dik id-dokumentazzjoni uffiċjali.

    Emendi proposti fl-Artikolu 4 tal-EUSD

    Il-kunċett wiesa' tal-aġent ta’ pagament fil-paragrafu 1 irriżulta li jinftiehem pjuttost tajjeb u ma jidhirx li jeħtieġ tibdiliet kbar minbarra l-kjarifika fir-responsabbiltà ta' dawn l-aġenti għal pagamenti li saru lill-klijenti tagħhom permezz ta' intermedjarji stabbiliti barra mill-UE. Madankollu, il-Federazzjoni Bankarja Ewropea qajmet tħassib dwar il-każijiet eċċezzjonali ta' riċevuta passiva jew pagament passiv, fejn il-prinċipju ġenerali li l-aġent ta’ pagament ikun l-aħħar intermedjarju fil-katina ma jkunx applikat b'mod konsistenti mill-Istati Membri kollha. Fil-preżent, ma hemm l-ebda gwida fir-rigward tal-kunċetti ta' riċevuta passiva jew ta' pagament passiv. Dan jista' jwassal għad-duplikazzjoni ta' ħidmiet jew għal sitwazzjonijiet fejn l-ebda wieħed minn fost l-operaturi ekonomiċi involuti ma jitqies bħala l-aġent ta’ pagament. Biex dan jiġi evitat, qed tiġi proposta bidla li tirrikjedi lill-Istat Membru jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ma jkunx hemm dupplikar tar-responsabbiltajiet tal-aġenti ta' pagament fir-rigward tal-pagament tal-istess imgħax.

    Barra minn hekk, f'konformità mal-emenda proposta għall-Artikolu 2 relatata mal-applikazzjoni tal-'metodu ta' trasparenza' għal pagamenti lil ċerti entitajiet u arranġamenti legali stabbiliti f'pajjiżi barra mill-UE, qed jiġi kkjarifikat li pagament li jsir jew li jiġi ggarantit għall-benefiċċju immedjat ta' entità jew arranġament legali elenkat/a fl-Anness I għandu jitqies bħallikieku sar jew ġie ggarantit għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju, kif iddefinit fid-Dispożizzjonijiet Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML), tal-entità jew arranġament legali.

    Il-kunċett ta' ‘aġent ta’ pagament b’irċevuta’, fil-paragrafi oriġinali 2 sa 5, jidher li ġġenera inċertezza u jeħtieġ li jiġi żviluppat aktar.

    F'dan il-każ, kjarifika tad-definizzjoni u tal-obbligi tal-aġenti tal-ħlas, kif proposta b'rabta mal-Artikolu 4, tidher li tkun soluzzjoni aktar affidabbli u proporzjonali milli metodu ta' trasparenza. Madankollu, in-nuqqas ta' mekkaniżmi alternattivi li jkopru pagamenti lil strutturi intermedjarji li ma jiġux intaxxati fi ħdan l-UE jista' jinkoraġġixxi lil individwi biex jagħmlu użu estensiv ta' strutturi intermedjarji biex jevadu l-EUSD. Każijiet ta' dan l-aħħar juru li, fejn il-kunċett ta' ‘aġent ta’ pagament b’irċevuta’ ma jiġix implimentat b'mod konsistenti, ikun hemm lok għal abbuż u distorsjonijiet. Il-fondi ta’ investiment irregolati fuq livell tal-UE, li d-dħul tagħhom jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-EUSD, jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni inġusta minn strutturi ta’ investiment intermedji oħra, de facto esklużi mid-definizzjoni ewlenija tal-aġent ta’ pagament fl-Art 4(1) peress li l-pagamenti magħmula minnhom, anke jekk ikunu ġġenerati b’investiment fi pretensjonijiet ta’ debitu, legalment ma jikkwalifikawx bħala ħlasijiet ta' mgħax.

    Aktar milli jiġi abbandunat, il-kunċett ta’ ‘aġent ta’ pagament b’irċevuta’ għandu jiġi kkjarifikat sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tiegħu. L-emenda proposta għandha l-għan li tgħaddi mill-metodu preżenti, fejn l-attenzjoni ewlenija hija fuq l-operatur ekonomiku upstream li jħallas l-imgħaxijiet lill-entitajiet konċernati, għal metodu bbażat fuq definizzjoni ‘pożittiva’ tal-istrutturi intermedji bl-obbligu li jaġixxu bħala ‘aġent ta’ pagament b’irċevuta.’

    Dan ifisser li dawn l-istrutturi se japplika l-EUSD — inklużi l-arrranġamenti legali bħal ċerti tipi ta' trusts u sħubijiet — mal-irċevuta ta' pagamenti ta' mgħax minn kwalunkwe operatur ekonomiku upstream, ikun fejn ikun il-post stabbilit tal-operatur (kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE), sakemm is-sid benefiċjarju jkun resident individwu fi Stat Membru ieħor tal-UE.

    Sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tas-suq, definizzjoni ġdida tal-istrutturi li jaġixxu bħala “aġent ta’ pagament b’irċevuta” għandha tkun ibbażata fuq elementi sostanzjali aktar milli fuq il-forma legali tagħhom. L-emenda proposta tiffavorixxi definizzjoni li tinkludi l-entitajiet u l-arranġamenti kollha li mhumiex intaxxati, talanqas fuq dik il-parti tad-dħul tagħhom li tgħodd għall-parteċipanti mhux residenti tagħhom skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli fl-Istat Membru fejn l-entità jew l-arranġament legali għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu u jista jiqies bħala stabbilita/residenti. L-entitajiet u l-arranġamenti li ġejjin biss huma esklużi:

    1. Fondi ta’ investiment koperti bl-Artikolu 6 tal-EUSD;

    2. Fondi ta’ pensjonijiet u assi relatati ma’ kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

    3. Entitajiet u arranġamenti stabbiliti esklussivament għal finijiet ta’ karità;

    4. Każijiet ta' sjieda benefiċjarja kondiviża li għaliha jsiru pagamenti ta' mgħax minn operatur ekonomiku li jkun identifika s-sidien benefiċjarji kollha.

    Lista ‘pożittiva’ li tinkludi entitajiet u arranġamenti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘aġenti ta' pagament b'riċevuta’ f'kull Stat Membru, tiddaħħal fl-Anness III. L-Artikolu 18b il-ġdid propost jipprovdi proċedura għall-emenda tal-Anness.

    L-għażla fl-Art 4(3) tal-EUSD li jiġi ttrattat bħala fond ta’ investiment taħt l-Art 6, tinżamm biss għal dawk l-entitajiet u arranġamenti legali li l-assi jew id-dħul tagħhom l-ebda sid benefiċjarju ma jkun intitolat għalihom fil-ħin tal-irċevuta tal-ħlas. Jekk ma jeżerċitawx din l-għażla, dawn jistgħu jiġu obbligati li jaġixxu bħala ‘aġenti ta’ pagament mal-irċevuta’ u li jitqiesu bħala sidien benefiċjarji dawk l-individwi li jkunu kkontribwixxew għall-assi tagħhom.

    Ir-responsabbiltajiet preżenti tal-operaturi ekonomiċi upstream skont l-Art 4(2), l-aħħar sentenza (u l-Artikolu 11(5)), tal-EUSD jibqgħu jgħoddu biss għal pagamenti ta' mgħax li jkunu saru lil dawk l-entitajiet u l-arranġamenti legali fi Stati Membri oħra li, fir-rigward tal-Istat Membru fejn jinsab il-post ta' amministrazzjoni effettiva (li għall-arranġamenti legali, se jkun l-Istat tal-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titlu legali u li primarjament tamministra l-proprjetà u d-dħul tagħhom), huma elenkati fl-Anness III proposta. Madankollu, il-lista mhix eżawrita għall-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-entitajiet u l-arranġamenti kollha minbarra dawk elenkati taħt (a), (b), (c) u (d) hawn fuq, li mhumiex intaxxati skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta u li għandhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva fuq it-territorju tagħhom jaġixxu bħala ‘aġent ta' pagament b'riċevuta’, irrispettivaemnt jekk dawn l-entitajiet u l-arranġamenti legali jiddaħħlux fil-lista tal-Anness III jew tkun xi tkun l-informazzjoni li attwalment tasal minn operaturi ekonomiċi upstream barranin.

    Emendi proposti fl-Artikolu 6 tal-EUSD

    Essenzjalment l-EUSD hija mmirata biex tiżgura tassazzjoni ta' dħul mit-tfaddil fil-forma ta' mgħax, li jiġi ntaxxat skont kriterji pjuttost simili madwar l-Istati Membri kollha. Permezz tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta' Novembru 2000 dwar il-kontenut essenzjali tal-EUSD, madankollu ġie rrikonoxxut li ma tkunx ħaġa effettiva jekk tinżamm definizzjoni formali dwar imgħax u tista' twassal għal distorsjonijiet mhux mixtieqa ta' kompetizzjoni bejn investiment dirett u dak indirett f'każ ta' pretensjonijiet ta' debitu. Għaldaqstant ġie deċiż li fid-definizzjoni tiddaħħal mhux biss dħul minn pretensjonijiet ta' debitu (skont l-Artikolu 11 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kaptial tal-OECD), iżda wkoll dħul mill-imgħax minn ċerti mezzi ta' investiment.

    L-għażla oriġinali li jiġu esklużi l-prodotti finanzjarji innovattivi kollha mill-ambitu tad-Direttiva (il-konklużjonijiet tal-Kunsill EUSD tal-25 ta’ Mejju 1999 u s-26-27 ta' Novembru 2000) minħabba l-istess raġunijiet kienet akkumpanjata b’dikjarazzjoni espliċita li dan il-punt għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fl-okkażjoni tal-ewwel reviżjoni tal-EUSD.

    Bħalissa, l-evażjoni tal-EUSD tista' ssir billi l-affarijiet finanzjarji jitranġaw mill-ġdid b'tali mod li d-dħul, filwaqt li jibbenefika mil-limitazzjonijiet tar-riskju, il-flessibbiltà u rendiment miftiehem fuq l-investiment li jkun ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' debitu, jibqa' eskluż mid-definizzjoni formali ta' mgħax. Għaldaqstant, kif ġie spjegat hawn fuq f'relazzjoni mal-Artikoli 1 u 2, qed jiġi propost li l-ambitu tal-EUSD jiġi ddefinit mill-ġdid biex ikopri mgħax u dħul sostanzjalment ekwivalenti ġejjin minn titoli li, mill-perspettiva ta' investitur, jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' debitu, għax ir-riskju huwa magħruf u mhuwiex ogħla minn dak tal-prestensjonijiet ta' debitu.

    Sabiex l-aġenti ta' pagament jitħallew jidentifikaw strumenti li jaqgħu f'dan l-ambitu, għajr soluzzjonijiet sofistikati bbażati fuq partikolari li ta' spiss ma jkunux magħrufa mill-aġenti ta' pagament (bħall-kompożizzjoni tal-istrument jew ir-rabta bejn il-prestazzjoni tiegħu u d-dħul mill-pretensjonijiet ta' debitu), il-punt il-ġdid propost (aa) fl-Arti 6 jestendi l-ambitu tal-EUSD għal dawk it-titoli li jkunu ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' debitu minħabba l-fatt li l-investitur jirċievi rendiment fuq il-kapital b'kundizzjonijiet definiti fid-data tal-ħruġ, u jirċievi wkoll, fl-għeluq tat terminu tat-titoli, għall-inqas 95% tal-kapital investit, irrispettivament jekk l-assi li jiffurmaw il-bażi ta' dawk it-titoli jinkludux pretensjonijiet ta' debitu jew le.

    Fl-istess ħin, qed jiġi propost irfinar ieħor relatat mal-fondi ta' investiment.

