Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0606

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar addittivi għat-togħma u ċerti ingredjenti tal-ikel b'karatteristiċi ta' togħma għall-użu f'ikel jew fuq l-ikel li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/EC JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2008/0606 finali - COD 2006/0147 */

52008PC0606

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar addittivi għat-togħma u ċerti ingredjenti tal-ikel b'karatteristiċi ta' togħma għall-użu f'ikel jew fuq l-ikel li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/EC JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0606 finali - COD 2006/0147 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.10.2008

KUMM(2008) 606 finali

2006/0147 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar addittivi għat-togħma u ċerti ingredjenti tal-ikel b'karatteristiċi ta' togħma għall-użu f'ikel jew fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/EC

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2006/0147 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar addittivi għat-togħma u ċerti ingredjenti tal-ikel b'karatteristiċi ta' togħma għall-użu f'ikel jew fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/EC

1. INTRODUZZJONI

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej.

2. KUNTEST

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2006)0427 finali - 2006/0147 (COD): | It-28 ta’ Lulju 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | Il-25 t’April 2007 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | L-10 ta’ Lulju 2007 |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | L-24 t’Ottubru 2007 |

Data tal-ftehim politiku | Is-17 ta’ Diċembru 2007 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | L-10 ta' Marzu 2008 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew (It-Tieni Qari) | It-8 ta’ Lulju 2008 |

3. L-GħAN TAL-PROPOSTA

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tistabbilixxi d-definizzjoni ta' addittivi għat-togħma, regoli ġenerali dwar l-użu tagħhom, u r-rekwiżiti għall-ittikkettjar u livelli massimi għal sustanzi li huma ta' tħassib għas-saħħa umana. Hija tistipula illi l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-addittivi għat-togħma għandha prinċiparjament tqis ir-rekwiżiti tas-saħħa umana.

Id-Direttiva għandha tiġi emendata sostanzjalment, sabiex tikkunsidra żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi fil-qasam tal-addittivi għat-togħma. Barra minn hekk, bħala riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu adattati u oħrajn għandhom jiġu introdotti mill-ġdid.

Għal raġuniiet ta' ċarezza u effiċjenza, id-Direttiva 88/388/KEE hija sostitwita b'din il-proposta. L-għanijiet prinċipali huma:

- sabiex jiġi kkjarifikat l-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi għat-togħma;

- sabiex il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-addittivi għat-togħma tiġi mmodernizzata u adattata skont l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi;

- sabiex jitwaqqfu proċeduri ċari ta' evalwazzjoni u awtorizzazzjoni;

- sabiex il-konsumatur ikun infurmat aħjar dwar l-użu ta' addittivi naturali għat-togħma;

- sabiex jiġu adattati għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali.

Ir-Regolament dwar l-addittivi għat-togħma li qed ikun propost jagħmel parti minn pakkett ta' proposti dwar 'elementi għat-titjib tal-ikel'. Dan il-pakkett ta' proposti jirreferi għal addittivi tal-ikel, enzimi tal-ikel u addittivi għat-togħma. Huwa jikkontribwixxi għall-programm ta' simplifikazzjoni tal-Kummissjoni u jistipula wkoll l-armonizzazzjoni mhux biss fl-oqsma rispettivi tagħhom iżda wkoll jippromwovi konsistenza bejn il-tliet oqsma relatati. Ir-raba' proposta addizzjonali fil-pakkett se tistabbilixxi proċedura unika komuni ta' awtorizzazzjoni għall-evalwazzjoni u approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi.

4. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI MILL-PARLAMENT EWROPEW

- Il-PE vvota fit-tieni qari test konsolidat li fih numru ta' emendi għat-test tal-Pożizzjoni Komuni. It-test huwa r-riżultat tan-negozjati bejn il-Kunsill, il-PE u l-Kummissjoni. L-emendi huma prinċipalment ta' natura teknika u ġeneralment jaqblu u jsaħħu l-prinċipji prinċipali tal-proposta oriġinali. Ta' attenzjoni partikolari huma l-emendi li se jeżentaw l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni meta ħwawar u spezji biss ikunu ġew miżjuda mal-ikel. Emendi oħra jikkonċernaw il-kjarifika tar-relazzjoni bejn ir-Regolament li qed ikun propost dwar l-addittivi tal-ikel u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, kif ukoll il-ħolqien ta' ċertezza legali akbar għall-produtturi u l-konsumaturi tal-addittivi għat-togħma bl-estensjoni taż-żmien li fih kellha tiġi adottata l-lista Komunitarja ta' sustanzi għat-togħma. Emendi oħra jsaħħu l-prinċipju ta' prekawzjoni u jiċċaraw aktar il-prinċipju li l-konsumatur m'għandux ikun żgwidat. Barra minn hekk numru ta' żviluppi teknoloġiċi ġew introdotti bħala riżultat tas-sostituzzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 dwar l-ispirti tax-xorb bir-Regolament il-ġdid Nru 110/2008.

- Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi kollha adottati mill-PE. Ir-riżultat tat-tieni qari fil-PE kien sodisfaċenti ħafna.

5. KONKLUżJONI:

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

Top