    Fir-rigward tal-fondi ta' investiment stabbilit fl-UE, l-Artikolu 6 fil-preżent ikopri biss dħul minn impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli awtorizzati skont id-Direttiva 85/611/EEC (‘UCITS’), li l-partijiet tiegħu jistgħu jinxtraw u jinbiegħu fi Stat Membri oħra minbarra l-Istat Membru tal-istabbiliment. Madankollu dħul minn impriżi ta' investiment u fondi jew skemi oħra ta' investiment kollettiv li jkun jonqoshom din l-awtorizzazzjoni (‘mhux UCITS’) fil-prinċipju jmorru lil hinn mill-ambitu tad-Direttiva, ukoll jekk dawk li mhux UCITS iridu jiġu rreġistrati mal-awtoritajiet ta' Stat Membru u huma soġġetti għal sorveljanza minnhom. Dan id-dħul isir relevanti biss meta dawk li mhux UCITS ikunu entitajiet mingħajr personalità legali u għalhekk jikkostitwixxu ‘aġenti ta' pagament b'riċevuta.’ Fil-prattika l-biċċa l-kbira ta' dawn li mhux UCITS u mingħajr personalità legali jagħżlu li jitqiesu bħala UCITS. Id-dħul imbagħad jaqa' taħt l-Artikolu 6, kontra d-dħul minn dawk li mhux UCITS u li għandhom personalità legali.

    Ir-riżultat huwa assimetrija ta' trattament fost dawk li ‘mhux UCITS’. Dan la huwa fl-interess tas-suq intern, u lanqas ma kien intenzjonat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2000. Għalhekk, jidher li jeħtieġ li l-Artikolu 6(1)(c) u (d) jiġi emendat, filwaqt li tinbidel ir-referenza għad-Direttiva 85/611/KEE b'referenza għar-reġistrazzjoni tal-impriża jew tal-fond ta' investiment jew skema skont ir-regoli ta' kwalunkwe Stat Membru. Dan jirriżulta fl-applikazzjoni tal-istess regoli mhux biss għall-UCITS kollha, iżda wkoll għal dawk li mhux UCITS, irrispettivament mill-forma legali tagħhom.

    Rigward il-fondi stabbiliti barra mill-UE, bħalissa mhux ċar jekk it-terminu "impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju" jinkludix il-fondi ta’ investiment kollha minkejja r-regolament applikabbli u kif dawn ikunu disponibbli fis-suq għall-investituri. Għalhekk, l-EUSD għandu jiġi emendat biex din id-definizzjoni tiġi definita mill-ġdid skont id-definizzjoni eżistenti tal-OECD għal ‘fond jew skema ta' investiment kollettiv’. Din id-definizzjoni tista' tiġi kondiviża ma' pajjiżi barra mill-UE u tiżgura li dħul ta' mgħax li jgħaddi permezz ta' dawn il-mezzi jiġi ttrattat b'mod xieraq.

    Qed jiġi propost ukoll supplement għall-Artikolu 6(6) biex jikkjarifika li kemm l-investiment dirett kif ukoll dak indirett li jsir minn mezzi ta' investiment kollettiv f'pretensjonijiet ta' debitu u f'titoli għandu jitqies fil-kalkolu tal-perċentwal imsemmi fil-paragrafi ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' April 2005.

    Fir-rigward tad-definizzjoni ta' bħalissa fil-EUSD dwar il-pagament ta' mgħax certi SM appellaw għal estensjoni aktar biex jiġi kopert kwalunkwe tip ta’ dħul mill-kapital, iżda fil-preżent dawn l-opinjonijiet għadhom mhumiex kondiviżi b’mod wiesa’. Għar-raġunijiet spjegati fir-rapport tar-reviżjoni, l-EUSD tista’ ma tkunx l-aktar qafas adattat sabiex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali fir-rigward ta’ ħlasijiet ta’ dividendi u qligħ kapitali minn strumenti finanzjarji spekulattivi li ma jfornu l-ebda protezzjoni kapitali sostanzjali. Soluzzjonijiet ibbażati esklussivament fuq skambju ta' informazzjoni jidher ukoll aktar xieraq biex jiżguraw li ma jkunx hemm lok la għat-tassazzjoni doppja u lanqas għall-evażjoni ta' kwalunkwe taxxa relatata ma' kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u pensjonijiet, minħabba d-differenzi eżistenti fis-sistemi fiskali nazzjonali għal kontribuzzjonijiet li jsiru f'dawn l-istrumenti u l-benefiċċji li joħorġu minnhom. Madankollu, sakemm soluzzjonijiet bħal dawn ibbażati purament fuq skambju ta' informazzjoni jsiru kompletament operattivi skont id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-SM fil-qasam tat-tassazzjoni diretta[1], jidher li jeħtieġ li l-ambitu tal-EUSD jiġi estiż għal benefiċċji minn dawk il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jistgħu jiġu mqabbla direttament ma' impriżi ta' investiment kollettiv, għaliex il-prestazzjoni pożittiva attwali tagħhom mnejn joħorġu l-benefiċċji hija marbuta bis-sħiħ ma' dħul minn pretensjonijiet ta' debitu jew dħul ekwivalenti taħt l-EUSD u għaliex jipprovdu l-ebda riskju ta' kopertura bijometriku sinifikanti (anqas minn 5% tal-kaptial investit, espressa bħala medja għat-tul ta' żmien tal-kuntratt).

    Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Art 6(1) u l-Art 6(8) jiġu emendati biex joħolqu kundizzjonijiet għall-applikazzjoni affidabbli tar- regola tal-pajjiż ta' domiċilju. Dan huwa meħtieġ sabiex l-aġenti ta’ pagament ikunu jistgħu japplikaw l-EUSD għal dħul li jiġi minn impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti f’pajjiżi oħra. Kwalunkwe għażla li tiġi eżerċitata minn SM għall-impriżi tiegħu, flimkien mal-kalkolu tal-perċentwali msemmija fil-paragrafi 1(d) u 6 skont ir-regoli tal-implimentazzjoni ta' dak l-SM, għandhom ikunu vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħra kollha.

    Il-paragrafi l-ġodda 9 u 10 tal-Artikolu 6 jipprovdu għal dispożizzjonijiet ta' anterjorità f'żewġ każijiet: L-ewwel wieħed, jiddaħħal id-dħul skont l-Artikolu 6(1)(aa) sakemm it-titoli kienu nħarġu għall-ewwel darba fl-1 ta' Diċembru 2008 jew wara. It-tieni, benefiċċji minn kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont l-Artikolu 6(1)(e) jiddaħħlu sakemm il-kuntratti kienu ġew sottoskritti fl-istess data jew wara. Dawn id-dispożizzjonijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kuntratti ta' titoli u ta' assigurazzjoni konċernati jiġu ssorveljati b'mod xieraq mill-assiguraturi tagħhom u mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni għal trattament adegwat min-naħa tal-aġenti ta' pagament downstream.

    Emendi proposti fl-Artikolu 8 tal-EUSD

    Għadd ta' emendi jiddaħħlu fl-Artikolu 8 biex itejbu l-kwalità tal-informazzjoni rappurtata.

    L-ewwel nett għas-soluzzjoni ta' ċerti inċertezzi li jikkonċernaw it-trattament ta' dħul minn kontijiet konġunti u każijiet oħra ta' sjieda kondiviża benefiċjarja, l-aġenti ta' pagament jintalbu b'mod espliċitu jagħtu mhux biss l-identità u r-residenza ta' kull sid benefiċjarju konċernat, iżda wkoll dettalji dwar jekk l-ammont irrappurtat għal kull sid benefiċjarju individwali hux l-ammont sħiħ, is-sehem attwali dovut lis-sid benefiċjarju jew sehem indaqs.

    It-tieni emenda hija mmirata għat-tnaqqis fil-piż amministrattiv tal-Istat ta' residenza tas-sid benefiċjarju billi twarrab il-limiti preżenti tal-Artikolu 8(2), li ma jitolbux l-aġent ta' pagament u l-Istat Membru li jirrapporta biex jagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti li jirreferu għall-parti tal-imgħax ta' pagament u dawk li jirreferu għad-dħul kollu minn bejgħ, fidi jew rifużjoni ta' titolu. Dan jagħmilha wkoll aktar diffiċli meta tiġi biex tkejjel l-effikaċja tal-EUSD.

    Fl-aħħar nett, l-informazzjoni li tingħata mill-aġenti ta' pagament hija dattata skont l-emendi proposti għall-Artikolu 2 u 6 tal-EUSD.

    Emendi proposti fl-Artikolu 11 tal-EUSD

    Il-proċeduri għall-applikazzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn matul il-perjodu tranżizzjonali jiġu emendati skont l-emendi proposti tal-Artikoli 4, 6, u 8 tal-EUSD.

    Emendi proposti fl-Artikolu 13 tal-EUSD

    L-Artikolu 13 fil-preżent jipprovdi għal żewġ proċeduri għal eċċezzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn: Ċertifikat u żvelar fuq bażi volontarja. Il-proċedura li tippermetti lis-sid benefiċjarju jippreżenta ċertifikat ma tipprovdi l-ebda dettall ta' użu dirett lill-Istat tar-residenza tas-sid benefiċjarju u hija anqas prattikabbli għalih(a) milli l-proċedura tal-iżvelar fuq bażi volontarja. Il-piż addizzjonali li jintefa' fuq l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat tal-aġent ta' pagament bl-applikazzjoni tal-proċedura fuq bażi volontarja jiġi kkumpensat bit-tnaqqis fil-piż fuq l-Istat tar-residenza tas-sid benefiċjarju. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ ċertifikat tista’ tqajjem mistoqsijiet dwar il-kumpatibbiltà mal-moviment liberu tal-kapital, pereżempju għaliex din tagħmilha diffiċli għal ċittadin tal-UE li huwa residenti fiskali barra mill-UE sabiex jaħrab mit-taxxa minn ras il-għajn, li għaliha la jista’ jikseb kreditu u lanqas rifużjoni. Għalhekk qed tiġi proposta emenda tal-Artikolu 13 sabiex jippermetti biss il-proċedura ta' żvelar fuq bażi volontarja.

    Emenda proposta tal-Artikolu 15 tal-EUSD

    Ir-referenza għall-Anness bil-lista tal-entitajiet relatati li jaġixxu bħala awtorità pubblika jew li r-rwol tagħhom huwa rikonoxxut b'trattat internazzjonali għandha tinbidel minħabba l-introduzzjoni ta' annessi ġodda.

    Emendi proposti tal-Artikolu 18 tal-EUSD

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma mistiedna jagħtu lill-Kummissjoni l-istatisitika relevanti dwar l-applikazzjoni tal-EUSD, sabiex b'hekk itejbu l-kwalità tal-informazzjoni fir-rapport tal-Kummissjoni li għandu jitressaq quddiem il-Kunsill kull tliet snin.

    L-Artikolu 18a u 18b il-ġodda tal-EUSD

    Jiddaħħlu Artikolu 18a u 18b ġodda biex jipprovdu għal proċeduri li jadattaw il-listi inklużi fl-Annessi bl-għajnuna ta' kumitat. Dan il-kumitat fuq kooperazzjoni amministrattiva fit-tassazzjoni se jassisti wkoll fir-reġistazzjoni tal-informazzjoni li kwalunkwe reġistru ċentrali għandu jkollu dwar l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji li jista' jinżamm minn aġent ta' pagament li għandu attivitajiet f'diversi Stati Membri (ċerti kategoriji ta' operaturi fis-suq talbu għall-possibbiltà li jkollhom reġistru bħal dan), listi ta' dokumenti li jidentifikaw is-sidien benefiċjarji u lista miftiehma ta' fornituri tad-dejta tal-informazzjoni neċessarja għat-trattament adegwat min-naħa tal-aġenti ta' pagament tad-dħul ġej minn mezzi ta' investiment kollettiv jew titoli speċifiċi. Il-formats u proċeduri komuni għall-iskambju tal-informazzjoni u mudelli komuni ta' ċertifikati u dokumenti oħra utli għall-applikazzjoni tad-Direttiva jistgħu wkoll jiġu stabbiliti bl-għajnuna tal-kumitat. Referenza għandha ssir fl-Art 18b tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-kumitat.

    Emendi proposti relatati mal-Annessi għall-EUSD

    L-Anness fid-Direttiva preżenti ssir l-Anness IV u l-Annessi li jsegwu ddaħħlu l-aktar sabiex l-aġenti ta' pagament ikollhom kjarifika u biex jitnaqqsilhom il-piż amministrattiv tagħhom (L-Anness V huwa lista ta' statistiċi li jkollhom isiru disponibbli mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill adotatti fis-26 ta' Mejju 2008):

    5. L-Anness I: ‘Lista ta' forom legali ta' entitajiet u ta' arranġamenti legali li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) sakemm ikunu residenti, minħabba l-preżenza tagħhom hemmhekk tal-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom, if ħdan it-territorju ta' pajjiżi jew ġuriżdizzjonijiet speċifiċi’;

    6. L-Anness II: ‘Lista ta' Stati Membri li jattribwixxu numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, talanqas mat-talba, lil kwalunkwe individwu li jkun residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu jew tagħha’;

    7. L-Anness III: ‘Lista indikattiva ta' ‘aġenti ta' pagament b'riċevuta’ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu (2)’, u

    8. L-Anness V: ‘Lista ta' ħwejjeġ għal skopijiet statistiċi’.

    2.2. L-Artikolu 2 ta' din il-proposta

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi skeda taż-żmien u r-rekwiżiti għat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendata fil-liġi nazzjonali L-emendi se jkollhom jiġu applikati fit-territorju tal-Istati Membri mill-ewwel jum tat-tielet sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha d-Direttiva daħlet fis-seħħ. Regoli nazzjonali ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati u ppubblikati minn qabel biżżejjed sabiex l-aġenti ta' pagament u l-operaturi tas-suq konċernati jkunu jistgħu jadattaw il-proċeduri tagħhom sad-data tad-dħul tal-applikazzjoni tal-emendi.

    2008/0215 (CNS)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta' r-riżervi fuq id-dħul [fuq id-dħul mit-tfaddil] fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax.

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni[2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4]

    Billi:

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE[5] ilha tiġi applikata fl-Istati Membri sa mill-1 ta' Lulju 2005 u kienet effettivi tul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tagħha, fil-limiti stabbiliti skont l-ambitu tagħha. Madankollu, mill-ewwel rapport[6] dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE jidher li d-Direttiva ma tissodisfax l-ambizzjonijiet espressi fil-konklużjonijiet unanimi tal-Kunsill tal-ECOFIN tas-26 u s-27 ta' Novembru 2000[7]. B'mod partikolari, mhumiex kioperti ċerti strumenti finanzjarji li huma ekwivalenti għal titoli bl-imgħax u ċerti mezzi indiretti ta' kif jinżammu titoli bl-imgħax.

    (2) Id-Direttiva 2003/48/KEC tapplika biss għal pagamenti ta' mgħax li jsiru għall-benefiċċju immedjat ta' individwi. Individwi residenti fil-Komunità għalhekk jistgħu jevadu d-Direttiva 2003/48/KE billi jużaw entità jew arranġament legali intermedjarja, speċjalment wieħed stabbilit f'ġuriżdizzjoni fejn ma tkunx żgurata it-tassazzjoni fuq id-dħul imħallsa lill-entità jew lill-arranġament. Minħabba wkoll il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus stabbiliti fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu [8], huwa għaldaqstant xieraq li l-aġenti ta' pagament jintalbu japplikaw "metodu ta' trasparenza" għal pagamenti li saru lil ċerti entitajiet jew arranġamenti legali stabbiliti barra mill-Komunità, u biex jużaw l-informazzjoni diġà disponibbli għalihom dwar is-sid/sidien benefiċjarju/i attwali tal-entità jew l-arranġament sabiex japplikaw id-Direttiva 2003/48/KE meta s-sid benefiċjarju hekk identifikat ikun resident individwali fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn ikun stabbilit l-aġent ta' pagament. Sabiex jitnaqqsu l-inċertezzi u l-piż amministrattiv fuq l-aġenti ta' pagament, lista ta' entitajiet u arranġament f'ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi konċernati minn din il-miżura għandha tiġi deskritta f'anness għad-Direttiva 2003/48/KE.

    (3) Sabiex jintlaħaq aħjar l-għan tad-Direttiva 2003/48/KE, għandha tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni użata biex tistabbilixxi l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji, filwaqt li jitnaqqas kemm jista' jkun kwalunke piż amministrattiv addizzjonalli għall-aġenti ta' pagament. L-aġenti ta' pagament għandhom jużaw l-aħjar informazzjoni disponibbli għalihom, inklużi dokumenti li jippruvaw li r-residenza għall-finijiet tat-taxxa ta' individwu qiegħda f'pajjiż ieħor barra dak tal-indirizz permanenti tiegħu. B'mod partikolari, għandu jiġi ffaċilitat rikors tal-aġenti ta' pagament għan-numru tal-identifixazzjoni tat-taxxa ta' sidien benefiċjarji permezz ta' anness li jagħti l-informazzjoni dwar dawn in-numri. L-aġenti ta' pagament li jkollhom attivitajiet fi Stati Membri differenti għandhom jitħallew iżommu reġistru ċentrali tal-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji, u għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni li jirregolaw l-informazzjoni fit-tali reġistru.

    (4) Sabiex jiġi evitat l-evażjoni tad-Direttiva 2003/48/KE meta pagament ta' dħul jgħaddi b'mod artifiċjali permezz ta' operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Komunità, l-operaturi ekonomiċi Komunitarji għandhom ikunu ċari dwar x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom meta jsiru jafu li pagament ta' mgħax ikun sar lil operatur li mhuwiex stabbilit skont l-ambitu territorjali tad-Direttiva 2003/48/KE għall-benefiċċju ta' individwu, li huma jafu li huwa resident ta' Stat Membru ieħor u li jista' jitqies bħala klijent minn tagħhom. F'ċirkostanzi bħal dawn, dawn l-operaturi ekonomiċi għandhom jitqiesu li qed jaġixxu ta' aġenti ta' pagament. Dan jgħin ukoll sabiex jiġi evitat l-użu ħażin possibbli tan-netwerk internazzjonali tal-istituzzjonijiet finanzjarji (fergħat, sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew possedenti) li jevadu d-Direttiva 2003/48/KE.

    (5) L-esperjenza turi li jeħtieġ aktar ċarezza dwar l-obbligu tal-aġir ta' aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' mgħax. B'mod partikolari, l-istrutturi intermedjarji li huma soġġetti għal dan l-obbligu għandhom ikunu identifikati b'mod ċar. Entitajiet u arranġamenti legali li, skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli fl-Istat Membru fejn għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom, mhumiex intaxxati fuq id-dħul tagħhom jew fuq dik il-parti tad-dħul tagħhom ġej minn benefiċjarji li mhumiex residenti, inklużi imgħax fuq it-tfaddil jew dħul sostanzjalment ekwivalenti , għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2003/48/KE mal-irċevuta għandhom ta' kwalunkwe pagament ta' mgħax minn kwalunkwe operatur ekonomiku upstream. Lista ta' tali entitajiet u arranġamenti legali f'kull Stat Membru għandha tiddaħħal f'anness.

    (6) Jidher mill-ewwel rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE li wieħed jista' jevadi d-Direttiva 2003/48/KE bl-użu ta' strumenti finanzjarji li, fir-rigward tal-livell ta' riskju, flessibbiltà u rendiment miftiehem, huma ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' debitu. Għalhekk jeħtieġ li jkun żgurat li d-Direttiva 2003/48/KE tkopri mhux biss imgħax izda wkoll dħul sostanzjalment ekwivalenti.

    (7) B'mod simili, ċerti kategoriji ta' kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jipprovdu kopertura ta' riskju bijometriku limitata ħafna u li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta bis-sħiħ ma' dħul minn pretensjonijiet ta' debitu jew dħul ekwivalenti kopert bid-Direttiva 2003/48/KE ġeneralment jitqiesu bħala prodotti sostituti ta' investiment mhux professjonali għal imprizi ta' investiment kollettiv. Għalhekk l-ambitu tad-Direttiva 2003/48/KE għandu jiġi estiż għal benefiċċji li jitħallsu taħt tali kuntratti.

    (8) Fir-rigward ta' fondi ta' investiment stabbiliti fil-Komunità, id-Direttiva 2003/48/KE fil-preżent tkopri biss dħul ġej minn impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)[9]. Dħul ekwivalenti minn dawk li mhux UCITS jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 2003/48/KE biss meta dawk li mhux UCITS ikunu entitajiet mingħajr personalità legali u għalhekk jaġixxu bħala aġenti ta' pagament b'riċevuta tal-pagamenti ta' mgħax. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-UCITS kollha u għal dawk li mhux UCITS tkun xi tkun il-forma legali tagħhom, ir-referenza fid-Direttiva 2003/48/KE għad-Direttiva 85/611/KEE għandha tinbidel b'referenza għar-reġistrazzjoni tal-impriża jew fond jew skema tal-investiment f'konformità mar-regoli ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

    (9) Fir-rigward tal-fondi stabbiliti barra mill-Komunità, jeħtieġ li jkun ċar li d-Direttiva tinkludi mgħax u dħul ekwivalenti mill-fondi ta' investiment kollha kemm huma irrispettivament mill-forma legali tagħhom u kif jinżammu mal-investituri.

    (10) Id-definizzjoni ta' pagament ta' mgħax għandu jkun ikkjarifikat biex tiżgura li jitqiesu mhux biss investimenti diretti f'pretensjonijiet ta' debitu iżda wkoll investimenti indiretti fil-kalkolu tal-perċentwal tal-assi investiti fit-tali strumenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni minn aġenti ta' pagament tad-Direttiva 2003/48/KE għad-dħul ġej minn impriżi ta' investiment kollettiv stabbiliti f'pajjiżi oħra, għandu jkun ċar li t-trattament ta' ċertu dħul minn impriżi bħal dawn ikun irregolat skont ir-regoli stipulati fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.

    (11) Għandu jittejjeb ir-rappurtar ta' informazzjoni minn aġenti ta' pagament biex jiżdied il-valur tal-informazzjoni għall-Istat tar-residenza tas-sidien benefiċjarji, b'mod partikolari fir-rigward tad-dħul minn kontijiet konġunti u każijiet oħra ta' sjieda benefiċjarja kondiviża.

    (12) Għandha titneħħa l-proċedura ta' "ċertifikazzjoni" li tippermetti lis-sidien benefiċjarji li huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru wieħed jevitaw l-impożizzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn fuq imgħax ġej minn Stat Membru ieħor elenkat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/48/KE, għaliex minn dik il-proċedura tirriżulta anqas informazzjoni milli mill-proċedura alternattiva ta' żvelar fuq bażi volontarja lill-Istat tar-residenza tas-sid benefiċjarju u għaliex hija aktar iebsa għas-sidien benefiċjarji.

    (13) L-Istati Membri għandhom jagħtu statistiċi relevanti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE għat-titjib fil-kwalità tal-informazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni fit-tħejjija tar-rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li jitressaq quddiem il-Kunsill kull tliet snin.

    (14) Ladabra l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta-Direttiva 2003/48/KE huma miżuri ta’ ambitu ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni,[10] għandhom ikunu adottati billi tintuża l-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (15) Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2003/48/KE għandha tigi emendata kif ġej:

    (1) L-Artikolu 1(2) jinbidel b'dan li ġej:

    “2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jitwettqu minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorju tagħhom, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni ta' debitu, jew min joħroġ it-titolu, li jipproduċi l-pagament ta' mgħax.

    (2) L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i) Il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

    “Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) "użufruttwarju" ["sid benefiċjarju"] tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi pagament ta' mgħax jew kwalunkwe individwu għal min pagament ta' mgħax hu ggarantit, sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew iggarantit għall-vantaġġ proprju, jiġifieri li:

    (ii) Il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

    “(b) jaġixxi għan-nom ta' entità jew arranġament legali u jiżvela l-isem, il-forma legali u l-indirizz tal-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità jew, fil-każ ta' arranġement legali, l-isem u l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titlu legali u li primarjament tamministra l-proprjetà u d-dħul tiegħu, lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' mgħax, jew”

    (b) Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    “3. Meta operatur ekonomiku fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] jagħmel pagament ta' mgħax jew, jew jiggarantixxi pagament bħal dan għal, entità jew arranġament legali li jikkorrispondu għal dawk deskritti fl-Anness I, id-definizzjoni fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi s-sid benefiċjarju kif iddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE, ta' tali entità jew arranġament legali.”

    (3) L-Artikoli 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

    " Artikolu 3

    Identità u residenza ta' sidien benefiċjarji

    1. Kull Stat Membru għandu, fit-territorju tiegħu, jadotta u jiżgura l-applikazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex iħallu l-aġent ta' pagament jiddentifika s-sidien benefiċjarji u r-residenza tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 8 sa 12.

    Dawn il-proċeduri għandhom iħarsu l-istandards minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

    2. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sidien benefiċjarji fuq il-bażi ta' standards minimi li jvarjaw skont meta jibdew ir-relazzjonijiet bejn l-aġent ta' pagament u r-riċevitur tal-imgħax, kif ġej:

    (a) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem u l-indirizz tiegħu, billi juża' l-informazzjoni li qiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu, partikolarment skond ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

    (b) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem, l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid u, jekk is-sid benefiċjajru jkollu l-indirizz tiegħu jew inkella juri provi li għall-finijiet tat-taxxa huwa residenti fi Stat Membru elenkat fl-Anness II, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti allokat minn dak l-Istat Membru.

    Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi tal-passaport jew tal-karta tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor elenkat fl-Anness II li s-sid benefiċjajru jippreżenta. Kwalunkwe dettall bħal dan li ma jidhirx f'dak il-passaport jew f'dik il-karta tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali għandu jkun stabbilit abbażi ta' kwalunkwe prova oħra ta' dokument uffiċjali ta' identità li s-sid benefiċjarju jippreżenta u li jinħareġ minn awtorità pubblika tal-pajjiż fejn għandu l-indirizz tiegħu jew inkella fejn juri prova li huwa residenti għall-finijiet tat-taxxa.

    3. Meta s-sid benefiċjarju jippreżenta fuq bażi volontarja ċertifikat tar-residenza fiskali maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż tul l-aħħar tliet snin qabel id-data tal-pagament, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab f'dak il-pajjiż. F'nuqqas ta' dan, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab fil-pajjiż fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-istandards minimi li ġejjin:

    (a) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi r-residenza tas-sid benefiċjarju billi juża' l-informazzjoni li qiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu fid-data tal-pagament, partikolarment skont ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

    (b) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, għal tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti kurrenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-indirizz li jirriżulta mill-proċeduri tal-identifikazzjoni deskritti fil-punt (b) tal-paragrafu 2 li għandu jiġi aġġornat abbażi tal-aħħar dokumentazzjoni li tkun disponibbli għall-aġent ta' pagament. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata l-aktar tard meta jiskadi l-passaport jew il-karta ta' identità uffiċjali jew prova oħra ta' dokument uffiċjali ta' identità ppreżentat mis-sid benefiċjarju.

    Għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali għal tranżazzjonijiet imwettqa, fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, minn individwi li jippreżentaw passaport jew karta ta' identità uffiċjali oħra jew prova oħra ta' dokument uffiċjali ta' identità maħruġ minn Stat Membru li jiddikjaraw lilhom infushom bħala residenti f'pajjiż terz, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' ċertifikat tar-residenza fiskali maħruġ tul l-aħħar tliet snin qabel id-data tal-pagament mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn l-individwu qed jiddikjara li huwa residenti. Fin-nuqqas tal-preżentazzjoni ta' dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru li ħareġ il-passaport jew dokument uffiċjali ieħor tal-identità għandu jiġi kkunsidrat bħala l-pajjiż ta' residenza. Għal individwi li tagħhom l-aġent ta' pagament ikollu d-dokumentazzjoni uffiċjali għad-dispożizzjoni tiegħu li turi prova li għall-finijiet tat-taxxa għandhom ir-residenza tagħhom f'pajjiż differenti minn dak tal-indirizz permanenti tagħhom minħabba l-privileġġi marbuta mal-istatus diplomatiku tagħhom jew minħabba regoli internazzjonali miftiehma oħra, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumentazzjoni uffiċjali oħra disponibbli għall-aġent ta' pagament.

    Artikolu 4

    Aġenti ta' pagament

    1. Operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' mgħax kif iddefinit fl-Artikolu 6(1) lil jew li jiggarantixxi tali pagament għal, benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Pagament li jkun sar jew li jiġi ggarantit għall-benefiċċju immedjat ta' entità jew arranġement legali elenkat fl-Anness I għandu jitqies li jkun sar jew huwa ggarantit għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju, kif iddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE, tal-entità jew l-arranġament legali.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, hija irrelevanti jekk l-operatur ekonomiku konċernat ikunx id-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni ta' debitu jew it-titolu li jipproduċi d-dħul jew inkella jkunx l-operatur ekonomiku inkarigat bir-responsabbiltà tal-pagament tad-dħul jew biex jiggarantixxi l-pagament tad-dħul mid-debitur jew minn min ħareġ il-pretensjoni ta' debitu jew mis-sid benefiċjarju.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li ma hemmx dupplikazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-aġent ta' pagament fir-rigward tal-istess pagament ta' mgħax.

    Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva sakemm ikun jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) Jagħmel pagament ta' mgħax kif iddefinit fl-Artikolu 6(1) lil, jew jiggarantixxi tali pagament għal, operatur ekonomiku ieħor stabbilit barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra mill-ambitu territorjali tal-applikazzjoni tal-ftehimiet u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 17(2), u

    (b) l-ewwel operatur ekonomiku jkollu prova li turi li t-tieni operatur ekonomiku se jħallas id-dħul lil, jew jiggarantixxi tali pagament għall-benefiċċju immedjat, ta' sid benefiċjarju li jkun individwu magħruf mill-ewwel operatur bħala resident fi Stat Membru ieħor, fir-rigward tal-Artikolu 3.

    Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) huma sodisfatti, pagament li jsir jew li jkun iggarantit mill-ewwel operatur ekonomiku għall-benefiċċju immedjat tat-tieni operatur ekonomiku għandu jitqies bħala li sar jew li huwa ggarantit mill-ewwel operatur ekonomiku għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju msemmi fil-punt (b).

    2. Entità jew arranġament legali li ma jkunx intaxxat fuq id-dħul tiegħu jew fuq il-parti mid-dħul ġejja mill-parteċipanti li mhumiex residenti, inkluż fuq kwalunkwe pagament ta' mgħax, skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli fl-Istat Membru fejn l-entità jew l-arranġament legali jkollu l-post ta' amminstrazzjoni effettiva tagħhom, għandu jitqies bħala aġent ta' pagament mal-irċevuta jew malli jiggarantixxi t-tali pagament.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu arranġament legali għandu jitqies li għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu fil-pajjiż fejn ikollha l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamministra l-proprjetà u d-dħul tiegħu jew fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu.

    Il-pagament riċevut jew iggaranti mill-entità jew l-arranġament legali għandu jitqies bħala li sar direttament lil, jew li ġie ggarantit għall-benefiċċju immedjat ta' kwalunkwe individwu li huwa legalmentinntitolat għall-assi jew għad-dħul tal-entità jew l-arranġament legali, jew fl-assenza ta' kwalunkwe tali individwu, bħala li sar direttament lil, jew li ġie ggarantit għall-benefiċċju immedjat ta', kwalunkwe individwu magħruf mill-persuni inkarigati mill-amministrazzjoni tal-entità jew l-arranġament legali bħala li kkontribwixxa direttament jew indirettament għall-assi tal-entità jew l-arranġement legali konċernata.

    Dawk l-individwi mbagħad jiġu ttratati bħala sidien benefiċjarji tal-pagament f'konformità mal-Artikoli 2 u 3.

    Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk li l-entità jew l-arranġament legali jaqa' f'waħda minn dawn il-każijiet:

    (a) ikun impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv li d-dħul tagħha jkun kopert taħt il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 6(1);

    (b) jaqdi l-amministrazzjoni tal-assi ta' fond ta' pensjoni jew ta' kumpanija tal-assigurazzjoni;

    (c) huwa magħruf skont il-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun residenti li qed jaqdi esklussivament għanijiet ta' karità;

    (d) jikkostitwixxi sjieda benefiċjarji kondiviża li għaliha operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ikun stabbilixxa l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha f'konformità mal-Artikolu 3 u għalhekk jaġixxi bħala aġent ta' pagament skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    L-Aness III jiddeskrivi l-kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti legali li, skont l-Istat Membru fejn għandhom il-post ta' l-ammministrazzjoni effettiva tagħhom, għandhom fil-każijiet kollha għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) jitqiesu bħala aġent ta' pagament malli jagħmlu pagament ta' mgħax, jew malli jiggarantixxu tali pagament.

    Kwalunkwe operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' mgħax li, jew li jiggarantixxi pagament ta' mgħax għal, entità jew arranġament legali inklużi fil-lista ppreżentata fl-Anness III għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu l-isem u l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità, jew fil-każ ta' arranġament legali, l-isem u l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamminstra l-proprjetà u d-dħul tal-arranġament legali, u l-ammont totali tal-imgħax imħallas lil, jew iggarantit għal, l-entità jew l-arranġament legali. Fejn il-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġament legali jinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

    3. Dawn l-entitajiet u l-arranġamenti legali msemmija fil-paragrafu 2 li għall-assi jew id-dħul tagħhom ma hemm l-ebda sid benefiċjarju li jkun immedjatament intitolat fil-ħin tal-irċevuta ta' pagament ta' mgħax għandu jkollhom l-għażla li għall-finijiet ta' din id-Direttiva jiġu ttrattati bħala impriża ta' investiment kollettiv jew ta' fond jew skema oħra ta' investiment kollettiv imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

    Meta entità jew arranġament legali teżerċita din l-għażla, l-Istat Membru fejn ikollu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu għandu joħroġ ċertifikat li juri dan. L-entità jew l-arranġament legali għandu jippreżenta dak il-ċertifikat lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' mgħax.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati dwar din l-għażla għal entitajiet u arranġamenti legali li għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom u għandhom jiżguraw li l-entità jew l-arranġament legali li jkun eżerċita din l-għażla jaġixxi bħala aġent ta' pagament skont il-paragrafu 1, sal-ammont totali tal-pagamenti ta' mgħax riċevuti, f'kull okkażjoni li sid benefiċjarju jsir immedjatament intitolat għall-assi jew id-dħul tiegħu.”

    (4) L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

    “ Artikolu 6

    Definizzjoni ta' pagament ta' mgħax

    1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "pagament ta' mgħax" tfisser:

    (a) imgħax imħallas jew akkreditat għal kont, relatat ma' pretensjonijiet ta' debitu ta' kull tip, kemm jekk iggarantiti permezz ta' ipoteka kemm jekk le u kemm jekk għandhom dritt għal parteċipazzjoni fil-profitti tad-debitur kemm jekk le, u, partikolarment, dħul minn titoli tal-gvern u dħul minn bonds jew obbligazzjonijiet, inklużi primjums u premji marbuta ma' dawn it-titoli, bonds jew obbligazzjonijiet; piżijiet penali għal pagamenti li jsiru tard ma għandhomx jitqiesu bħala pagamenti ta' mgħax;

    (aa) kull dħul imħallas jew akkreditat f'kont, relatat ma' titoli ta' kwalunkwe tip li permezz tagħhom l-investitur jirċievi

    (i) dħul fuq il-kapital li l-kundizzjonijiet marbuta miegħu jkunu definiti fid-data tal-ħruġ, u

    (ii) fi tmiem it-terminu tagħhom, talanqas 95% tal-kapital investit;

    (b) imgħax akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe dħul akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tat-titoli msemmija fil-punt (aa):

    (c) dħul ġej minn pagamenti kif msemmija fil-punti (a), (aa) jew (b) kemm jekk direttament jew permezz ta' entità jew arranġament legali msemmija fl-Artikolu 4(2), li jitqassam permezz ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

    (i) impriżi ta' investiment kollettiv jew forndi jew skemi ta' investiment kollettiv skont ir-regoli ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri;

    (ii) entitajiet jew arranġamenti legali li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

    (iii) kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbilita barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7, irrespettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u u minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

    (d) dħul realizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi ta' ishma jew unitajiet fl-impriżi, entitajiet, arranġamenti legali, fondi jew skemi ta' investiment li ġejjin , jekk jinvestu, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' tali impriżi, entitajiet jew arranġamenti legali jew fondi jew skemi ta' investiment oħra, aktar minn 40% mill-assi tagħhom fi pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmija fil-punt (a) jew fit-titoli kif imsemmija fil-punt (aa):

    (i) impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi ta' investiment kollettiv skont ir-regoli ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri;

    (ii) entitajiet jew arranġamenti legali li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

    (iii) kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbilita barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7, irrespettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u u minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

    (e) benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja fejn il-kuntratt jipprovdi għal riskju bijometriku li, espressi bħala medja għat-tul taż-żmien tal-kuntratt, ikunu aktar baxxi minn 5% tal-kapitali assigurat u l-prestazzjoni attwali tiegħu ikun marbut bis-sħiħ mal-imgħax jew id-dħul tat-tipi msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c) u (d); għal dan il-għan kwalunkwe differenza bejn l-ammonti li jitħallsu skont kuntratt tal-assigurazzjoni u t-total al-pagamenti kollha li jkunu saru lill-assiguratur tal-ħajja taħt l-istess kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha titqies bħal benefiċċji minn kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

    Madankollu, Stati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jinkludu dħul imsemmi taħt (d) fid-definizzjoni ta' mgħax biss sa l-estent li dan id-dħul jikkorrispondi għal qligħ direttament jew indirettament ġej minn pagamenti ta' mgħax fis-sens ta' (a), (aa) u (b). Fejn Stat Membru jeżerċita dik l-għażla, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data tat-tali pubblikazzjoni, l-eżerċizzju tal-għażla għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħra

    2. Fir-rigward tal-paragrafu (c) u (d) tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollux informazzjoni dwar il-proporzjon tad-dħul li jiġi minn pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punti (a), (aa) jew (b), l-ammont totali tad-dħul għandu jiġi kkunsidrat bħala pagament ta' mgħax.

    3. Fir-rigward tal-paragrafu (d), meta aġent ta' pagament ma għandux informazzjoni dwar il-perċentwal tal-assi investiti fi pretensjonijiet ta' debitu jew tat-titoli relevanti, jew f'ishma jew unitajiet kif iddefiniti f'dak il-punt, dak il-perċentwal għandu jiġi kkunsidrat li hu 'l fuq minn 40 %. Fejn ma jistax jistabbilixxi l-ammont ta' dħul realizzat mis-sid benefiċjarju, id-dħul għandu jiġi meqjus li jikkorrispondi għad-dħul mill-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-ishma jew unitajiet.

    4. Fejn pagament ta' mgħax kif iddefinit fil-paragrafu 1 isir lil entità jew arranġament legali msemmi fl-Artikolu 4(2) jew akkreditat f'kont miżmum mit-tali entità jew arranġament legali, għandu jiġi meqjus bħala pagament ta' mgħax mit-tali entità jew l-arranġament legali sakemm dik l-entità jew l-arranġament legali ma jkunx eżerċita l-għażla pprovdut fl-Artikolu 4(3).

    5. Fir-rigward tal-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1, Stati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jirrikjedu lill-aġenti ta' pagament fit-territorju tagħhom biex jannwalizzaw l-imgħax matul perjodu ta' żmien li ma jistax ikun iżjed minn sena, u li jittrattaw dan l-imgħax annwalizzat bħala pagament ta' mgħax anki jekk l-ebda bejgħ, fidi jew rifużjoni ma sseħħ matul dak il-perjodu.

    6. B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' mgħax kwalunkwe dħul imsemmi f'dik id-dispożizzjoni li jitqassam minn impriżi jew entitajiet jew arranġamenti legali stabbiliti fi ħdan it-territorju tagħhom fejn l-investiment dirett jew indirett ta' tali entitajiet jew arranġamenti legali f'pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu (1) jew f'titoli msemmija fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 ma jaqbiżx il-15% tal-assi tagħhom.

    B'mod simili, b'deroga mill-paragrafu 4, Stati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' mgħax fil-paragrafu 1 imgħax imħallas jew akkreditat f'kont ta' entità jew arranġament legali msemmi fl-Artikolu 4(2) li ma eżerċitax l-għażla skont l-Artikolu 4(3) u li r-residenza tiegħu hija stabbilita fit-territorju tagħhom, fejn l-investiment dirett jew indirett ta' din l-entità jew arranġament legali fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-paragrafu 1 jew f'titoli msemmija fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 ma kienx 'il fuq minn 15% tal-assi tiegħu.

    Fejn Stat Membru jeżerċita waħda mill-għażliet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi jew inkella it-tnejn, għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data tat-tali pubblikazzjoni, l-eżerċizzju tal-għażla għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħra

    7. Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1(d) u l-paragrafu 3 għandu mill-1 ta' Jannar 2011 ikun 25%.

    8. Il-perċentwali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-politika ta' investiment stipulat fir-regoli tal-fondi jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-impriżi jew entitajiet jew arranġamenti legali jew fondi jew skemi ta' investiment konċernati.

    Fejn dawk ir-regoli jew strumenti ma jidefinixxux polza ta' investiment, dawk il-perċentwali għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-kompożizzjoni attwali tal-assi tal-impriżi jew l-entitajiet jew arranġamenti legali jew fondi jew skemi ta' investiment konċernati, bħala ir-riżultat maħdum fuq il-medja tal-assi fil-bidu u fit-tmiem tal-aħħar perjodu ta' kontabbiltà qabel id-data meta l-pagament ta' mgħax isir jew jiġi ggarantit mill-aġent ta' pagament lis-sid benefiċjarju. Għal impriżi li għadhom kif ġew ikkostitwiti jew entitajiet jew arranġamenti legali jew fondi jew skemi ta' investiment, il-kompożizzjoni attwali għandha tkun ir-riżultat maħdum fuq il-medja tal-assi mill-bidu tal-perjodu ta' kontabbiltà attwali u fit-tmiem tal-aħħar xahar qabel id-data li fiha l-pagament ta' mgħax isir jew jiġi ggaranti mill-aġent ta' pagament lis-sid benefiċjarju.

    Il-kompożizzjoni tal-assi, li titkejjel skont ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru fejn tkun irreġistrata impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv, għandha tkun vinkolanti għall-Istati Membri l-oħra.

    9. Id-dħul imsemmi fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' mgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel fl-1 ta' Diċembru 2008 jew wara.

    10. Benefiċċji mill-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jitqiesu biss bħala pagament ta' mgħax f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 1 skont safejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li rriżultaw f'tali benefiċċji ġew sottoskritti għall-ewwel darba fl-1 ta' Diċembru 2008 jew wara.”

    (5) L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

    “ Artikolu 8

    Ir-rappurtar tal-informazzjoni mill-aġent ta' pagament

    1. Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru barra minn dak fejn l-aġent ta' pagament hu stabbilit, l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata mill-aġent ta' pagament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri ta' stabbiliment tiegħu għandu jikkonsisti fi:

    (a) l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju stabbilit skont l-Artikolu 3 jew, f'każijiet ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-identità jew ir-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 1(1);

    (b) l-isem u l-indirizz tal-aġent ta' pagament;

    (c) in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fil-każ li ma jkunx hemm, l-identifikazzjoni tal-pretensjoni ta' debitu li jirriżulta fil-pagament ta' mgħax jew tal-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, titolu jew sehem jew unità li tipproduċi dak il-pagament;

    (d) informazzjoni dwar il-pagament ta' mgħax skont il-paragrafu 2.

    2. L-ammont minimu ta' informazzjoni dwar pagament ta' mgħax li għandu jiġi rrappurtat mill-aġent ta' pagament għandu jiddistingwi bejn il-kategoriji ta' mgħax li ġejjin u jindika:

    (a) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' mgħax imħallas jew akkreditat;

    (aa) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (aa) tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' kwalunkwe mgħax imħallas jew akkreditat;

    (b) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punti (b) jew (d) tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' mgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew l-ammont sħiħ tad-dħul mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni; l-aġent ta' pagament għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit meta jirraporta dwar l-ammont sħiħ tad-dħul mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni;

    (c) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-paragrafu jew l-ammont sħiħ tat-tqassim; l-aġent ta' pagament għandu speċifikament jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit meta jirrapporta dwar l-ammont sħiħ tat-tqassim;

    (d) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(4): l-ammont ta' dħul li jiġi attribwit lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 1(1);

    (e) fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): l-ammont ta' mgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

    (f) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 6(1): il-benefiċċju kkalkolat skont dik id-dispożizzjoni.

    3. F'każijiet ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-aġent ta' pagament għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit dwar jekk l-ammont irrapurtat għal kull sid benefiċjarju huwiex l-ammont sħiħ imħallas lis-sidien benefiċjarji kollettivament, is-sehem attwali li għandu s-sid benefiċjarju konċernat jew sehem indaqs.

    4. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament biex jarrappurtaw biss kif ġej:

    (a) fil-każ ta' pagamenti ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punti (a), (aa) u (c) tal-Artikolu 6(1), l-ammont sħiħ tal-imgħax jew dħul;

    (b) fil-każ ta' pagamenti ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punti (b), u (d) tal-Artikolu 6(1), l-ammont sħiħ tad-dħul fi flus mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni relatati ma' tali pagamenti

    (c) fil-każ ta' pagamenti ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 6(1), l-ammont sħiħ imħallas taħt kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jiġġeneraw tali pagamenti;

    L-aġent ta' pagament għandu jiddikjara jekk l-ammont irrappurtat huwiex ammont ta' mgħax jew dħul jew ammont totali tad-dħul fi flus mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni ta' ammont totali mħallas taħt il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja.”

    (6) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2. L-aġent ta' pagament għandu jintaxxa taxxa minn ras il-għajn kif ġej:

    (a) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' mgħax imħallas jew akkredidat;

    (aa) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (aa) tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' kwalunkwe mgħax imħallas jew akkreditat;

    (b) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (b) jew (d) tal-Artikolu 6(1) fuq l-ammont ta' mgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew permezz ta' taxxa ta' effett ekwivalenti li għandu jitħallas mir-reċipjent fuq l-ammont sħiħ tad-dħul mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni;

    (c) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-punt;

    (d) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(4): fuq l-ammont ta' dħul li jiġi attribwit lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 1(1);

    (e) fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): fuq l-ammont ta' mgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

    (f) fil-każ ta' pagament ta' mgħax fi ħdan it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 6(1): il-benefiċċju kkalkolat skont dik id-dispożizzjoni.

    Meta jittrasferixxi l-introjtu mit-taxxa miżmuma minn ras il-għajn lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit, l-aġent ta' pagament għandu jgħarrafhom dwar l-għadd ta' sidien benefiċjarji konċernati li ġew intaxxati bit-taxxa minn ras il-għajn ikklassifikati skont l-Istati Membri ta' residenza rispettivi tagħhom.”

    (b) Il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

    “5. Matul il-perjodu tranżitorju, Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn jistgħu jipprovdu li operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' mgħax lil, jew li jiggarantixxi mgħax għal, entità jew arranġament legali msemmi fl-Artikolu 4(2) li għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru u li huwa tat-tip elenkat fl-Anness III għal dak l-Istat Membru, għandu jiġi kkunsidrat l-aġent ta' pagament minflok l-entità jew arranġament legali u għandu jintaxxa t-taxxa minn ras il-għajn fuq dak l-imgħax, kemm-il darba l-entità jew l-arranġemnt legali jkun qabel formalment mal-isem, l-indirizz u l-ammont totali ta' mgħax imħallas lilu jew iggarantit għalih li qed jiġi kkomunikat skont is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Fil-każ ta' arranġamenti legali l-isem u l-indirizz li għandu jiġi kkomunikat għandhom ikunu dawk tal-persuna li primarjament għandu t-titolu legali u li primarjament jamministra l-proprjetà u d-dħul tagħhom.”

    (7) L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

    “ Artikolu 13

    Eċċezzjoni għall-proċedura ta' taxxa minn ras il-għajn

    Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn skont l-Artikolu 11 għandhom jiżguraw li sid benefiċjarju jkun jista jitlob li ma tinżamm l-ebda taxxa minn ras il-għajn meta huwa espressament jawtorizza lill-aġent ta' pagament biex jirrapporta informazzjoni f'konformità mal-Kapitlu 11, tali awtorizzazzjoni li tkopri l-pagamenti ta' mgħax kollha li jitħallsu lis-sid benefiċjarju minn dak l-aġent ta' pagament.

    F'każ bħal dan, għandu japplika l-Artikolu 9. ”

    (8) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

    (a) fl-2 paragrafu, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

    “Jekk imgħax irċevut minn sid benefiċjarju ġie suġġett għal taxxa minn ras il-għajn fl-Istat Membru tal-aġent ta' pagament, l-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju għandu jagħtih kreditu tat-taxxa ugwali għall-ammont ta' taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu.”

    (b) il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “3. Jekk, barra mit-taxxa minn ras il-għajn imsemmi fl-Artikolu 11, imgħax irċevut minn sid benefiċjarju ġie suġġett għal kwalunkwe tip ieħor ta' taxxa minn ras il-għajn u l-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa jagħti kreditu tat-taxxa għal din it-taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew konvenzjonijiet tat-tassazzjoni doppja, din it-taxxa minn ras il-għajn oħra għandha tiġi akkreditata qabel ma tkun applikata l-proċedura fil-paragafu 2.”

    (9) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), “l-Anness” tinbidel b'“Anness IV”.

    (10) L-ewwel sentenza tal-Artikolu 18 tinbidel b'dan li ġej:

    “Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness V, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni.”

    (11) Jiddaħħlu l-Artikoli 18a u 18b li ġejjin:

    “ Artikolu 18a

    Miżuri ta' implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18b(2), tadotta miżuri għall-għanijiet li ġejjin:

    (1) l-aġġornar u s-supplementar tal-Annessi;

    (2) l-iddeterminar tat-tip ta' informazzjoni li għandu jkun fih reġistru ċentrali tal-identità u r-residenza tas-sidien beenfiċjarji li jista' jinżamm minn aġent ta' pagament li għandu attivitajiet f'diversi Stati Membri;

    (3) id-determinar tad-dokumenti li jistgħu jintużaw, għall-finijiet tal-Artikolu 3, mill-aġent ta' pagament biex jiġu stabbiliti l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji;

    (4) l-ispeċifikar tal-fornituri tad-dejta li jistgħu jintużaw minn aġenti ta' pagament għall-ksib tal-informazzjoni neċessarja għat-trattament xieraq, għall-finijiet tal-Artikolu 6, ta' dħul ġej minn impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi oħra ta' ionvestiment kollettiv jew titoli speċifiċi;

    (5) l-istabbiliment ta' formats u proċeduri operattivi komuni għall-iskambju tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 9;

    (6) it-tfassil ta' mudelli komuni għaċ-ċertifikati u dokumenti oħra li huma meħtieġa għal, jew li jiffaċilitaw, l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari ċ-ċertifikat msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u d-dokumenti maħruġa fl-Istati Membri li jintaxxaw it-taxxa minn ras il-għajn, li jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 14 mill-Istat Membru ta' residenza għall-finijiet tat-taxxa tas-sid benefiċjarju.

    Artikolu 18b

    Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat Permanenti dwar Koperazzjoni Amministrattiva (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “il-Kumitat”).

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 99/468/KE.

    Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 99/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat, flimkien mal-kompiti tiegħu taħt il-paragrafu 1, jista' jeżamina l-kwistjonijiet li jitqajmu mill-president tiegħu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.”

    (12) L-Anness huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn […], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn [l-ewwel jum tat-tielet sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ].

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    ANNESS

    L-Anness għad-Direttiva 2003/48/KE huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Anness isir l-Anness IV.

    (2) L-Annessi I, II u III jiddaħħlu kif ġej:

    “ ANNESS I

    ‘Lista ta' forom legali ta' entitajiet u ta' arranġamenti legali li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) minħabba l-preżenza tagħhom hemmhekk tal-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom, fi ħdan it-territorju ta' pajjiżi jew ġuriżdizzjonijiet speċifiċi’;

    1. Entitajiet u arranġamenti legali li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġuriżdizzjoni li jaqa' barra mill-ambitu territorjali tad-Direttiva kif iddefinit fl-Artikolu 7 u li jkun differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 17(2):

    Antigwa u Barbuda | Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Baħamas | Trust Fondazzjoni Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Baħrejn | Trust finanzjarju |

    Il-Barbados | Trust |

    Il-Beliże | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Bermuda | Trust |

    Brunej | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali Trust internazzjonali Sħubija Internazzjonali b'responsabbiltà Limitata |

    Il-Gżejjer Cook | Trust Trust internazzjonali Kumpanija internazzjonali Sħubija internazzjonali |

    Il-Kosta Rika | Trust |

    Djibouti | Kumpanija eżentata Trust (Barrani) |

    Dominika | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Fiġi | Trust |

    Il-Polineżja Franċiża | Société (Kumpanija) Société de personnes (Sħubija) Société en participation (Impriża konġunta) Trust (Barrani) |

    Il-Gwam | Kumpanija Proprjetarju uniku Sħubija Trust (Barrani) |

    Il-Gwatemala | Trust Fundación (Fondazzjoni) |

    Ħong Kong | Trust |

    Kiribati | Trust |

    Labuan (il-Malasja) | Kumpanija offshore Bank Offshore tal-Malasja, Sħubija offshore b'responsabbiltà limitata Trust offshore |

    Il-Libanu | Kumpaniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-Kumpaniji Offshore |

    Makaw | Trust Fundação (Fondazzjoni) |

    Il-Maldivi | Il-kumpaniji kollha, shubija u Trust barrani |

    Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana | Korporazzjoni ta' bejgħ barrani Korporazzjoni bankarja offshore Trust (Barrani) |

    Il-Gżejjer Marshall | Trust |

    Il-Mawrizju | Trust Kumpanija kummerċjali globali kategoriji 1 u 2 |

    Il-Mikronesja | Kumpanija Sħubija Trust (Barrani) |

    Nauru | Trusts/kumpanija ta' inkarigu Kumpanija Sħubija Proprjetarju uniku Wirt barrani Qasam ta' proprjetà barranija Forma oħra ta' kummerċ innegozjata mal-Gvern |

    Il-Kaledonja l-Ġdida | Société (Kumpanija) Société civile (Kumpanija ċivili) Société de personnes (Sħubija) Impriża konġunta Proprjetà tad-defunt Trust (Barrani) |

    Niue | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Panama | Fideicomiso (Trust) Fundación de interés privado (Fondazzjoni) |

    Il-Palau | Kumpanija Sħubija Proprjetarju uniku Uffiċċju rappreżentattiv Credit union (kooperattiva finanzjarja) Kooperattiva Trust (Barrani) |

    Il-Filippini | Trust |

    Puerto Rico | Qasam ta' proprjetà Trust Entità bankarja internazzjonali |

    San Kitts u Nevis | Trust Fondazzjoni Kumpanija eżentata |

    Santa Luċija | Trust |

    Saint Vincent u l-Grenadines | Trust |

    Samoa | Trust Trust internazzjonali Kumpanija internazzjonali Bank offshore Kumpanija tal-assigurazzjoni offshore Sħubija internazzjonali Sħubija b'responsabbiltà limitata |

    Is-Seychelles | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Singapor | Trust |

    Il-Gżejjer Solomon | Kumpanija Sħubija Trust |

    L-Afrika t’Isfel | Trust |

    Tonga | Trust |

    Tuvalu | Trust Provident fund |

    L-Emirati Għarab Magħquda | Trust |

    Il-Virgin Islands tal-Istati Uniti | Trust Kumpanija eżentata |

    L-Urugwaj | Trust |

    Vanuatu | Trust Kumpanija eżentata Kumpanija internazzjonali |

    2. Entitajiet u arranġamenti legali li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġuriżdizzjoni elenkate fl-Artikolu 17(2), li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) sakemm il-pajjiż jew ġuriżdizzjoni jadotta/tadotta dipożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fl-Artikolu 4(2).

    Andorra | Trust |

    Anguilla | Trust |

    L-Aruba | Stichting (Fondazzjoni) Kumpaniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-kumpaniji offshore |

    Il-Virgin Islands Britanniċi | Trust Kumpanija kummerċjali internazzjonali |

    Il-Gżejjer Cayman | Trust Kumpanija eżentata |

    Guernsey | Trust Kumpanija mingħajr taxxa |

    L-Isle of Man | Trust |

    Jersey | Trust |

    Il-Liechtenstein | Anstalt (Trust) Stiftung (Fondazzjoni) |

    Monako | Trust Fondation (Fondazzjoni) |

    Il-Montserrat | Trust |

    L-Antilli Olandiżi | Trust Stichting (Fondazzjoni) |

    San Marino | Trust Fondazione (Fondazzjoni) |

    L-Iżvizzera | Trust Fondazzjoni |

    Il-Gżejjer Turks u Caicos | Kumpanija eżentata Sħubija b'responsabbiltà limitata Trust |

    ANNESS II

    Lista ta' Stati Membri li jattribwixxu numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, tal-anqas mat-talba, lil kwalunkwe individwu li jkun residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu jew tagħha

    STAT MEMBRU | STRUTTURA | FORMAT | DISPONIBBILTÀ tan-NIT fid-dokumentazzjoni uffiċjali |

    BE - il-Belġju | SSXXJJ XXX XX | blokka 1 ta' 11-il numru. L-ewwel 6 juru d-data tat-twelid, it-3 li jmiss huma n-numru tal-ordni u l-aħħar 2 huma għall-kontroll. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport |

    BG – Il-Bulgarija | 9999999999 | blokka 1 ta' 10 numri. L-aħħar numru huwa ċifra skedata. Magħrufa bħala n-'Numru Ċivili Unifikat' | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport |

    CZ - ir-Repubblika Ċeka | 999999999 9999999999 | blokka 1 ta' 9 jew 10 numri. Is-sitt u seba' numri jistgħu jkunu separati bi slexx. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport Liċenzja tas-sewqan |

    DK - id-Danimarka | JJXXSS-9999 | blokka 1 ta' 10 numri, b'sing twil bejn is-sitt u s-seba' numru. | Passaport |

    DE-il-Ġermanja | 999999999999 | blokka 1 ta' 12-il numru. In-numri jistgħu jkunu separati bi slexxis. | N[12] |

    EE - l-Estonja | 99999999999 | blokka 1 ta' 11-il numru. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport Liċenzja tas-sewqan |

    IE - l-Irlanda | 9999999L(W) | 7 numri segwiti minn 1 ittra jew 2. Jekk hemm 2 ittri, it-tieni waħda tkun 'W'. L-ewwel hija ittra ta' ċċekkjar ikkalkolata b'algoritmu. | Dokument mill-Uffiċċju tal-Kummissarji tad-Dħul Dokument mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja |

    EL il-Greċja | 999999999 | blokka 1 ta' 9 numri, 8 'normali' u 1 'numru ta' ċċekkjar'. | N |

    ES — Spanja | 1) 99999999A 2) X9999999A M0000001A L0000001A K0000001A 3) E99999999 G99999999 H99999999 | 1) In-NIT standard li jappartjeni għal ċittadini Spanjoli huwa magħmul minn 9 karattri: - 8 numri - ittra waħda ta' ċċekkjar 2) NIT oħra li huma ta' tipi speċifiċi ta' individwi u ta' ċittadini barranin b'karta tal-identità Spanjola huma magħmula minn serje ta' 9 karattri: - 1 ittra li tiddeskrivi t-tip ta' individwu - 7 numri - ittra waħda ta' ċċekkjar. 3) Għal entitajiet residwi, in-NIT huwa magħmul minn: - ittra 1: E, G jew H. - 7 numri - 1 numru ta' ċċekkjar finali | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport |

    IT - l-Italja | LLLLLL99L99L999L | In-numru tat-taxxa għall-individwi huwa blokka alfanumerika ta' 16-il karattru. | Karta tas-saħħa Karta tal-kodiċi tat-taxxa |

    CY - Ċipru | 99999999L | blokka 1 ta' 8 numru u ittra 1. L-ittra fl-aħħar hija kkalkulata bħala ittra ta' ċċekkjar. | N |

    LV - il-Latvja | JJXXSS99999 "9"9999999999 | blokka 1 ta' 11-il numru (JJXXSS: id-data tat-twelid) blokka 1 ta' 11-il numru (l-ewwel numru jkun dejjem '9') Mogħtija lil persuni naturali, li ma għandhomx in-NIT 'JJXXSS99999'. | Passaport Liċenzja tas-sewqan |

    LT - il-Litwanja | 99999999999 9999999999 | blokka 1 ta' 11-il numru. In-NIT b'10 numri huwa għal individwi li ma għandhomx NIT bi 11-il numru. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport |

    HU – l-Ungerija | 99999999 | In-NIT għal individwi huwa blokka 1 ta' 10 numri. Il-kowd tal-kumpanija huwa blokka ta' 8 numri. | N |

    MT - Malta | 999L 999999999 | In-NIT huwa n-numru tal-karta tal-identità tal-individwu. Bejn 3 u 7 numri + ittra (M, G, A, P, L, H, B jew Z). Persuni bla karta tal-identità Maltija jinħarġilhom NIT mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dan ikun ċifra b'9 numri bl-aħħar 2 numri jkunu numri ta' ċċekkjar. Persuni bħal dawn jistgħu japplikaw għal karta tal-identità għand l-awtorità rispettiva. Ladarba din tkun inħarġet, hija tintuża bħala n-NIT, kif isir għal residenti Maltin. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport[13] |

    NL - l-Olanda | 999999999 | blokka 1 ta' 8 jew 9 numri. Jekk in-NIT jikkonsisti fi 8 numri, inti għandek tqiegħed "0" quddiemu. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport Liċenzja tas-Sewqan |

    AT — l-Awstrija | 999999999[14] | blokka 1 ta' 9 numri bl-aħħar wieħed bħala numru ta' ċċekkjar. | N[15] |

    PL – il-Polonja | 9999999999 | blokka 1 ta' 10 numri bl-aħħar wieħed ikkalkulat billi jintuża algoritmu, bħala numru ta' ċċekkjar. | N |

    PT - il-Portugall | 999999999 | blokka 1 ta' 9 numri bl-aħħar wieħed ikkalkulat billi jintuża algoritmu, bħala numru ta' ċċekkjar. | N |

    RO - ir-Rumanija | 9999999999999 | blokka 1 ta' 13-il numru. In-numru ta' ċċekkjar huwa kkalkulat billi jintuża algoritmu. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport |

    SI – is-Slovenja | 99999999 | blokka 1 ta' ċifra bi 8 numri kif jinzerta (l-ewwel numru ma jistax ikun 0). It-tmien numru huwa numru ta' kontroll. | N |

    SK - is-Slovakkja | 9999999999 | blokka 1 ta' 10 numri. | N |

    FI - il-Finlandja | JJXXSS(+,-,A) 999 (L/9) 9999999-9 | blokka 1 ta' 11-il karattru kif ġej: Data tat-twelid JJXXSS Karattru (+, -, A) Numru individwali 999 Karattru ta' ċċekkjar L/9 Il-kowd tal-kumpanija huwa blokka ta' 7 numri, u ittra 1 ta' ċċekkjar (9999999-L) fejn 9999999 huwa ċ-ċifra f'sensiela u L hija l-ittra ta' ċċekkjar. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport Liċenzja tas-sewqan[16] |

    SE - L-Iżvezja | SSXXJJ-NNNX | SSXXJJ hija d-data tat-twelid; NNN huwa n-numru tat-twelid; X huwa n-numru ta' ċċekkjar. In-numru tat-twelid huwa bil-fard għall-irġiel u biż-żewġ għan-nisa. In-numru ta' ċċekkjar huwa kkalkulat awtomatikament fuq il-bażi tad-data tat-twelid u n-numru tat-twelid. | Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali Passaport Liċenzja tas-sewqan |

    UK — ir-Renju Unit | UTR: 99999 99999 NINO: LL999999(A/B/C/D/spazju) | L-UK ma għandu ebda NIT iżda 2 quasi NIT kif ġej: 1. L-UTR (Unique Taxpayer Reference) li l-format normali tagħha huwa bi 11-il karattru fil-format ta' 1-5 numeriċi, 6 spazju, 7-11 numeriċi. 2. In-NINO (National Insurance Number) li l-format normali tiegħu huwa b'9 karattri: il-pożizzjoni 1&2 huma ittri (iżda mhux D, F, I, O, Q, U jew V jew il-kombinazzjonijiet FY, GB, NK jew TN) 3 sa 8 numri, u l-aħħar karattru A, B, C, D, jew spazju. | Passaport |

    ANNESS III

    Lista ta "aġenti ta' pagament bl-irċevuta" skont l-Artikolu 4(2)

    NOTA TA' INTRODUZZJONI

    Trusts u arranġamenti legali simili huma elenkati għal dawk l-Istati Membri li ma għandhomx reġim fiskali domestiku għat-tassazzjoni ta’ dħul riċevut f’isem arranġamenti legali bħal dawn mill-persuna li primarjament għandha titolu legali u primarjament timmaniġġja l-proprjetà u d-dħul tiegħu, u tkun residenti fit-territorju tagħhom. Din il-lista tirreferi għal trusts u arranġamenti legali simili li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-assi immobbli tagħhom jinsab f’dawn il-pajjiżi (residenza tal-trust prinċipali jew amministratur ieħor responsabbli għal assi mobbli), irrispettivament mil-liġijiet li taħthom dawn il-trusts u l-arranġamenti legali simili kienu ġew stabbiliti.

    Pajjiżi | Lista ta’ entitajiet u arranġamenti | Kummenti |

    Il-Belġju | - Société de droit commun / maatschap (Kumpanija ta’ liġi ċivili jew kumpanija kummerċjali mingħajr ebda status legali) - Société momentanée / tijdelijke handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr ebda status legali li l-għan tagħha huwa li tittratta b’operazzjoni kummerċjali speċifika waħda jew diversi) - Société interne / stille handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr status legali li permezz tagħha persuna waħda jew aktar ikollha (ikollhom) interess f’operazzjonijiet li persuna waħda oħra jew aktar tamministra (jamministraw) f’isimhom) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Ara l-Artikoli 46, 47 u 48 tal-Kowd tal-Kumpanija Belġjana. Dawn il-‘kumpaniji’ (li isimhom jingħata bil-Franċiż u l-Olandiż) ma għandhomx status legali, u mil-lat ta’ tassazzjoni, huwa applikabbli metodu ta' trasparenza. |

    Il-Bulgarija | - Drujestvo sys specialna investicionna cel (Kumpanija ta’ investiment bi skop speċjali) -Investicionno drujestvo (Kumpanija ta’ investiment, mhux koperta mill-Artikolu 6) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Eżenzjoni ta’ entità mit-taxxa tal-kumpaniji Il-trusts jitħallew li jkunu offruti pubblikament fil-Bulgarija u li jkunu eżenti mit-taxxa tal-kumpaniji |

    Ir-Repubblika Ċeka | - Veřejná obchodní společnost (ver. obch. spol. or V.O.S.) (Sħubija) - Sdruženi (Assoċjazzjoni) - Družstvo (Kooperattiva) - Evropské hospodářské zájmové sdružení (EHZS) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Id-Danimarka | - Interessentskaber (Sħubija ġenerali) - Kommanditselskaber (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - Partnerselskaber (Kumpanija sħab) - Evropské hospodářské zájmové sdružení (EØFG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Il-Ġermanja | - Gesellschaft bürgerlichen Rechts (Kumpanija tal-liġi ċivili) - Kommanditgesellschaft — KG, offene Handelsgesellschaft — OHG (Sħubija kummerċjali) Europäische Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) |

    L-Estonja | - Täisühing- TÜ (Sħubija ġenerali) - Usaldusühing-UÜ (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Sħubiji ġenerali u limitati huma ntaxxati bħala entitajiet taxxabbli separati, li bihom kwalunkwe distribuzzjoni titqies bħala dividendi (soġġetti għal taxxa ta’ distribuzzjoni) |

    L-Irlanda | - Sħubija u klabb tal-investiment - Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE) | Trust residenti Irlandiż taxxabbli fuq dħul li ġej mill-trust. |

    Il-Greċja | - Omorrythmos Eteria (OE) (Sħubija ġenerali) - Eterorythmos Eteria (EE) (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Is-sħubiji huma soġġetti għal taxxa tal-kumpaniji. iżda, sa 50 % tal-profitti ta’ sħubiji huma taxxabbli fl-idejn tas-sieħba individwali bir-rata ta’ taxxa personali tagħhom |

    Spanja | Entitajiet soġġetti għas-sistema ta’ attribuzzjoni tat-taxxa tal-profitti: - Sociedad civil con o sin personalidad jurídica (Sħubija ta’ liġi ċivili b’personalità legali jew mingħajrha), - Agrupación europea de interés económico (AEIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)), - Herencias yacentes (Estejt ta’ persuna li mietet), - Comunidad de bienes (Sjieda konġunta). - Entitajiet oħra mingħajr personalità legali li jikkostitwixxu unità ekonomika separata jew grupp separat ta’ assi (l-Artikolu 35(4) tal-Ley General Tributaria). - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Franza | - Société en participation (Kumpanija bejn tnejn jew aktar (Kumpanija ta' impriża konġunta)) - Société ou association de fait (Kumpanija de facto) - Indivision (Sjieda konġunta) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    L-Italja | - Società semplice (Sħubija ta’ liġi ċivili u entità assimilata) - Entità mhux kummerċjali mingħajr personalità legali - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Il-kategorija ta’ entitajiet ittrattati bħala ‘società semplici’ tinkludi: ‘società di fatto’ (sħubiji irregolari jew ‘de facto’), li ma jkollhomx attivitajiet kummerċjali bħala skop tagħhom, u ‘associazioni’ (assoċjazzjonijiet) organizzati minn artisti jew persuni professjonali għall-prattika tal-arti jew professjoni tagħhom f’forom assoċjati mingħajr ebda personalità legali Il-kategorija ta’ entitajiet mhux kummerċjali mingħajr personalità legali hija wiesgħa, u tista’ tinkludi diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet: assoċjazzjonijiet, sindakati, kumitati, organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u oħrajn |

    Ċipru | - Syneterismos (Sħubija) - syndesmos jew somatio (Assoċjazzjoni) - Synergatikes (Kooperattiva) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor - Ekswxwria Eteria (Kumpanija offshore) | Trusts maħluqa taħt il-ġuriżdizzjoni Ċiprijotta huma kkunsidrati entitajiet trasparenti taħt il-liġi nazzjonali. |

    Il-Latvja | - Pilnsabiedrība (Sħubija ġenerali) - Komandītsabiedrība (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - Eiropas Ekonomisko interešu grupām (EEIG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE) - Biedrības un nodibinājumi (Assoċjazzjoni u fondazzjoni); - Lauksaimniecības kooperatīvi (Kooperattiva agrikola) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Il-Litwanja | Europos ekonominių interesų grupės (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - Asociacija (Assoċjazzjoni) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Imgħaxijiet u qligħ kapitali fuq ishma jew bonds li ġejjin minn assoċjazzjonijiet li huma eżenti minn taxxa tal-kumpaniji. |

    Il-Lussemburgu | - Société en nom collectif (Sħubija ġenerali) - Société en commandite simple (Sħubija limitata) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    L-Ungerija | - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | L-Ungerija tirrikonoxxi trusts bħala ‘entitajiet’ taħt ir-regoli nazzjonali |

    Malta | - Soċjetà in akomonditia (Sħubija “en commandite”), li l-kapital tagħha mhuwiex diviż f’ishma - Arrangement in participation (Assoċjazzjoni “en participation”) - Klabb ta’ investiment - Soċjetà Kooperattiva (Soċjetà kooperattiva) | Sħubiji “en commandite” li l-kapital tagħhom huwa diviż f’ishma huma soġġetti għas-CIT ġenerali. |

    L-Olanda | - Vennootschap onder firma (Sħubija ġenerali) - Commanditaire vennootschap (Sħubija b'responsabbiltà limitata magħluqa) - Europese economische samenwerkingsverbanden (EESV) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) | Sħubiji ġenerali, sħubija magħluqa u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta’ taxxa. |

    - Vereniging (Assoċjazzjoni) - Stichting (Fondazzjoni) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Verenigingen (Assoċjazzjonijiet) u stichtingen (fondazzjonijiet) huma eżenti mit-taxxa sakemm huma ma jkomplux fuq il-kummerċ jew in-negozju. |

    L-Awstrija | - Personengesellschaft (Sħubija) - Offene Personengesellschaft (Sħubija kummerċjali ġenerali) - Kommanditgesellschaft, KG (Sħubija limitata) - Gesellschaft nach bürgerlichem Recht, GesBR (Sħubija tal-liġi ċivili) - Offene Erwerbsgeselllschaft (OEG) (Sħubija ġenerali professjonali) - Kommandit-Erwerbsgesellschaft (Sħubija professjonali b'responsabbiltà limitata) - Stille Gesellschaft (Sħubija siekta) - Einzelfirma (Sħubija weħedha) - Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - Privatstiftung (Fondazzjoni privata) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Sħubija hija kkunsidrata trasparenti, anki jekk meqjusa bħala entità għall-fini ta’ komputazzjoni tal-profitt. Ittrattata bħala ‘sħubija’ normali Intaxxata bħala kumpanija, id-dħul mill-imgħax intaxxat b’rata mnaqqsa ta’ 12.5 % |

    Il-Polonja | - Spólka jawna (Sp. j.) (Sħubija ġenerali) - Spólka komandytowa (Sp. k.) (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - Spólka komandytowo-akcyjna (S.K.A.) (Sħubija limitata bi stokk konġunt) - Spólka partnerska (Sp. p.) (Sħubija professjonali) - Europejskie ugrupowanie interesów gospodarczych (EUIG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Il-Portugall | - Sociedade civil (Sħubija tal-liġi ċivili) li mhijiex inkorporata f’forma kummerċjali - Ditti inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali kkwotati li fihom is-sieħba kollha jkunu individwi kwalifikati fl-istess professjoni - Agrupamento de Interesse Económico (AIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Domestiku) - Agrupamento Europeu de Interesse Económico (AEIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (EEIG)) - Sociedada gestora de participacoes sociais (SGPS) (Kumpaniji b’sehem li huma jew ikkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħha huma ħames membri jew inqas) - Herança jacente (jiġifieri estejt ta’ persuna li mietet) - Assoċjazzjoni mhux inkorporata - Kumpanija offshore li topera f’żoni ta’ kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Sħubiji tal-liġi ċivili mhux inkorporati f’forma kummerċjali, kumpaniji inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali ikkwotati, ACE (tip ta’ impriża konġunta inkorporata), GIEE u kumpaniji li jkollhom assi li jew huma kkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħhom huma ħames membri jew inqas ikunu fiskalment trasparenti. Sħubiji inkorporati oħra huma ttrattati bħala kumpaniji u ntaxxati taħt ir-regoli ġenerali tal-IRC. Kumpaniji offshore li joperaw f’żoni ta’ kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores huma eżenti mis-CIT u d-WHT fuq dividendi, imgħax, royalties u pagamenti simili lill-kumpanija materna barranija. L-uniċi trusts ammessi taħt il-liġi Portugiża huma dawk stabbiliti taħt liġi barranija minn persuni legali fiċ-Ċentru tan-Negozju Internazzjonali ta’ Madeira u assi tal-trusts jikkostitwixxu parti awtonoma tal-patrimonju tal-persuna legali li taġixxi bħala trust. |

    Ir-Rumanija | - Assoċjazzjoni (sħubija) - Cooperative (Kooperattiva) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Is-Slovenja | - Samostojni podjetnik (Sjieda) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    ir-Repubblika Slovakka | - Verejná obchodná spoločnosť (Sħubija ġenerali) - Európske združenie hospodárskych záujmov (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - Komanditná spoločnosť (Sħubija b'responsabbiltà limitata) rigward id-dħul attribwit lil sieħeb ġenerali - Združenie (Assoċjazzjoni) - Entitajiet li mhumiex stabbiliti għall-fini li jagħmlu negozju: kmamar ta' professjonisti, assoċjazzjonijiet ċiviċi volontarji, Nadácia (fondazzjonijiet) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor | Il-bażi taxxabbli hija l-ewwel komputata għas-sħubija limitata bħala kollha kemm hi u mbagħad allokata għas-sieħba ġenerali u s-sieħba limitati. L-ishma tal-profitt riċevuti mis-sieħba ġenerali ta’ sħubija b'responsabbiltà limitata huma ntaxxati fil-livell ta’ sieħba ġenerali. Il-bqija tad-dħul tas-sieħba b'responsabbiltà limitata hija ntaxxata inizjalment f’livell ta’ sħubija skont ir-regoli għall-kumpaniji. Dħul eżenti mit-taxxa miksub minn atitvitajiet li huma l-fini tat-twaqqif tal-organizzazzjoni, ħlief dħul soġġett għar-reġim tad-WHT. |

    Il-Finlandja | - yksityisliike (Ditta mhux irreġistrata) - avoin yhtiö / öppet bolag (Sħubija) - kommandiittiyhtiö / kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - kuolinpesä / dödsbo (Estejt ta' persuna li mietet) - eurooppalaisesta taloudellisesta etuyhtymästä (ETEY) / europeiska ekonomiska intressegrupperingar (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    L-Iżvezja | - handelsbolag (Sħubija ġenerali) - kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata) - enkelt bolag (Sħubija sempliċi) - ‘Trust’ jew arranġament legali simili ieħor |

    Ir-Renju Unit | - Sħubija ġenerali - Sħubija b'responsabbiltà limitata - Sħubija b'responsabbiltà limitata - GIEE - Klabb ta' investiment (fejn il-membri huma intitolati għal sehem speċifiku tal-assi) | Sħubiji ġenerali, sħubiji limitati; sħubiji b'responsabbiltà limitata u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa. |

    (3) L-Anness V jiżdied kif ġej:

    "ANNEX V

    Lista ta' ħwejjeġ għall-finijiet ta' statistika li jridu jkunu pprovduti kull sena

    mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

    1. Ħwejjeġ ekonomiċi

    1.1. It-taxxa minn ras il-għajn

    Għall-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu (sakemm huma japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni stipulati fil-Kapitlu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsum skont l-Istat Membru ta' residenza ta' min ikun ibbenefika.

    Għall-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu (sakemm huma japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitlu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mal-Istati Membri l-oħra mit-taxxa minn ras il-għajn miġbura skont l-Artikolu 11(5).

    Dejta fuq l-ammonti totali miġbura mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza ta' min ikun ibbenefika, għandha tintbagħat ukoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-bilanċ tal-pagamenti.

    1.2. Ammont ta' pagamenti ta' mgħax/dħul mill-bejgħ:

    Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' pagamenti ta' mgħax fit-territorju tagħhom li huwa soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

    Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ fit-territorju tagħhom li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

    Għal Stati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu l-mekkaniżmu ta' żvelar volonatrju, l-ammont ta' pagamenti ta' mgħax soġġett għal skambju ta' informazzjoni, maqsum skont it-tip ta' pagamenti ta' mgħax skont il-kategoriji stipulati fl-Artikolu 8(2).

    Id-dejta marbuta mal-ammonti totali ta' pagamenti ta' mgħax u dħul mill-bejgħ, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tkun komunikata wkoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti.

    1.3. Sidien benefiċjarji:

    Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' sidien benefiċjarji residenti fi Stati Membri oħra u Territorji Dipendenti u Assoċjati, maqsuma skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza.

    1.4. Aġenti ta' pagament:

    Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' aġenti ta' pagament (skont l-Istat Membru li jibgħat) involuti fl-iskambju ta' informazzjoni jew taxxa minn ras il-għajn għall-finijiet tad-Direttiva.

    1.5. Aġenti ta' pagament b'riċevuta:

    Għall-Istati Membri, l-għadd ta' aġenti ta' pagament b'riċevuta li jkunu rċevew pagamenti ta' mgħax skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4). Dan jikkonċerna kemm lill-Istati Membri li jibagħtu, li fihom ikunu saru l-pagamenti ta' mgħax lil aġenti ta' pagament b'riċevuta li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun fi Stati Membri oħra, u kemm l-Istati Membri li jirċievu, li jkollhom entitajiet jew arranġamenti legali bħal dawn fit-territorju tagħhom.

    2. Ħwejjeġ tekniċi

    2.1. Rekords:

    Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju tal-Artikolu 13, l-għadd ta' rekords mibgħuta u riċevuti. Rekord wieħed ifisser pagament wieħed għal sid benefiċjarju individwali.

    2.2. Rekords ittrattati/ikkoreġuti:

    Għadd u perċentwali ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li jistgħu jkunu pproċessati;

    Għadd u perċentwali ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li ma jistgħux ikunu pproċessati;

    Għadd u perċentwali ta' rekords mhux ittrattati;

    Għadd u perċentwali ta' rekords ikkoreġuti wara talba għal dan;

    Għadd u perċentwali ta' rekords ikkoreġuti spontanjament;

    Għadd u perċentwali ta' rekords ittrattati b'suċċess;

    3. Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

    3.1 – Għall-Istati Membri, l-ammont ta' pagamenti ta' mgħax lil entitajiet jew arranġamenti legali li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2), maqsum skont l-Istat Membru tal-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità.

    3.2 – Għall-Istati Membri, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ lil entitajiet jew arranġamenti legali li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2) maqsum skont l-Istat Membru tat-twaqqif tal-entità.

    3.3 – L-ishma rispettivi tat-taxxa totali annwali miġbura minn residenti li jħallsu t-taxxa fuq pagamenti ta' mgħax li sarulhom minn aġenti ta' pagament domestiċi u minn aġenti ta' pagament barranin. "[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

    [1] ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.

    [2] OJ C XXX, XX.XX.2008, p.XX.

    [3] OJ C XXX, XX.XX.2008, p.XX.

    [4] OJ C XXX, XX.XX.2008, p.XX.

    [5] ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.

    [6] COM (2008) 552 finali, id-Dokument tal-Kunsill 13124/08 FISC 117.

    [7] Id-dokument tal-Kunsill nru 13898/00 li jadotta flimkien mal-emendi d-dokument tal-Kunsill nru 13555/00.

    [8] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

    [9] ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

    [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [11] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

    [12] In-NIT jista' jinbidel jekk persuna tibdel id-domiċilju.

    [13] F'MT, dawk li mhumiex residenti jirċievu numru tal-karta tal-identità, li jkun imniżżel fuq dikjarazzjonijiet tal-bank.

    [14] '9' tfisser numru;'L' tfisser ittra;'JJXXSS' tfisser data (jum, xahar, sena)

    [15] In-NIT jista' jinbidel meta persuna tibdel id-domiċilju tagħha.

    [16] In-NIT fil-Karta tal-Identità Nazzjonali u l-Passaport huwa pjuttost mistur, iżda jidher b'mod ċar fil-liċenzja tas-sewqan. Nies li jaħdmu għal rashom jista' jkollhom it-tieni NIT.

    Top